Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 39

14 illum | Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 Ħ adna b'idejn xulxin u għidtlu "naħseb issa għandek inqas inkwiet bħala whip tal- oppożizzjoni." U hawn bi tbissima weġibni li issa t-tfal huma kwieti. "Issa hi storja differenti. Fl-aħħar leġislatura r-rwol tiegħi kien wieħed diffiċli immens fejn ridt dejjem nieħu ħsieb li ma jkollniex membru wieħed nieqes, inkella li ma jivvutax kontrina waqt li jittieħdu voti fil-parlament." Taħt Gonzi, il-PN kellu tliet deputati hekk imsejħa ribelli, Debono, Pullicino Orlando u Mugliett. "Gonzi kellu nies li ma jiġbdux il-ħabel tiegħu. Kienu jivvutaw kontra jew jastjenu. Jien nemmen li jew int parti minn tim inkella m'intix." Mistoqsi liema kien minnhom l-aktar diffiċli biex jikkontrolla dak iż-żmien, Agius qalli li l-akbar problemi kienu ma' Franco Debono, "Iżda anke ma' Jeffrey kien hemm problemi kbar l-aktar meta ppreżenta l-mozzjoni tad-divorzju u la kien qalli li se jagħmilha u lanqas ikkonsulta miegħi u ma ħadd dwarha. Qabad u daħħal il-mozzjoni l-Parlament. L-inqas li kelli problemi kien ma' Jesmond Mugliett minnhom it- tlieta. Iżda jkolli nammetti li dak l-episodju immaturani u għenuni ħafna fil-ħajja politika tiegħi." Mistoqsi jekk l-aħħar snin tal-gvern Nazzjonalista tefgħux taħt stress, David weġibni, "taħt stress enormi. Imma jien seren miegħi nnifsi li l-parti tiegħi kont qed nagħmilha. Dejjem wasalt sa fejn xtaqu l-kapijiet tal-partit." Hawnhekk tani eżempju ta' okkażjoni meta kien hemm vot li ssejjaħ fid-9pm u fil-parlament jingħata 20 minuta u jingħalaq il-bieb. "Wieħed minnhom daħal eżatt wara 19-il minuta, minuta qabel il-ħin, u ma kontx naf x'se jiġri għax il-vot ma kienx jgħaddi. Xħin wasal qalli li għamel hekk biex iwassal messaġġ iżda m'għamilhiex bħala nuqqas ta' rispett lejja." Qajjimtlu l-argument li dak li nzertaw qalu dawn it-tlieta ġie maħruġ fir-rapport tat-telfa, allura dan ifisser li kellhom raġun u l-PN ma semagħhomx. "Ma naqbilx miegħek, tajnihom li ħin kollu li riedu u li xtaqu. Issa jekk riedu aktar ħin minn ħaddieħor ma nafx. Il-verità hi li qatt ma lissnu kelma kontra tiegħi personali għax jafu li jien kont dejjem hemm għalihom u għal kulħadd." Issa nbidel kollox u mill-gvern issa hu whip tal-oppożizzjoni. "Hemm differenza immens mil- leġislatura l-oħra. Il-persuni huma differenti u għandi inqas inkwiet. F'20 xahar kellna 80 laqgħa tal- grupp parlamentari Nazzjonalista u kważi jiġi kulħadd ħlief min ikollu xi raġuni li ma jkunx jista' jiġi. Flimkien ħdimna, approvajna u ressaqna fil-Parlament 20 mozzjoni privata u tibdil għal kostituzzjoni. Issa hemm atmosfera mill-isbaħ u naħdmu kollha għall- għan wieħed. Hemm taħlita bejn id-deputati li kien hemm diġà u 10 ġodda, għandna anke erba' nisa ġodda, hemm armonija sħiħa taħt it-tmexxija ta' Simon. Niddibattu u kultant ma naqblux iżda fl-aħħar noħorġu pożizzjoni komuni, dik hi d-demokrazija." Bdejna niddiskutu t-tiġdid tal- partit fejn fl-opinjoni tiegħi għidtlu li meta l-Kap il-ġdid jidher ma' ċertu eks ministri li ntefa' t-tajn fuqhom fil-passat u anke fil- preżent ma tantx juri tiġdid u hawn David qalli, "Trid tifhem li l-poplu jtellagħhom lid-deputati u la jkunu miegħek ma tistax taħbihom. Però ma tistax tgħid li ma kienx hemm tiġdid. Kien hemm tibdila fit- tmexxija kollha tal-partit, tibdil fl-istatut, 10 fora, policy groups u ffaċċjajna l-problema finanzjarja. "Imbagħad ħa ngħiduha kif inhi l-Partit jew moviment Laburista ta' Muscat daħħal miegħu deputati mit-tmeninijiet u llum huma ministri!" "Barra hekk qed nuru li aħna oppożizzjoni serja, nirribattu għal dak li qed jgħid il-gvern." Dwar li l-poplu qed jara oppożizzjoni tal-'LE' Agius weġibni, "f '20 xahar 3 darbiet ivvutajna kontra l-gvern, fil-baġit ta' sena ilu, f 'taċ- ċittadninaza u dik li jista' jaħtar deputati f 'bordijiet. U astjenejna fl-Unjoni Ċivili. Ma naħsibx li konna daqshekk negattivi. Anzi fil-liġi għal vot ta' 16-il sena, issekondajtha jien il-mozzjoni, jiġifieri mill-oppożizzjoni." L-oppożizzjoni ħafna drabi tirribatti lil gvern li mhux qed jimxi bil-meritokrazija, iżda hu sigriet miftuħ li anke l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ma kienx jimxi bil-meritokrazija. Allura dan l-argument ireġi? "Talli għamilna hekk il-poplu tana tkaxkira." "Però jibqa' l-fatt li anke skont l-istħarriġ mill-MaltaToday qed jidher li ministri bħal Joe Mizzi fuq it-trasport pubbliku u t-traffiku, Manwel Mallia fuq dan il-każ tal-isparatura, Helena Dalli fuq il-każ tal-bini u Chris Cardona fuq il-każ tal-Casino qed juri xquq fil-Labour ta' governanza żbaljata. Tant li Nazzjonalisti li vvutaw Labour għax ma kinux kuntenti bil-mod kif qed immexxu aħna ġejjin lura biex jaħdmu fil-partit għax illum qed jammettu li għamlu żball li vvutaw Labour." Il-merħla mitlufa donnha li bdiet ġejja lura bil-mod il-mod, iżda għad irridu nikkonvinċu ħafna aktar nies." David Agius qal ukoll li l-partit Laburista wiegħed kollox lil kulħadd u issa tilef il-bilanċ għax ma jistax jaqdi lill-Alla u x-xitan, "ma tistax tagħti dak li wegħedt lill-ambjentalisti u tagħti dak li wegħedt lill-iżviluppaturi fl-istess waqt." "Il-gvern ta' Joseph Muscat tilef ir-ruħ soċjali, m'għadux Laburist. Il-wegħdiet li ma jistax iwettaq se tkun id-daqqa mortali tal-Labour." Sadattant David qalli li l-partit qed jagħmel il-visti fid-djar bil-kap b'kollox, "u se nibqgħu nagħmluhom bla waqfien." Allura dan ifisser li issa anke huma se jwiegħdu kollox lil kulħadd biex jiġbru l-merħla lura? "Le dak l-iżball żgur mhux se nagħmluh." Aħna t-telfa tagħna kienet li nsejna lin-nies, u issa tgħallimna li lin- nies mhux se ninsewhom." Awgurajtlu li dak li qed jgħid issa fl-oppożizzjoni jżommu għal meta jkun fil-gvern. "Li nista' ngħidlek hu li jien qatt ma bdilt in-numru tat-telefon, ara ħafna mill-ministri Laburisti bidlu n-numru u llum biex tagħmel appuntament ma' Joseph Muscat mhux faċli bħalma kien qabel. Issa Muscat jaf li kull deċiżjoni li jieħu tolqot il-ħajja ta' kulħadd u allura ma tistax taqbad u twiegħed biex tidher ħelu." David Agius kien issemma li xtaq ikun segretarju ġenerali tal-partit fl-amministrazzjoni l-ġdida, "Iva nammetti iżda wara diskussjoni ma' Simon Busuttil iddeċidejna li Chris Said kellu jkun is-segretarju ġenerali u jien ivvutajtlu u wegħedtu l-appoġġ kollu tiegħi." Wieħed irid jgħid li kieku David Agius baqa' jinsisti seta' kien jirbaħ dan il-post, għax David Agius hu wieħed mit-tim li ħadem biex Simon ikun Kap, dan barra li hu ħabib kbir ta' Simon, fejn ilhom żmien jiġġogjaw flimkien u kienu qagħdu bestman ta' xulxin fit- tiġijiet rispettivi tagħhom. Tkellimna fuq il-Kunsilli Lokali fejn David ikkritika ħafna l-mod kif qed jimxi dan il-gvern fil- kunsilli lokali, Dan taha żieda ta' €15,000 kull kunsill, jiġifieri €2.50 għal kull ċittadin. Il-Kunsilli Lokali jinsabu bla flus u ma jistgħu jagħmlu xejn għal-lokalitajiet tagħhom. Aħna tajnihom soluzzjoni, għidnilhom biex lil kunsilli jagħtihom 10% tal-liċenzji tal-karozzi u hekk ikollu €5.2 miljun x'iqassam lil Kunsilli Lokali u li dawn jistgħu jintużaw għat- toroq u bankini fil-lokalitajiet. "U xi ngħidu għar-riforma tal- gwardjani lokali. Il-gwardjani għandhom ikunu impjegati mal- kunsilli fejn jipprovdu edukazzjoni u jagħtu ċitazzjonijiet għal dawk li ma jobdux il-liġijiet. Il-gwardjani għandhom ikunu fi skema ta' PPP bi tmexxija ċentralizzata u awtorità waħda li jkunu mpjegati mal-gvern. "Kollox kien miexi tajjeb sa ma tneħħa Jose Herrera minn fuq il-kunsilli u llum waqaf kollox. Kollox staġnat taħt Buontempo u l-Ministru Bonnici. Lanqas data tal-elezzjoni għal Kunsilli lokali għas-sena d-dieħla għadu ma Joseph Muscat tilef ir-ruħ soċjali Iltqajt ma' David Agius f'għodwa - uċċini tal-ILLUM u hemmhekk qattajna siegħa u nofs nitkellmu dwar il-passat, preżent u forsi anke l-futur John Busuttil illum@mediatoday.com.mt "Nazzjonalisti li vvutaw Labour ġejjin lura biex jaħdmu l-partit għax illum qed jammettu li għamlu żball" "Ir-rebħa tal- SDM tista' tsser żia ċkejkna favur il-PN"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014