Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 39

Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 | illum 15 ħareġ u mhux sew għal kandidati li ħerġin għax dawn iridu jaħdmu." Fl-aħħar tkellimna dwar il- Parlament, fejn b'daħka qalli, "ifhimni bħal kull ħaġa oħra taħt dan il-gvern, kollox jitlesta tard u mhux f 'ħinu. S'issa diġà qegħdin erba' xhur tard." Iżda David xtaq aktar jitkellem dwar l-awtonomija parlamentari milli fuq il-bini nnifsu li ammetta li dan se jkun bini ħafna aħjar biex naħdmu fih minn dak li qegħdin fih bħalissa. "Iridu jsiru tibdiliet fl-istanding orders ta' kemm indumu nitkellmu fil-Parlament, id-dħul tat-TV u l-impjegati li għandhom ikunu impjegati tal-parlament u mhux tal-gvern. Għandu jkun hemm management team li jinkludi membri miż-żewġ naħat tal-kamra li jmexxu l-parlament. "Irridu wkoll sigurtà fil- Parlament għax wara l-isparatura tax-xufier tal-Ministru Mallia ndunajt li fil-kamra tal-parlament jista' jkun hemm nies armati meta m'għandiex mod kif niċċekkjaw min jidħol armat fil-parlament." David Agius hu msemmi li ma jfallix seduta waħda parlamentari, kontra dawk li jalla jattendu seduta waħda. Staqsejtu għaliex għadu ma sar xejn li min ifalli għandhom jinqatgħulu mill-onorarja. "Iridu jinbidlu l-istanding orders l-ewwel. Għax pereżempju ministru m'għandux onorarja allura jekk ma jattendix minfejn taqtagħlu? Barra hekk s'issa m'hemm xejn fl-istanding orders li tgħid li tista' tkun skużat, li mhux ġusta għax jekk ikollok raġuni valida li ma tattendix m'għandu jinqatagħlek xejn." Qabel infridna staqsejtu jekk jarax li l-PN għandu ċans li jista' jirbaħ elezzjoni li jmiss, "Ġimgħa fil-politika hi twila aħseb u ara tliet snin u nofs. Żgur li se nagħtuh 'a good run' fl-elezzjoni li ġejja iżda għadna 'l bogħod. Xtaqt insemmi r-rebħa tal-SDM fil-Junior College fuq il-grupp soċjalista, tista' ma tfisser xejn imma jista' jfisser li hemm żiffa ċkejkna favur il-PN. soċjali u m'għadux Laburist David Agius 46 sena Miżżewweġ u missier Davinia ta' 15- il sena u Desiree ta' 9 snin Fl-2001 daħal fix-xena politika bħala kunsillier Ħ'Attard Ikkontesta b'suċċess l-aħħar tliet leġislaturi, 2003, 2008, 2013 Ilu sitt snin bħala l-whip tal-Partit Nazzjonalista Illum hu shadow minister tal-Kunsilli Lokali. Kien itella' l-programm fuq ir- radju 101 'Kolazzjon bi Tbissima' bejn l-1996 u l-2000 Jaħdem bħala Manager il-Freeport Corporation Ritratti: Chris Mangion "Meta spiċċa Herrera fuq il-Kunsilli staġna kollox"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014