Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 39

ILPROBLEMA tat-traffiku f 'pajjiżna qabżet kull limitu, u ta' kuljum is-sewwieqa qed jiffaċċjaw sriebet twal u ħin twil staġnat fit-toroq speċjalment waqt ħinijiet meqjusa bħala rush hours. Din il-problema kompliet qajmet tgergir wara li Perit tal-MEPA kienet qalet fuq il-medja li d-dewmien hu biss perċezzjoni tan-nies. Intant anke fil-qari tal-baġit għas-sena 2015, il-Ministru tal-Finanzi ħabbar skemi li huma ntiżi sabiex tittaffa din il-problema li kull ma' jmur qed dejjem tikber. Din il-gazzetta tkellmet mas-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali Stefan Buontempo fejn tlabnieh jikkummenta dwar xi ideat ta' kif jista' jittaffa t-traffiku mit-toroq permezz tal- parteċipazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Staqsejna l-opinjoni tas- Segretarju Parlamentari dwar l-introduzzjoni ta' ġbir ta' skart matul il-lejl fil-lokalitajiet madwar Malta sabiex titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku matul il-jum u jekk jaħsibx li wasal iż-żmien li din il-proposta tiġi kkunsidrata bis-serjetà. "Il- Kunsilli Lokali għandhom irwol x'jaqdu biex tiġi indirizzata l-isfida reali tat-traffiku. Proposti differenti jridu jiġu studjati u evalwati bir-reqqa b'koordinazzjoni mal-entitajiet konċernati" qal Buontempo. Mistoqsi dwar jekk il-Kunsilli lokali għandhomx dritt li jillimitaw iċ-ċirkulazzjoni tat-traffiku f 'ċerta ħinijiet fil-lokalitajiet tagħhom bħal per eżempju jillimitaw iċ- ċirkulazzjoni ta' trakkijiet tal-kostruzzjoni u krejnijiet f 'ħinijiet meqjusa bħala rush hours, is-Segretarju Parlamentari qal li l-Kunsilli Lokali huma wkoll kruċjali biex il-pajjiż jinkoraġixxi l-użu massimu tal-ispazju fil-karozzi permezz ta' car pooling, fejn jekk tista' tintuża karozza waħda aħjar milli jintużaw tnejn, u jgħinu biex il-pajjiż jibqa' jaġġorna l-flotta tal-karozzi għal waħda li tniġġeż anqas. "Dan il-għan jista' jintlaħaq billi l-kunsilli lokali jassistu b'kampanji ta' edukazzjoni u b'investiment infrastrutturali." Mitlub jikkummenta jekk jaħsibx li wasal iż-żmien li l-ċerta kunsilli lokali għandhom jillimitaw l-ammont ta' attivitajiet. Buontempo qal li aktar milli jiġu limitati attivitajiet li jsaħħu l-identità tal-lokalitajiet u l-ekonomija tal-pajjiż, il-Kunsilli Lokali għandhom jgħinu fl- immaniġjar tat-traffiku fl-ibliet u rħula tagħna. Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 | illum 17 Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Hilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalita' ta' Hajja Aħjar Reklam parzjalment konfinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Socjali Ewropew (FSE) Rata ta' konfinanzjament: 85% Fondi mill-EU; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tieghek SEJĦA GĦAL TENDERS Tender għal servizzi: Applikazzjonijiet tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (It-tieni Sejħa) - ESF 3.231 L-iskema Garanzija għaż-Żgħażagħ t'offri liż-Żgħażagħ ta bejn 16-24 sena li mhumiex fl-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ, l'opportunità li tista' tagħmel differenza sinifikanti fil- ħajja tagħhom. Permezz ta 'din l-iskema, il-Gvern jikkommetti ruħu biex jgħin lil dawn il- parteċipanti, isibu impjieg. Matul il- perjodu ta 'taħriġ ta' 18- ġimgħa dawn l-individwi se jkunu qedghin jiehdu taħrig personalizzat kif wkoll ser jkunu qed jaħdmu f'setturi diversi tax-xogħol. Il-Programm ta 'taħriġ u ta' xogħol huwa personalizzat ghal kull applikant/a. POSTIJIET TA' REĠISTRAZZJONI Malta: Il-Ministeru għall-Edukazzjnoi u x-Xogħol, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana Għawdex: Il-Korporazzjoni tax-xogħol u t-Taħriġ, Triq Sir Arturo Merċieċa, ir-Rabat, Għawdex Reġistrazzjonijiet miftuħin mil-Ġimgħa 21 ta' Novembru sal-Ġimgħa 28 ta' Novembru 2014, bejn it-8.00am u t-3.00pm. Għal aktar informazzjoni tista' ċċempel 2598 2280 għal-laqgħa taċ-CHOGM 2015 f 'Malta Charles l-allegati abbużi f 'idejn Pietru Pawl Zammit CHOGM kienet saret f 'Malta fl-2005. Iżda, saħqu s-sorsi, f 'għaxar snin l-affarijiet inbidlu u t-theddid fuq xi kapijiet ta' stati komplew jiżdiedu u ma' dan it-theddid, trid tiżdied is-sigurtà. Kien għalhekk li l-awtoritajiet Maltin urew fiduċja fl-eks Kummissarju tal-Pulizija Pietru Pawl Zammit, li bl-esperjenza tiegħu kemm it-taħriġ kif ukoll il-koordinazzjoni tas-sigurtà ta' qabel, ta' waqt il-laqgħa tal- kapijiet u anke wara sakemm dawn iħallu Malta, ma jkun hemm ebda periklu għal ħadd. "Din hija biċċa xogħol iebsa ħafna fejn Zammit mhux biss irid jikkordina s-sigurtà personali ta' kull kap ta' stat u d-delegazzjoni tiegħu jew tagħha, imma jrid jara wkoll li fl-istess ħin iċ-ċittadin Malti wkoll ikun protett," saħaq wieħed mis-sorsi. ILLUM jinsab informat li t-taħriġ li qed isir jikkonsisti f 'diversi oqsma. Barra s-sigurtà personali, qed isir taħriġ intensiv ħafna fejn jidħol is- sewqan. "Jekk jinqala xi każ fejn ix-xufier ikun kostrett li jsuq b'veloċità eċċessiva biex jitlaq minn post fejn jista' jkun hemm xi theddida, dan irid ikun imħarreġ sew kif isuq b'dik il-veloċità imma fl-istess ħin la jkun ta' periklu għal min ikollu fil-karozza, la għas- sewwieqa l-oħrajn li jkun hemm fit-triq kif ukoll għal min ikun ukoll miexi fit-triq." Nifhmu għalhekk li se jibda, jekk mhux diġà beda, proċess ieħor delikat – dak li jkunu ngaġġati Pulizija addatati għal dan it-tip ta' xogħol. Għaldaqstant dawk li jintgħażlu se jgħaddu minn screening rigoruż ħafna. Barra li qed isir taħriġ hawn Malta, diġà sar u se jkompli jsir taħriġ mal-Pulizija Ingliża kemm f 'Malta kif ukoll fl-Ingilterra. Fil-jiem li għaddew ġie Malta s-Segretarju Ġenerali tal- Commonwealth, Kamalesh Sharma, li ltaqa' mal-President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca, kif ukoll mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Nifhmu li kellu wkoll laqgħa mal-eks Kummissarju tal- Pulizija Pietru Pawl Zammit fil-Furjana u t-Task Force li nħatret apposta li qed titmexxa minn Phyllis Muscat. L-istess sorsi temmew jgħidulna li Kamalesh Sharma wera s-sodisfazzjon tiegħu dwar kif qed isiru t-tħejjijiet għal-laqgħa taċ-CHOGM ta' Novembru 2015 f 'Malta b'mod speċjali fejn tidħol is-sigurtà. L-eks Kummissarju tal-Pulizija Pietru Pawl Zammit Marija jieħu ħarta jisimgħu dan l-istazzjon u li l-maġġoranza tagħhom huma semmiegħa ta' ċerta età b'ħafna minnhom anzjani u li regolarment kienu jwieġbu għas-sejħa tal-istazzjon u jibagħtu donazzjonijiet ta' flus fejn saħansitra kien hemm min ħalla parti mill-wirt lill-istess stazzjon. Jidher iżda li ħafna mid- donazzjonijiet waqfu hekk kif ħareġ fil-beraħ l-allegat każ ta' abbużi sesswali minn Patri Charles Fenech li ta' kuljum kien jippreżenta programmi fuq ir-radju kif ukoll imexxi ġabriet ta' talb. Preżentament Patri Charles qed jgħix ġo dar privata li tinsab faċċata tal-kunvent stess fejn kien jgħix sa ftit ilu. "Il-Kunsilli Lokali għandhom jgħinu fit-traffiku" – Stefan Buontempo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014