Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 39

18 illum | Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 "Kien baġit tajjeb, jekk Ir-reazzjoni tan-nies għal Baġit 2015 "GVERN li mhux qed ikun ambizzjuż biżżejjed f 'xi oqsma u jinħass iddiżappuntat kif qasam bħall-ambjent, ma ngħatax biżżejjed attenzjoni," dawn kienu l-kummenti negattivi dwar baġit pjuttost pożittiv. Kien baġit li donnu ma ried jispiċċa b'xejn fejn issemmew bosta miżuri f 'diversi setturi tal-ħajja: tas-saħħa, l-ambjent, l-edukazzjoni fost l-oħrajn. Il-gazzetta ILLUM għażlet li ġġib il- kummenti ta' nies differenti anke jekk ħafna ammettew li ma segwewx l-erba' sigħat kollha tad-diskors, in-nies li tkellimna magħhom qalu x'dehrilhom b'mod ġenerali. Punt li ssemma ħafna speċjalment minħabba l-fatt li kien imħabbar qabel id-diskors propja tal-baġit kien iż-żieda tal-COLA ta' 58c li għal din l-aħbar kien hemm reazzjonijiet varji bil-maġġoranza tan-nies jaqblu li din kienet ftit wisq bħala żieda. Min- naħa l-oħra bħala punt pożittiv kien hemm it-tnaqqis tat-taxxa għal dawk li jaqilgħu fil-faxxa tat-taxxa medja. Minbarra din il-miżura, kien hemm ukoll diversi kummenti pożittivi dwar is-settur tas-saħħa speċjalment fl- impenn li ħa l-Gvern li jnaqqas il-lista ta' stennija fl-isptar. Tkellmu wkoll il-qasam taż- żgħażagħ, biż-żidiet prorata, għalkemm minimi għall-istudenti kif ukoll il-qasam tax-xogħol, il-qgħad u n-nisa fid-dinja tax-xogħol. Lil min staqsejna, tkellmu pożittivament ukoll dwar l-inizjattivi biex jiġu indirizzati ċerti problemi li dehru li huma piż fuq is-soċjetà bħalma huma l-abbużi fil-qasam tal- benefiċċji soċjali li għandhom jiġu regolarizzati kif ukoll il-problema tat-traffiku. MARIO CUSCHIERI 51 KOK Naħseb li hi l-anqas ammont ta' żieda li qatt kien hemm fl-istorja tal-pajjiż. Nemmen li avolja kien hemm iż-żieda, xorta waħda kien hemm ħafna affarijiet li għolew; fejn il-Gvern, lill-poplu tah tant imma ħadlu aktar, għax biż-żieda lanqas biss għandek biex tirkeb tal-linja. Pereżempju, il-gass li issa għandu prezz stabbli, mhux li ħa jkollu xi effett kbir, għax dan mhux se tixtri ċilindru kuljum. JAMES CUSCHIERI STUDENT TALINĠINERIJA FLMCAST 19 B'mod ġenerali, iż-żieda li ngħatat bħal kumpens għall-għoli tal-ħajja kienet ftit li xejn u allura lanqas biss se tagħmel xi differenza. Dwar il-liċenzji, li rajt personalment li mhux se tgħin lill-istudenti jew min ħa jixtri karozza l-ewwel darba għaliex ovvjament f 'ħafna mill-każi, ma jkollhomx flus biżżejjed biex jixtru karozza ġdida, allura tispiċċa jkollok tħallas liċenzja aktar għolja. JOHN TABONE PENSJONANT 68 F'dan il-baġit kien hemm xi punti li kienu pożittivi imma wkoll dawk li ma tantx se jagħmlu differenza. Fosthom tal-petrol li huwa roħs minimu jew fil- każ tiegħi, iż-żieda fil-prezz tas-sigaretti li lili ma taffetwanix għaliex ma npejjipx. Iż-żieda għall-għoli tal- ħajja (COLA) kienet tista' tgħid waħda tad-daħq, b'ċifra daqshekk baxxa. Però mill-banda l-oħra, għoġbitni l-inizjattiva dwar ir-rata tat-taxxa li minn 29% naqset għal 25%. NATHALIE ROGERS MARA TADDAR 54 B'mod ġenerali, il-baġit għoġobni u laqatni tajjeb. Però, l-aktar li ħassejt li kien punt pożittiv f 'dan il-baġit, kien li se jkun hemm ħidma biex titnaqqas il-lista ta' stennija tal-operazzjonijiet fl-isptar Mater Dei hekk kif tħabbar li xi professuri se jibdew jagħmlu xi operazzjonijiet anke fi tmiem il-ġimgħa. Naħseb ukoll li ż-żieda fuq il-liċenzji mhix ħażina għaliex qiegħda fuq dawk il-karozzi li l-aktar jagħmlu ħsara lill- ambjent u huma l-aktar ħżiena għas-saħħa. Ħadt gost ukoll bit-tiġdid tal-iskemi tal-edukazzjoni bħal taċ-childcare b'xejn u tal-breakfast club. LUCY FORMOSA MARA TADDAR Jien naħseb li kumplessivament, kien baġit sodisfaċenti u implimenta ċertu miżuri li kien hemm bżonn jiġu indirizzati fosthom il-fatt li ħa jirregola lil min kien qed jabbuża mill- benefiċċji soċjali. Qabel ma wieħed janalizza l-baġit għas-sena 2015, tajjeb li wieħed iħares lejn indikaturi ekonomiċi li juru l-moviment tal-pajjiż matul is-sena li tkun għaddiet. Statistika ferm pożittiva tindika li l-qgħad sal-aħħar ta' Ġunju 2014 kien ilaħħaq 5.9% meta kkumparat mal-medja ta' 10.3% tal- pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Matul l-aħħar tnax-il xahar inħolqu madwar sitt elef xogħol ġdid, fejn kellna wkoll żieda ta' madwar 1,800 mara li daħlu fid-dinja tax-xogħol. Dwar il-baġit ta' din is-sena, ta' min wieħed isemmi miżuri tajbin li ttieħdu fejn qed tiġi mnaqqsa l-income tax għal dawk imsejħa 'middle-income earners' minn 29% għal 25%. Qed tiġi wkoll imnaqqsa t-taxxa fuq trasferimenti ta' propjetà minn dik eżistenti ta' 12% għal 8% fuq il-valur tal-propjetà trasferita. Min-naħa l-oħra, se jkun hemm introduzzjoni ta 'sisa' ġdida (excise tax) ta' €0.20 fuq kull litru nbid u se jkun hemm żieda ta' madwar 6-12% fuq il-prezzijiet ta' sigaretti u prodotti tat-tabakk. L-istudenti se jkollhom l-istipendji msaħħa proporzjonalment biż- żieda minima ta' €0.58 għall-għoli tal-ħajja li se tkun qed tingħata fil-ġimgħa. Miżura interessanti hi dik fejn kumpaniji li ħa jkunu qed iħaddmu nies bi bżonnijiet speċjali se jkunu qed jingħataw sa €4,500 fi krediti ta' taxxa fis-sena. Dan jawgura tajjeb għal pajjiż, għaliex miżuri bħal dawn se jkomplu jgħinu l-emanċipazzjoni ta' nies li jinsabu fi żvantaġġ. Opinjoni Ġenerali: Naħseb li huwa baġit ġust fejn se jkun qed jinċentiva l-ħaddiema u jnaqqas l-abbużi fis-servizzi soċjali u l-industrija (b'infurzar ta' liġi u introduzzjonijiet ta' liġijiet ġodda. JOHN MICALLEF STUDENT FILFAKULTÀ TALACCOUNTING, EKONOMIJA U MANAGEMENT 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014