Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 39

Dan il-baġit kien wieħed pożittiv fejn nistgħu ngħidu li l-Gvern ħaseb f 'kulħadd, ibda miż-żgħir u spiċċa bil-kbir. Ħadt gost nara li l-Gvern permezz ta' dan il-baġit se jindirizza numru ta' problemi soċjali li ilhom magħna għal ħafna snin u qatt ma sar xejn dwarhom fil-passat u anke se jieħu passi konkreti biex jonqsu l-abbużi mill-benefiċċji soċjali. Barra minn hekk, hija xi ħaġa sabiħa li se jiġu mgħejuna persuni vulnerabbli fis-socjetà tagħna fosthom persuni b'mobiltajiet soċjali differenti biex jintegraw aktar ruħhom fid-dinja tax- xogħol. Fejn jidħlu ż-żgħażagħ, fl-ambitu tax- xogħol u l-edukazzjoni, il-Gvern se jkompli jibni fuq dak li diġà bena matul din il-leġislatura u dan jawgura tajjeb biex ikollna inqas żgħażagħ qiegħda u aktar żgħażagħ li jkomplu jistudjaw jew li jkunu involuti f 'xi tip ta' taħriġ. Min-naħa l-oħra fejn jidħol il-ħarsien tal-ambjent kont daqsxejn diżappuntat għax kien hemm ħafna iktar proposti li setgħu jittieħdu inkonsiderazzjoni f 'dan ir-rigward. Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 | illum 19 • 80% tal-miżuri tal-Baġit 2014 ġew implimentati • €50 miljun dħul mill-iskema ta' bejgħ taċ-Ċittadinanza • SISA fuq l-inbid lokali u barrani • Tneħħija tal-Ecotax • Taxxa fuq l-għalf tal-ħut • Prezzijiet fissi tal-gass • Prezzijiet orħos tal-Petrol u Diesel • Reviżjoni fuq il-qliegħ kapitali • Benefiċċji għall-koppji bit-tfal • Taħriġ vokazzjonali għal min ma jaħdimx • Benefiċċji għas-single mothers • Riformi fil-leave tal-maternità • Reviżjoni tal-anomaliji fil-pensjoni tat-Tarzna • 25 sena servizz għall-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili • Pagi ugwali għall-ħaddiema mal-kuntratturi • Bejgħ ta' garaxxijiet tal-Gvern • L-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità • Eżenzjoni ta' taxxi fuq l-istipendji • Leave sabbatiku għall-għalliema • Bini ta' żewġ skejjel ġodda • Taħriġ vokazzjonali fl-Ospitalità u Accounting • Permessi ta' ftuħ ta' casinos fl-ibħra territorjali Maltin • Bini ta' Breakwaters f 'Tignè Point u Marsamxett • Sejħa għal investiment fil-'Malta Film Studios' • Twaqqif ta' Aġenzija Ċentrali • Roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-industrija • Jiġ indirizzati l-listi ta' stennija għall-operazzjonijiet • Studju fuq l-użu mill-ġdid tal-Isptar San Luqa • Donazzjoni ta' organi wara l-mewt • Vawċers għal prodotti Gluten Free • Nollijiet fissi għat-Trasport Pubbliku • Pjani biex jitnaqqas it-traffiku fit-toroq Punti ewlenin mill-Baġit 2015 jekk tiżen kollox" LUCY NAVARRO PENSJONANTA 76 Issemmew diversi punti li rajthom li kienu pożittivi f 'dan il-baġit fosthom il-flus li ser jingħataw lill-anzjani (€300) li jkollhom 75 sena jew aktar. Dan l-aktar minħabba l-fatt li għalkemm għandna ħafna mediċini b'xejn, xorta waħda jkun hemm xi wħud li jkollok tħallas għalihom, u dawn il-flus jistgħu jagħmlu tajjeb għal dan. Punt ieħor li laqatni kienet tal-listi ta' stennija li se titnaqqas bl-operazzjonijiet li se jibdew isiru fi tmiem il- ġimgħa wkoll. Nemmen ukoll li ż-żieda li ngħatat ta' 58c biss kienet ħmerija. PAWLU FRENDO PENSJONANT Jiena naħseb li ma kienx baġit ħażin. L-aktar għax se jieħu ħsieb lil min jaħdem u min jieħu l-benefiċċji soċjali. MATTHEW CALLEJA JAĦDEM FLIGAMING 30 SENA Rigward baġit 2015 wieħed irid jgħid li kien wieħed sodisfaċenti għall-aħħar, għaliex kien immirat kemm għall-familji kif ukoll għan-negozji li se jiffrankaw il-flus u jingħataw nifs, fejn għal familji bit-tfal hemm ħafna inċentivi u għan-negozji t-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma żgur se tkun ta' għajnuna kbira biex ikomplu jinvestu. Min-naħa l-oħra naħseb li l-iktar ħaġa li ntlaqgħet tajjeb mill-poplu inġenerali huwa l-fatt li qiegħed isir kontroll fuq dawk in-nies li ilhom jirreġistraw, fejn inħolqu sistemi ġodda biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm abbuż, kif ukoll għal dawk is-single mothers li issa jistgħu jerġgħu jiżżewgu u xorta waħda jieħdu l-benefiċċji filwaqt li jkunu qegħdin isibu saqajhom f 'post tax-xogħol. ANTON CUTAJAR INĠINIER Naħseb li jekk tiżen kollox, kien baġit tajjeb. It-taxxi ġodda kienu żgħar u mhux li jweġġgħu. Il-klassi l-baxxa ġiet aġevolata permezz ta' għajnuna marbuta ma' attendenza fl-iskola. Bdejna nagħmlu passi biex nattakkaw il-problemi tat-traffiku, għalkemm irridu nkunu iktar ambizzjużi (pereżempju, iż-żibel jinġabar bil-lejl eċċ. L-industrija għandha tmur aħjar u tkun iktar kompetittiva bir-roħs tad-dawl. Forsi wieħed seta' jattakka ftit il- minimum wage u jgħolliha ftit. Imma kollox ma' kollox kien baġit bilanċjat u pożittiv. KEVIN MERCIECA STUDENT UNIVERSITARJU TALPOLITIKA SOĊJALI 24

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014