Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 39

Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 | illum 3 Ikompli minn paġna 1 LINĊIDENT ta' din il- ġimgħa beda l-Gżira meta Stephen Morrison Smith laqat il-karozza ministerjali tal- Ministru Mallia waqt li kienet wieqfa. Ix-xufier tal-Ministru ġera wara Morrison Smith fejn jingħad li sparalu fuq il-karozza sa ma fl-aħħar ġie mwaqqaf mill-Pulizija u kien arrestat. Hu mifhum ukoll li Morrison Smith kien qed isuq taħt l-influwenza tal-alkoħol. L-Avukati Giglio u Tonna Lowell qalu li t-teoriji aċċettati mill-Qrati Maltin jgħidu ċarament li sabiex l-awtodifiża tirnexxi jrid ikun hemm xi waħda minn erba' kundizzjonijiet. L-ewwel nett; il-periklu jrid ikun illegali. It-tieni; il-periklu jrid ikun gravi u dan ifisser li kieku wieħed m'għamilx reazzjoni għal dak il-periklu, kienet issir ħsara gravi lil ħajtu jew lill-inkoluminità fiżika tiegħu jew lill-kastità tiegħu. L-istess japplika f 'każ li dawn il-perikli jiġu riskontrati fil-konfront ta' persuni oħra u mhux tal-persuna tiegħu. It-tielet; il-periklu jrid ikun inevitabbli. Fi kliem ieħor, jekk il-periklu seta' jiġi evitat, wieħed ma jistax jinvoka din id-difiża. Ir-raba'; il-mezz użat irid ikun proporzjonat għall-periklu riskontrat. Hu biss f 'dawn il- każijiet li l-użu ta' arma bħala awtodifiża jista' jiġi aċċettat mill-Qrati Maltin qalu l-avukati Giglio u Tonna Lowell. Din il-gazzetta tkellmet ukoll fuq l-awtodifiża ma' Dr Mario Spiteri, avukat ieħor li wkoll jispeċjalizza fil-kriminal li spjegalna li Membri ta' Korpi Dixxiplinati', skorti privati eċċ huma lkoll marbuta li jużaw din it-tip ta' forza kif inhu raġonevolment neċessarju sabiex ikun hemm il-prevenzjoni ta' sitwazzjoni li tista' tkun agħar minn dik li jkollhom quddiemhom fiċ-ċirkostanzi. Biss kull wieħed minn dawn il- membri, skorti privati eċċ jkollu responsabbiltà konsiderevoli x'jerfa', kemm-il darba jinstab li jkun uża forza aktar milli jkunu jimmeritaw iċ-ċirkostanzi. Spiteri spjega wkoll li f 'dan l-isfond irid jingħad li f 'każ li jkun hemm bżonn ta' użu ta' forza permezz ta' arma tan-nar, fejn possibbli għandu jingħata pre avviż suffiċjenti dwar l-intenzjoni li se jkun hemm użu ta' din l-arma. Finalment huwa prinċipju ferm riassodat globalment li persuna tista' tiftaħ in-nar fuq persuna oħra jekk dik il-persuna qed tikkommetti jew waslet biex tikkommetti att li aktarx se jpoġġi l-ħajja ta' xi ħadd fil-periklu tal-mewt u m'hemmx triq oħra sabiex tevita l-periklu. Il-każ qajjem ħafna domandi oħra fosthom, jekk hux ix- xufiera kollha tal-Ministri qed ikunu armati bl-armi tan-nar fuqhom, jekk ħadux it-taħriġ neċessarju fuq l-isparar u kif u fejn qed jidħlu bl-armi waqt il-qadi ta' dmirijiethom. Apparti s-sospensjoni tax- xufier minn dmirijietu u mill- korp, Simon Busuttil sejjaħ għar- riżenja tal-Ministru Manuel Mallia u insista li jekk dan ma jirriżenjax, Joseph Muscat kellu jkun hu li jneħħi lil Mallia. Anke l-Alternattiva Demokratika fi stqarrija insistiet li l-Ministru Mallia kellu jirreżenja. Fejn hu possibbli għandu jingħata pre avviż suffiċjenti Inċident li seraq l-attenzjoni tal-baġit Ikompli minn paġna 1 LINĊIDENT ta' nhar l-Erbgħa ddomina l-attenzjoni kollha tal- mezzi tax-xandir u l-pubbliku filwaqt li ntesa kompletament il-baġit li kien għadu kif ressaq il-gvern nhar it-Tnejn li għadda. Dawn l-iżviluppi wasslu għar-rabja tal-Prim Ministru li bla tlaqliq ta' xejn qal li kien jinsab iddiżgustat u li min hu responsabbli jrid jerfa' r-responsabbiltà. Jidher ukoll li dan l-inċident poġġa lill-Kap tas-Segretarjat fil-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Silvio Scerri taħt pressjoni kbira. Intant il-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil kompla jtenni matul il-jum tal-bieraħ li l-Prim Ministru Joseph Muscat għandu jġiegħel lill-Ministru Manwel Mallia jerfa' r-responsabbiltà politika u jirreżenja. Busuttil saħaq ukoll li fid-dawl ta' dak li ġara, anke l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit għandu jirrispondi għal għemilu. Ikompli minn paġna 1 l-attenzjoni tal-baġit It-tiri b'ċirku aħmar fuq il-karozza tal-Iskoċċiż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014