Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 39

Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 | illum 21 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri MICHAEL CAMILLERI BIRKIRKARA MIN qed igerger biż- żieda ta' 58 ċenteżmu fil-ġimgħa fil-pagi, u min huwa sodisfatt li din is- sena tbaxxiet għax naqsu l-inflazzjoni u r-rata tal- għoli tal-ħajja. Tajjeb li jkun apprezzat li ż-żieda fil-pagi li toħroġ fil-baġit hija kkalkulata bil- formula tal-COLA (Cost of Living Adjustment), ibbażata fuq basket ta' oġġetti u servizz essenzjali għall-ħajja ta' kuljum tal-familji. Iż- żieda tvarja minn sena għal oħra skont il-varjazzjoni tal-prezzijiet tal-oġġetti u servizzi f 'dak il-basket, li kien stabbilit 20 sena ilu bejn il- gvern u l-imsieħba soċjali. It-tnaqqas tal-inflazzjoni u r-roħs tal-għoli tal-ħajja inġenerali, irriżultaw mit- tkabbir tal-ekonomija li żviluppa mill-attività ekonomika li kienet stimulata mill-għadd ta' miżuri soċjo- ekonomiċi li ħa l-gvern. L-akbar stimulant kienu r-roħs qawwi tad-dawl/ilma għar-residenzi, u ċ-childcare b'xejn u l-inċentivi oħra għax-xogħol tan-nisa, u roħs kbir fil-mediċini u provista mtejba ta' mediċini b'xejn u żieda fiċ-children's allowance. Il-flejjes iffrankati mill- familji b'dawk il-miżuri ntefqu f 'attivitajiet li kabbru l-ekonomija. Jalla li din tkompli tikber iżjed mir-roħs tad-dawl li jmiss f 'Marzu 2015 għall-industrija tan- negozji. Jidher li qegħdin nagħmlu progress ekonomiku tajjeb ħafna. Mela l-kalkoli tal- COLA kienu teknikament korretti fis-sens li jirriflettu l-andament tal-ekonomija. Però ma nistax ngħid li huma soċjalment ġusti, għax minkejja l-imbuttaturi mill- miżuri li semmejt tal-gvern li aġevolaw eluf ta' familji, fadal eluf ta' nies fix-xifer u taħt il-linja tal-faqar. Mela l-ġid mit-tkabbir ekonomiku mhux jinfirex ġustament fost l-iskali soċjali. Dawk il- miżuri mhumiex jilħqu wisq l-isfel fil-ħofra soċjali li fiha hemm dawk l-eluf ta' membri tas-soċjetà tagħna. B'sodisfazzjon ninnota li l-Prim Ministru stqarr li ż-żieda ta' 58 ċenteżmu mhux biżżejjed u li hemm bżonn ta' aktar aġġustament soċjali. Forsi qed jaħseb f 'xi tibdil fil-formula tal-COLA li xorta ma jkunx biżżejjed biex ifejjaq il-ġerħa nazzjonali tal-faqar. Inħoss li din l-anomalija tista' tkun indirizzata billi flimkien ma' dik iż-żieda tal-COLA li jieħu kulħadd, tidħol oħra ġdida għas-settur sfortunat, bil-provediment ta' skema ta' aġġustament tal-paga soċjali (APS), li tkun relatat mal-massimu tad-dħul reġistrat tal-iskala tan-nies fir-riskju tal-faqar. Qawt li l-livell tal-għejxien ta' kulħadd jibqa' jkun aġġustat bil-COLA, l-iskema APS tassigura li l-faqar jonqos relattivament mat- tkabbir tal-ekonomija. Il-ġid mit-tkabbir ekonomiku Il-Baġit 2015 u l-Pensjonant FILBAĠIT għas-sena 2015, insibu numru ta' proposti li jolqtu favorevolment familji bi dħul baxx u "single parents." Huma ntiżi biex inaqqsu r-riskju li dawn jaqgħu taħt il-linja tal- faqar. Insibu wkoll miżuri li għandhom iwasslu biex tonqos l-evażjoni fiskali u jinqata' kemm jista' jkun, l-abbuż mill-benefiċċji tas- sigurtà soċjali. Jekk jirnexxu meta jibdew jitwettqu, Malta tkun pajjiż aħjar, għallinqas fl-oqsma msemmija. Kollha huma inizjattivi ta' min ifaħħarhom. Il-pensjonanti baqgħu l-art Sfortunatament il-ftit miżuri mħabbra fir-rigward ta' pensjonanti ftit hemm x'wieħed ifaħħar fihom. Ma ngħata ebda ħjiel dwar x'beħsiebu jagħmel il-gvern biex tinstab soluzzjoni għall- problemi li qed jiffaċċjaw il-pensjonanti tal-lum. Dawn lanqas biss ma ssemmew. Għajr għad-diskors dwar il-Pensjoni tat-Tielet Kolonna, silenzju sħiħ dwar pensjonanti futuri. Forsi hawn ta' min isemmi fil-qosor x'inhuma l-problemi ewlenin li qed jiffaċċjaw dawk li ġa huma pensjonanti kif ukoll dawk li għada pitgħada jridu jiffaċċjaw dawk li se jirtira tul it-tnax-il sena li ġejjin, jiġifieri sal-31 ta' Diċembru 2026. Dawn huma: Pensjoni Minima • Nazzjonali Garantita ta' mhux inqas minn 60% tad-Dħul Medjan Nazzjonali. Is-saqaf baxx tal-ogħla • dħul pensjonabbli li taħtu tinħadem l-ogħla rata ta' pensjoni li tista' tiġi mħallsa mis-Sigurtà Soċjali. Il-ħlas ta' pensjoni tas- • Sigurtà Soċjali mnaqqsa lil dawk li għandhom - jew ikollhom "ix-xorti" - li jirċievu wkoll pensjoni tal-post mingħand min kien iħaddimhom. Illum, għal eluf ta' koppji ta' pensjonanti, id-dħul tagħhom hu biss €135 fil-ġimgħa, jew madwar €7,000 f 'sena. Din hi r-rata tal-pensjoni minima nazzjonali. Dan meta pensjoni maħduma fuq 60% tad-dħul medjan nazzjonali taqbeż id-€9,000 fis-sena. Il-figura li tirrapreżenta 60% tad-dħul medjan nazzjonali hi aċċettata minn awtoritajiet Ewropej u dinjija bħala l-figura li taħtha persuna tkun f 'riskju ta' faqar. Dan ifisser li eluf ta' koppji ta' pensjonanti qed jiċċaħdu minn €2,000 fis- sena għax mhix qed tiġi applikata l-formula ta' 60% li tirrakkomanda l-UE. Għalkemm il-politiċi dan ilhom jafuh – organizzazzjonijiet ta' pensjonanti ilhom jiġbdulhom l-attenzjoni għal dawn l-aħħar għaxar snin – qatt ma sar xejn. Fil- programm elettorali tiegħu, il-PL wiegħed li se jdaħħal Pensjoni Minima Nazzjonali Garantita tul medda ta' snin. Madankollu, fil-Baġit 2015 ma sar ebda aċċenn għal soluzzjoni ta' din il-problema soċjali serja. Żgur mhiex se titranġa b'bonus ta' darba ta' €35 f 'sena. Staġnar tal-ODP Staġnata wkoll il-problema tal-Ogħla Dħul Pensjonabbli (ODP) – illum madwar €17,700 f 'sena – u li fuqu tinħadem l-ogħla rata ta' pensjoni li titħallas flimkien mas-sigurtà soċjali, li illum hi madwar €11,600 f 'sena. Wara li l-ODP dam ma jkun rivedut għal 22 sena sħaħ, beda jiżdied kull sena l-ammont ta' COLA mill-2005 'l quddiem. Dan mhux b'xi deċiżjoni tal-gvern, imma għax sfronda s-saqaf u ma setax isir mod ieħor. Waqt li kontributuri li jirtiraw minn Jannar 2027 'l quddiem ġa għandhom ODP ta' €20,970, u li mill- 2015 tibda tiżdied kull sena, eluf kbar ta' kontributuri u ekskontributuri se jibqgħu jbatu minħabba saqaf miżmum artifiċjalmet baxx, għax kull min kien fil- poter s'issa dejjem naqas li jieħu d-deċiżjonijiet ġusti u meħtieġa f 'waqthom. Fuq dan kollu l-Baġit 2015 ma jgħid xejn. Baqa' sieket daqs is-skiet tal-qabar Inġustizzja oħra Hi dik li ilha sejra għal aktar minn ġenerazzjoni – eżattament minn Jannar 1979. Qed nirriferi għal dawk li għandhom pensjoni tas-servizz (ie dik li jirċievu mingħand min kien iħaddimhom) u li jirċievu pensjoni mnaqqsa tas- Sigurtà Soċjali, minkejja li dawn ikunu ħallsu l-istess rata ta' kontribuzzjonijiet li jkun ħallas ħaddiem fl-istess livell ta' paga u li m'għandux pensjoni tal-post. Il-Baġit 2015, bħal oħrajn ta' qablu mill-2008, ma ndirizzax din il-problema bis-serjetà u minflok qal li €200 oħra fis-sena jiġu injorati għal skop ta' tnaqqis mill-pensjoni tas- Sigurtà Soċjali. Jekk nibqgħu sejrin hekk, persuna trid tkun għalqet il-100 sena qabel ma tibda tirċievi pensjoni sħiħa tas-Sigurtà Soċjali! Il-Pensjonijiet tat-Tielet Kolonna Waqt li dejjem tajjeb li tinkuraġġixxi t-tfaddil, pensjonijiet tat-Tielet Kolonna japplikaw biss għal dawk li jaqilgħu biżżejjed biex ikunu jistgħu jwarrbu xi flus għat-tfaddil. U għal min m'għandux mezzi biex ifaddal? Pensjoni tal-Ewwel Kolonna Adegwata Is-soluzzjoni waħdanija għal persentaġġ imdaqqas tal-kontribuzzjonijiet hi pensjoni tal-ewwel kolonna – jiġifieri dik tal-Istat li toħroġ mis-Sigurtà Soċjali. Din biss tista' tassew tassigura livell ta' għejxien xieraq wara li persuna tirtira. Pensjoni mis-Sigurtà Soċjali xierqa tista' biss tingħata jekk ir-rata ta' kontribuzzjonijiet togħla tul medda qasira ta' snin għal mhux inqas minn tnax u nofs fil-mija tad-dħul. Idealment għandu jinħoloq fond indipendenti mill-gvern u mmexxi mill-istakeholders kollha, inkluż il-gvern. Hemm xi jsir, biss il-Baġit 2015 ma semma xejn dwar dawn il- ħtiġijiet. Konklużjoni Il-konklużjoni li wasalt għaliha hi li l-ideat u l-innovazzjoni ġew riżervati għal uħud, żgur mhux għal pensjonanti. Il-kelma faqar fir-rigward tal-pensjonanti ma ssemmietx darba waħda. Tgħid dan għaliex il- pensjonanti jaħsbu fihom biss darba kull ħames snin? Kont taħt l-impressjoni li ħadd mhu għar-rimi. President tal-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti ALBERT J. TABONE "Ma ngħata ebda ħjiel dwar x'beħsiebu jagħmel il-gvern biex tinstab soluzzjoni għall- problemi li qed jiffaċċjaw il- pensjonanti tal- lum"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014