Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 39

Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 | illum 25 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -istennija għal baġit hi xi ħaġa li ta' kull sena ħafna jkunu qed jistennew. Min jistenna għal ħaġa u min għal oħra iżda nalment kulħadd jistenna li sena wara l-oħra d-dħul tiegħu imur dejjem għall-aħjar, kemm fuq nota personali u kemm fuq nota lokali. Snin ilu l-kontenut tal-baġit kienet xi ħaġa sigrieta li ħadd ma kien ikun jaf sal-mument li l-Ministru tal-Finanzi jibda l-qari tiegħu fil-parlament. Illum, il-kontenut tal-baġit jiġi diskuss mal-korpi kostitwiti sa minn ġimgħat qabel u l-mekkaniżmu tal-għoli tal-ħajja, il-COLA, ikun magħruf ferm qabel il-baġit kif fil-fatt sar anke din is- sena meta ġie mħabbar li ż-żieda se tkun ta' 58 ċenteżmu. Imma meta nhar it-Tnejn li għadda l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna beda jaqra l-kontenut tal-baġit, ħadd ma bassar li kien se jkun l-itwal baġit fl-istorja riċenti tal-politika. Baġit li dam jinqara kważi erba' sigħat li mhux biss għejja lill-Ministru Scicluna li kien qed jaqrah iżda għejja anke lil min kien qed jisimgħu. Baġit li kien fih 28,000 elf kelma. Meta wieħed jagħsar il-kontenut, jinduna li kien baġit pożittiv u li offra ftit għal kulħadd. Baġit li s-slogan tiegħu hu li jippremja l-bżulija, tema li minnha nfisha tinżel għasel ma' kull ħaddiem li jegħreq l-għaraq ta' ġbinu sabiex jaqla' l-għixien tiegħu għalih u għal familtu. Kien għalhekk li l-miżuri li semma l-Ministri Scicluna dwar il-kontroll ta' min qed jabbuża mis- servizzi soċjali kienu applawditi minn bosta. Il-frażi li lissen il-Ministru li tkun omm mhijiex professjoni ntlaqgħet tajjeb minn dawk kollha li llum jafu li mhux 'il bogħod minnhom hemm xi ħadd li qed jgħix komdu minn fuq il-benefiċċji ġenerużi li kienu ġew introdotti matul l-aħħar snin. Miżuri li kienu intenzjonati biex jgħinu lil min hu fil-bżonn u mhux biex jixprunaw l-għażż. Il-gvern ippreżenta baġit li jinċentiva x-xogħol fil-pajjiż b'inċentivi ġodda għat-tkattir tal- ekonomija. Baġit li anke jaħseb għal dawk il-membri tas-soċjetà fostna li għadhom diżabbiltà u li finalment se jħaddem fil-prattika liġi li ilha eżistenti sa mill-1967 u li qatt ma kienet implimintata jew infurzata kif xieraq b'risq dawk żvantaġġjati. Baġit li ħaseb fil-ħaddiema kollha, kemm dawk ta' dħul baxx u medju u kif ukoll f'dawk l-iktar vulnerabbli fosthom il-pensjonanti u dawk li verament jiddependu mis-servizzi soċjali. Minkejja li l-mekkaniżmu tal- COLA irriżulta biss f'żieda ta' 58ċ il-gvern introduċa miżuri addizjonali li jgħinu lil min hu fil-bżonn bla ma tefa' piżijiet addizjonali fuq l-ekonomija. Hemm ukoll it-traħħis fil-prezz tal-fjuwil li flimkien mar-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed iħallu aktar flus fil-bwiet tan-nies. Fi ftit kliem, il-gvern ippreżenta baġit li verament qed jagħti aktar opportunitajiet għal min irid jaħdem filwaqt li fl-istess ħin irażżan lil min qed jabbuża mill- benefiċċji soċjali. Baġit li ġie deskritt minn kulħadd bħala wieħed pożittiv għajr għall-oppożizzjoni Nazzjonalista li kkritikat il-baġit bħala wieħed fejn Joseph Muscat b'id waħda jtik il-ftit filwaqt li bl- id l-oħra jeħodlok ferm iżjed. Baġit 2015 - twil però pożittiv

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014