Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 39

Kummercjali 28 illum | Ħadd 23 ta' Novembru 2014 BOV jiltaqa' mar-rebbieħa tal-kampanja li saret matul il-Valletta Shopping Festival GĦAXAR persuni li użaw il-kard tagħhom ta' BOV rebħu BOV MasterCard prepaid card bil-valur ta' €50. Dawn ġew magħżula minn fost dawk li użaw il-kard tagħhom ta' BOV waqt l-ewwel edizzjoni tal- Valletta Shopping Festival li saret ix-xahar li għadda. Din l-inizjattiva ta' Bank of Valletta kellha l-għan li tinkoraġġixxi lill-klijenti jużaw il-kards tagħhom meta jmorru jixtru u b'hekk igawdu mill-benefiċċji u l-konvenzjenza li dawn joffru. Ir-rebbieħa ltaqgħu ma' Michael Galea, Chief Officer Operation ta' Bank of Valletta flimkien ma' John Pace, Executive Head Cards Business u Paul Fenech, President tal-Assoċjazzjoni tal-Komunità tan-Negozjanti ta' Triq ir-Repubblika. Il-Valletta Shopping Festival huwa maħsub li jżid ix-xiri mill-ħwienet, u għaldaqstant iżid in-negozju għan- negozjanti filwaqt li joffri valur miżjud lix-xerrejja. MAPFRE tirreġistra dħul ta' €19.79 biljun sa Settembru MAPFRE ġġenerat dħul ta' €19.79 biljun fl-ewwel disa' xhur tas-sena, żieda ta' 1.6% meta mqabbel mas-sena preċedenti u żiedet il-volum tal-premiums b'1.8% għal €16.86 biljun. Dawn ir-riżultati kienu kawża tat-tkabbir sinifikanti tan-negozju fil-Brażil u pajjiżi oħra tal-Amerika Latina, l-irkupru kontinwu fi Spanja u l-iżvilupp solidu tan-negozji tar- Riassigurazzjoni u Assistenza, bil-proporzjon kombinat jibqa' miżmum f 'livelli eċċellenti (95.8%) F'termini ta' riskju kostanti, il-premiums jiġu żdiedu bi 8.3%. Il-premiums non-life sal- aħħar ta' Settembru ammontaw għal €12.55 biljun (żieda ta' 1%) filwaqt li l-premiums mill-assigurazzjoni tal-ħajja żdiedu b'4.4% għal €4.30 biljun. It-tfaddil immaniġjat żdied bi 13.6% għal €37.73 biljun. Il- profitt qabel it-taxxa u interessi minoritarji ammonta għal €1.45, żieda ta' 13%. "Dawn ir-riżultati jikkonfermaw l-iżvilupp sostnut tan-negozju globali ta' MAPFRE, partikolarment fis- swieq strateġiċi. Fi Spanja, fejn iktar ma jmur iktar qed ikun hemm sinjali ta' titjib fil-qagħda ekonomika, is-suċċess tal- istrateġija tagħna qed jidher ċar ukoll," sostna Antonio Huertas, Ċermen u CEO ta' MAPFRE. L-ekwita tal-azzjonisti żdiedet b'14.5% mill-aħħar tas-sena 2013, u laħqet l-ammont ta' €8.97 biljun, bit-total ta' assi immaniġjati jammontaw għal €73.97 biljun, żieda ta' 9.8% fuq l-aħħar tnax-il xahar. Il-premiums mir-reġjun EMEA żdiedu b'1.3% għal €918 miljun. In-negozju fit-Turkija kien l-aħjar f 'dan ir-regjun, bi premiums ta' €416 miljun, li jirrappreżentaw żieda ta' 10% f 'termini ta' munita lokali. F'Malta, il-premiums ammontaw għal iktar minn €124 miljun, żieda ta' 21.8% minn Jannar għal Settembru. F'Settembru, MAPFRE ħabbret l-akkwist tan-negozju tal-assigurazzjoni tal-karozzi tal-Grupp Direct Line ġewwa l-Italja u l-Ġermanja għal €550 miljun. Din it-tranżazzjoni tirrifletti l-impenn ta' MAPFRE lejn is-settur tal-assigurazzjoni online. F'dan is-settur MAPFRE rdoppja l-preżenza ġewwa l-Ewropa. Fl-Italja, Direct Line hi l-operatur ewlieni fis-settur tal-assigurazzjoni tal-karozzi, filwaqt li fil-Ġermanja, tinsab fit-tielet post fis-suq. Fl- 2013, dawn il-kumpaniji li bejniethom għandhom 1.6 miljun klijent irrapportat dħul ta' €714 miljun mill-premiums. Il-Bord tad-Diretturi ta' MAPFRE approva tibdil sinifikanti fl-istruttura tat- tmexxija sabiex tmexxi 'l quddiem il-proġetti ewlenin strateġiċi tal-kumpanija. Dan se jippermetti lill-grupp sabiex ikun pass eqreb għall-ħolqien ta' struttura ġdida li hi iktar konformi mal-iskala globali tagħha. MAPFRE hi rappreżentata f 'Malta minn Middlesea Insurance p.l.c. li tifforma parti mill-grupp MAPFRE. L-offerti tal-Milied ta' GO għall- klijenti ġodda u eżistenti ILKLIJENTI ta' GO issa jistgħu jibbenefikaw minn numru ta' offerti għas-servizz tal-mowbajl tul dan il-Milied. Dawn l-offerti jipprovdu benefiċċji għall-klijenti ġodda u dawk eżistenti lil hinn jekk hux permezz tat-tariffi Pay As You GO jew abbonati ma' wieħed mill-pakketti Limitless Pay Monthly plans. Il-pakkett Limitless Pay Monthly minn €19 fix-xahar Il-klijenti ġodda u dawk eżistenti tal-Pay Monthly li għadhom ma abbonawx ruħhom mal-Limitless mobile pay monthly plans jistgħu jissieħbu mal-pakkett Limitless 25 għal tariffa bi skont ta' €19 fix-xahar. Il-klijenti jistgħu jibbenfikaw minn din it- tariffa fix-xahar meta jżommu l-ismartphone tagħhom u jagħżlu l- pakkett Limitless 25 bil-konnessjoni tal-Home Pack ta' GO. Il-pakkett Limitless 25 joffri telefonati bla limitu lin- numri kollha ta' GO mobile u linji fissi tat-telefon tal-GO, 50 minuta u 50 SMS lil kwalunkwe netwerk ieħor, flimkien ma' 500MB ta' mobile internet fix-xahar. Il-klijenti ta' Limitless 25 jistgħu wkoll jibbenefikaw minn roħs fir-rati meta jċemplu numri internazzjonali permezz tas-servizz 1021 mill-mowbajl tagħhom. Pakketti oħra ta' Limitless mobile pay monthly plans jinsabu disponibbli b'benefiċċji li jiddependu fuq l-pakkett magħżul. Dawn jinkludu telefonati bla limitu lil kwalunkwe netwerk lokali, telefonati fl-UE b'rati fissi, SMS lil kwalunkwe numru internazzjonali u benefiċċji fuq it-tariffi tar-roaming. Ċempel kwalunkwe numru lokali b'5 ċenteżmi ta' Ewro fil-minuta Il-klijenti ġodda u dawk eżistenti ta' Pay As You Go se jkunu jistgħu jċemplu kwalunkwe linja fissa tat-telefon jew numru ta' mowbajl għal 5 ċenteżmi ta' Ewro fil-minuta matul il- filgħaxijiet, tmiem il-ġimgħa u tul il-ġurnata kollha waqt festi pubbliċi. Dan apparti mobile internet mingħajr ħlas. Biex wieħed jirreġistra għal din l-offerta kulma l-klijent għandu jagħmel hu li jibgħat SMS b'xejn bil-kelma ANYONE lin-numru 16414. Ladarba jkun reġistrat, il- klijent jista' jibda jibbenefika minn din l-offerta sakemm jibqa' jagħmel top up ta' €10 jew iktar. Is-servizz Mobile Share b'xejn għal 3 xhur Is-servizz ta' Mobile Share ta' GO jippermetti lill-klijenti li jaqsmu l-bundle tal-internet mobile fuq żewġ devices fl- istess ħin. Il-Mobile Share hu servizz disponibbli biss għal klijenti abbonati ma' Limitless mobile pay monthly. Il-klijenti eżistenti li jħallsu fix-xahar u dawk ġodda li jinkitbu għas- servizz sal-31 ta' Jannar 2015 se jirċievu s-servizz Mobile Share mingħajr ħlas għall-ewwel tliet xhur. Barra minn hekk il- klijenti kollha eleġibbli li jieħdu din l-offerta se jibbenefikaw minn skont ta' €50 fuq it-tablet Alcatel One Touch Pop 8 li jipprovdi konnettività kemm WiFi kif ukoll 3G. Aktar tagħrif dwar l-offerti kollha ta' GO għal matul żmien tal-Milied wieħed jista' jżur is- sit www.go.com.mt, il-ħwienet kollha ta' GO, ir-resellers esklussivi jew permezz tal- Freephone 8007 2121. Termini u kundizzjonijiet japplikaw.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014