Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 39

Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 | illum 29 JEAN PIERRE CASSAR jpcassar@mediatoday.com.mt Kelma waħda li tiddeskrivi lil Merry Poppins? SuperCalifragilist icexpialidocious Xi tgħidilna dwar id-dama? X'inhu xogħolha? Merry Poppins tiġi s-sekondu kuġina ta' Mary Poppins. Impjegata bħala nanny imma b'differenza, però qed tittama li tirċievi xi pjaċir mill-Gvern bħal ngħidu aħna ta' Willie Mangion jew Lou Bondi Tina ftit sfond dwar il-ħajja passata tad-dama? Hija daqsxejn ta' misteru għax l-attenzjoni ħaditha kollha l-kuġina li hi ferm iktar famuża. Però qalu li kienet assistenta ta' xi saħħar u tgħallmet xi ħaġa jew tnejn mingħandu... F'liema żmien hija bbażata din il-pantomima? Fiż-żmien meta n-nisa u l-irġiel ma kinux l-istess. L-irgiel kienu rġiel u n-nisa kienu puliti. Imma mhux jien. Mhux Merry. Dik dejjem kellha dik ix-xi ħaġa iktar. U mhux xi ħaġa żgħira biss. X'għandha din id-dama li ma kellhomx id-dami ta' qabel? Hi daqsxejn iktar tal-ġabra u ftit aktar diċenti minn dami ta' qabel. Imma taf xi jgħidu fuq il-kwieti… X'inhi r-relazzjoni tad- dama ma' Mikey u Jane? Hi n-nanny tagħhom, imma fihom biċċa xogħol allura sserviha ta' ġid li taf xi trikk tal-maġija biex iġġibhom f 'posthom bi spoonful of sugar u xi xebgħa fuq il- patata. Liem hu l-ikbar rivali tad- dama din is-sena? M'hemmx rivali dis-sena. Merry għandha biċċa xogħol x'tagħmel u m'hemm ħadd u xejn li se jwaqqafha minn dan. X'se nistennew mill- gwardarobba tad-dama din is-sena? U mill-istili u l-kuluri tax-xagħar? Il-maġġoranza tal-ilbiesi ta' Merry huma coutoure tal-aqwa ditti. Waħdiet, jekk trid issejħilhom hekk. Uħud minnhom ġejjin dritt mill- Asja u oħrajn se jkollhom aktar passaperla mit-tiġieġ ta' Franco Debono. Id-dama għandha xi qawwa maġika? Dażgur! Imma hi maġija tajba… Kif sejrin il-preparamenti tal-pantomima issa li Diċembru qiegħed wara l-bieb? Ninsabu fil-fażi tal-aħħar fejn nagħtu l-irtokki – jiġifieri l-parti l-aktar tedjanti tax-xow. Minn hawn 'il quddiem ikollna kollox b'ħafna enerġija, u ħafna gost. Ovvjament, se nadattaw ix-xeni skont dak li jiġri fil- pajjiż. Bħalissa, qed naħsbuha jekk indaħħlux xi xufier b'xi pistola, pereżempju. X'għandhom jistennew l-udjenza ta' din is-sena? Din is-sena, l-iskript kien f 'idejn Malcolm Galea li rebaħ bosta unuri… allura tad-daħk żgur. Hemm il- mużika, żfin, maġija, kulur, parteċipazzjoni tal-udjenza. Hemm l-elementi kollha li jagħmlu l-pantomima waħda speċjali. U, din is-sena… hemm jien! X'qed tistenna d-dama mill- udjenza ta' din is-sena? Nistenna ħafna parteċipazzjoni, u ma jmorrux sal-kamra l-baxxa f 'nofs ix-xeni. Nittama li jkun hemm xi żewġt irġiel qalb l-udjenza li jaqbduli xi ftit il-warrani waqt li nkun qed niżfen qalb l-udjenza. Xi tgħidilna fuq din il-frażi - Mary, practically perfect in every way! Emphasis on the 'practically'? Propjament, hi perfetta. Imma nużaw il-kelma 'prattikament' biex ma nintimidaw lil ħadd. X'effetti speċjali se nistennew? Ma nistax ngħid. Dak mhux id-dipartiment tiegħi. F'idejn min hi l-mużika u xi stil ta' mużika se nistennew? Paul Abela huwa d-Direttur Mużikali, Roger Tirazona huwa l-kowċ tal-kant. Alison White hi l-koreografa… hemm tim sħiħ wara x-xow biex naċċertaw li min jiġi jieħu l-aħjar. Bħala konklużjoni għaddi messaġġ biex tħeġġeġ lill- qarrejja jattendu għall- pantomima? Il-Pantomima tal-MADC dejjem tagħti dik ix-xi ħaġa iktar. Fi kliem għaref ta' bużnanna partikolari, "Hi l-unika darba fejn ħames ġenerazzjonijiet jistgħu jiltaqgħu, għaliex jafu li hemm xi ħaġa għal kulħadd. Il-Milied mingħajr il- pantomima tal-MADC, bħal pudina tal-Milied mingħajr iċ-ċirasa fil-wiċċ. Dejjem ħa jkun tajjeb, imma aħna nagħmluh aħjar. Issa li Diċembru qiegħed wara l-bieb u bdew jixirfu l-ewwel dekorazzjonijiet d-djar Maltin, kulħadd jibda jaħsiblu biex jaqta' l-biljetti għal xi pantomima. Tradizzjoni li issa tmur id f 'id mal-ħruġ u s-serati li jġibu magħhom dawn il- festi. ILLUM tkellmet mad-dama tal-pantomima tal-MADC Merry Poppins fejn staqsejniha ftit dwar ħajjitha u dwar x'se nistennew mill-pantomima ta' din is-sena Ħames Minuti Issa li Diċembru qiegħed wara l-bieb u bdew jixirfu l-ewwel dekorazzjonijiet Ħames Minuti ma' Merry Poppins Ħames Minuti Ħames Minuti ma' Merry Poppins ma' Merry Poppins

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014