Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 39

4 illum | Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 LAVVENIMENTI li ssawru fil-gżira Maltija matul dawn l-aħħar jiem kienu biżżejjed biex il-Prim Ministru Muscat kellu ħafna xi jgħid fuq il-programm 'Għandi Xi Ngħid' mmexxi minn Andrew Azzopardi fuq Radju Malta. Kellu aktar xi jwieġeb milli jitkellem dwar il-baġit li għadu kif ippreżenta nhar it-Tnejn. Baġit li tilef ħafna mill- attenzjoni tiegħu wara l-isparatura tax-xufier tal- Ministru Mallia. Il-każ ta' Helena Dalli u x-xogħol ta' kostruzzjoni li qed isir fuq art tagħha u l-kumpanija Spanjola tat-trasport li l-kuntratt ġie mwaqqaf mill-qorti fejn konsorzju Malti qed iwaqqaf il-proċess tal-kuntratt għax qed iħoss li l-offerta ma ngħatatx b'mod ġust. Mistoqsi dwar xnigħat ta' reshuffle, Muscat qal li qas biss għaddietlu minn moħħu li jagħmel dan, għalkemm ma ċaħadx li dan jista' jsir sa qabel l-elezzjoni jekk ikun hemm bżonn, "iżda żgur mhux issa." Mistoqsi dwar il-każ tax- xufier tal-Ministru Manuel Mallia, il-Prim Ministru tenna li l-inċident ixxukkjah, irrabjah u ddiżgustah. Qal li l-Oppożizzjoni qed tibbaża l-argumenti tagħha fuq il-fatt li l-istqarrija li ħarġet dakinhar tal-każ kien fiha dettall skorrett. Hu saħaq li s'issa ma rriżultalux li dan sar b'malizja. Dwar il-każ tal-Ministru Helena Dalli, qal li hu infurmat li x-xogħlijiet qed isiru mill-persuna li xtrat il-post u li l-makkinarju li deher fir-ritratt imxandar ma jaħdimx u ġie "dumped" fil-post. Fl-istess ħin il-Prim Ministru qal li hu mhux se joqgħod isemmi x'sar qabel biex jiġġustifika l-ħażin iżda appella lin-nies li huma responsabbli biex ikunu iktar kawti fil-mod kif jaħdmu. Mistoqsi dwar Sai Mizzi u r-riżultati tal-ħidma tagħha, il-kelliem qal li meta tkun qed taħdem ma' korporazzjonijiet enormi, ir- riżultati ma jidhrux mil-lum għal għada. Saħaq li Mizzi qed taħdem fuq numru ta' affarijiet importanti għal pajjiżna u "meta nkunu wasalna nkun l-ewwel wieħed li ngħid li dan wasal bis-saħħa tagħha." Dwar ir-rikors li sar biex jitwaqqaf l-iffirmar tal- ftehim mal-kumpanija Spanjola li se tibda topera s-servizz tat-trasport pubbliku, il-Prim Ministru qal li fi kwalunkwe demokrazija moderna, min iħossu aggravat għandu dritt jipprotesta fil-qorti. Madankollu huwa għandu dubju dwar ir-raġuni vera għala min tilef l-appalt qed jipprotesta. Il-Prim Ministru ġie mistoqsi wkoll dwar il- kmamar tal-Armier u oħrajn meqjusa illegali. Huwa qal li l-gvern preżenti ma jistax jirrenega l-ftehim li għamel mas-sidien tal-kmamar il-gvern preċedenti, li rrikonoxxa lil dawn is-sidien, iżda qed jipprova jaħdem għal soluzzjoni. Dil-ġimgħa għalqet l-iskema li biha min għandu l-kmamar seta' japplika għal meter, għalkemm li jkollok meter ma jfissirx li għandek titlu. "Għamilna hekk għax hemm numru mhux ħażin ta' każijiet fejn għandek nies li jqabbdu u jġantu mal-meters ta' xulxin mad-dawl pubbliku u qed jisirqu d-dawl, u jien nixtieq li sakemm naslu għal soluzzjoni ma jibqax isir serq imma dak li jkun iħallas għas-servizzi, u jħallas biz- zalza wkoll għax jiswew aktar milli jekk tapplika għal dar," qal il-Prim Ministru filwaqt li fakkar li fil-jiem li ġejjin se jibda l-infurzar. Kien baqa' ftit ħin biex jitkellem ftit dwar il-baġit fejn semma l-miżura tal-impjiegi ta' persuni f 'diżabbiltà fejn wara 16-il sena ħafna persuni b'diżabbiltà jsibu ruħhom maqtugħin għalihom f 'postijiet intenzjonati biss biex jedhew. Dan ifisser li hemm "missing link," qal il- Prim Ministru Malti. Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-possibbiltà ta' aġġustamenti fil-ħinijiet tal-iskola biex tittaffa l-problema tat-traffiku u qal li din għadha biss White Paper, jiġifieri s-suġġett hu miftuħ għad-diskussjoni biex kulħadd ikollu ċ-ċans li jagħti l-fehma tiegħu. Huwa qal li mhux qed jorbot il-ħinijiet tal-iskola mal-problema tat-traffiku imma bla dubju huma parti essenzjali minnha. Dwar il-programm ta' ċittadinanza b'investiment qal li dan il-programm tant hu serju u qed iċaqlaq l-ekonomija, li fi ftit xhur oħra pajjiż ewlieni fl-Ewropa se joħroġ programm bħal ta' Malta. CAREER OPPORTUNITY Accounts Executive e Malta Environment and Planning Authority is committed to ensure that land use and the protection of the environment meet the needs of today's society and future communities. e role requires a person who will be responsible for assisting in the co-ordination and administration of the nancial and accounting activities of the Authority. Applicant must be in possession of: Qualications: A recognised degree in accounting or equivalent recognized professional qualication such as ACCA (NQF level 6) or higher. Skills: Good analytical and professional accounting skills; versatile in use of computerised accounting applications; eective communicator; good supervisory and inter-personal skills. Experience: Previous full-time experience at supervisory level in computerised nancial accounts environment for at least 3 – 4 years, three years of which must be aer graduating. Interested candidates are advised to submit their application quoting ETC number, together with a detailed curriculum vitae, by 24 th November, 2014 on: e Human Resources Manager Malta Environment and Planning Authority Ref: Accounts Executive ETC Permit No 187 / 2014 via email on jobapplications@mepa.org.mt For further information visit our website: www.mepa.org.mt/org-current-openings-at-mepa Muscat jeskludi tibdil fil-kabinett "Ir-reshuffle qas biss għaddieli minn moħħi" – Joseph Muscat Eku tal-isparatura mix-xufier tal-Ministru Manuel Mallia Tfittxijiet fuq kull min se jidħol fil-Parlament MINN għada 'l quddiem kull min jidħol fil- Parlament se ssirlu tfitxija fuq persuntu. Dan tħabbar f 'ittra li l-iskrivan tal- Kamra bagħat ilbieraħ lill-membri Parlamentari kollha fuq struzzjonijiet tal- Ispeaker Anġlu Farrugia. Fl-ittra l-Membri Parlamentari ġew infurmati bid-deċiżjoni tas-Sedje u li se jibdew jittieħdu numru ta' miżuri ta' sigurtà fl-entratura tal-Palazz sabiex jiġi assigurat li fil-binja tal-Parlament ma jidħlux armi. Hu mifhum li għal dan il- għan fl-entratura prinċipali tal-Palazz se tiġi applikata l-istess sistema li tintuża fl- entratura tal-Lion's Gate, fejn il-persuni li jattendu għas- seduti se jiġu ċċekkjati u jiġu ċċekkjati wkoll il-basktijiet tagħhom. It-tfittxijiet japplikaw anke għall-ħaddiema tal- Parlament, l-impjegati u l-uffiċjali tas-sigurtà li jkunu qed jakkumpanjaw lill- Membri Parlamentari u lill- Ministri, kif ukoll il-membri tal-mezzi tax-xandir li kollha se jiġu mitluba sabiex jgħaddu mill-entratura fejn hemm il-lift u fejn se jkun hemm membri tal-pulizija sabiex jagħmlu t-tfittxijiet neċessarji. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-Uffiċċju tal- Parlament induna li fil-bini tal-Parlament seta' kien qed ikun hemm nies armati, inkluż xufiera ta' Ministri. Minn għada se jibdew it-tfittxijiet għal kull min jidħol

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014