Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 | illum 31 SPORTSillum SPORTSillum Pietà jissorprendu u jegħlbu lil Birkirkara MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Pietà H ........................... 4 Birkirkara ....................... 3 PIETÀ Hotspurs issorprendew bil-kbir meta għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta' 4-3. Kienu Birkirkara, li ħolqu l-ewwel periklu u wara biss 5 minuti logħob, il-goalkeeper Miguel Montfort ħareġ ħażin u ma rebaħx il-ballun, bil- ballun jispiċċa f 'saqajn Ellinton Antonio Costa Morais li mill- viċin tefa' barra. Il-Karkariżi komplew jattakkaw u minuta biss wara minn freekick ta' Rafael Ledesma, kien l-istess plejer Costa Morais li reġa' ħoloq il-periklu għat-tim tiegħu meta għal darb'oħra reġa' ra t-tentattiv tiegħu jintemm barra. U ftit sekondi wara, eżattament wara 7 minuti logħob, fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu kienu Pietà Hotspurs li fetħu l-iscore meta minn azzjoni maħduma b'mod verament sabiħ, Kyle Cesare għadda tajjeb lejn Terrance Agius, dan kompla lejn Luke Micallef li permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin tefa' ġewwa. Iżda l-Hotspurs ma tantx damu jifirħu hekk kif fit- 23 minuta minn corner ta' Ledesma, il-ballun spiċċa f 'saqajn Ellinton Antonio Costa Morais li mill-viċin permezz ta' daqqa ta' ras tefa' fix-xibka. Fid-39 minuta Birkirkara marru fil-vantaġġ meta Rafael Ledesma krossja tajjeb lejn Ellinton Antonio Costa Morais li għola tajjeb u mill-viċin tefa' fix-xibka permezz ta' daqqa ta' ras tajba. Fid-49 minuta l-Hotspurs kienu għoddhom ġabu l-iscore indaqs meta Terrance Agius ra lill-goalkeeper Justin Haber iwettaq save mill-isbaħ biex evita kull periklu għat-tim tiegħu. Iżda ftit sekondi wara l-Hotspurs finalment irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs permezz ta' gowl tal- istampi tal-plejer Terrance Agius minn distanza konsiderevoli. Fis-56 minuta Birkirara rebħu penalty meta Cain Attard waqqa' lill-plejer internazzjonali Paul Fenech fil-kaxxa u mill-11-il metru Rafael Ledesma ma żbaljax biex reġa' poġġa lill-Istripes fil-vantaġġ. Fis-77 minuta Pietà Hotspurs rebħu penalty meta Justin Haber waqqa' lil Nikola Tasic u mill-11-il metru Jurgen Pisani ma żbaljax. U fis-86 minuta Pietà Hotspurs marru fil-vantaġġ meta minn kontrattakk Jurgen Pisani għadda tajjeb lejn l-attakkant Claudio Frances, li permezz ta' xutt mill-isbaħ ma ta l-ebda ċans lil Justin Haber. Pietà H. - Montfort, Attard, Fortunato Dos Santos, Grech, Agius (Da Silva 80;), Tasic, Rodrigues da Silva, Cesare (Agius 90'), Micallef, Zacarias (Frances 41'), Pisani Birkirkara - Haber, Bissi Da Silva, Shola Shodiya Haruna (Agius 62'), Costa Morais, Pompeo Rodrigues Ledesma, Vukanac, Sciberras (Shevchenko 84'), Muscat, Fenech, Grech (Herrera 80'), Camenzuli Referi - Sandro Spiteri Ritratt: Ray Attard ELLINTON ANTONIO COSTA MORAIS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-30 ta' Marzu 1990 fil-Brażil Qabel ingħaqad ma' Birkirkara kien jilgħab ma' Hapoel Ra'anana FC fl-Iżrael Ingħaqad ma' Birkirkara f'Awwissu ta' din is-sena fejn iddebutta fit-8 tal- istess xahar fil-konfront kontra r-rivali Valletta Justin Haber joħroġ tajjeb biex ibiegħed il-periklu mil-lasti tiegħu b'Paul Fenech u Zach Muscat isegwu mill-azzjoni mill-viċin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014