Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 39

32 illum Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 SPORTSillum Sliema Wanderers jiksbu rebħa meritata kontra Tarxien Rainbows MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Sliema Wanderers ............ 2 Tarxien Rainbows ............. 0 SLIEMA Wanderers kisbu rebħa meritata ta' 2-0 kontra Tarxien Rainbows biex b'hekk irritornaw għar-rebħ. Kienu Tarxien Rainbows li ħolqu l-unika azzjoni denja ta' nota fl-ewwel taqsima meta fl-20 minuta wara azzjoni personali, tentattiv minn xutt angolat ta' Carlos Hevia Menendez stampa mal-wieqfa. Ir-Rainbows komplew jattakkaw u fit-52 minuta kien Cleber Barbosa Viana li ra t-tentattiv tiegħu minn xutt angolat jiġi milqugħ minn mal-art mingħajr diffikultà mill- goalkeeper tal-Wanderers, Glenn Zammit. Sliema Wanderers irrispondew tajjeb u ħames minuti biss wara, d-debuttant Djumo Bocar wara li rċieva tajjeb mingħand Luca Martinelli, impenja lil Sean Mintoff li dawwar tajjeb f 'korner. Fit-63 minuta Sliema Wanderers fetħu l-iskor permezz ta' xutt angolat minn barra l-kaxxa ta' Michael Mifsud. Fit- 78 minuta Mifsud kien għoddu rdoppja l-iskor meta Gnabouyou għadda tajjeb lejn il-captain tat- team nazzjonali iżda kien sfortunat meta mill-viċin ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal-wieqfa. Tarxien Rainbows irrispondew tajjeb żewġ minuti biss wara meta wara li rċieva minn freekick ta' Menendez Hevia, għola tajjeb Manuel Caruana li iżda ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jgħaddi jħakkek mal-wieqfa. Iżda ftit sekondi wara l-Wanderers irduppjaw l-iskor biex issiġġillaw ir-rebħa meta Fabio Mangiacasale daħal fil- kaxxa u permezz ta' xutt fil-baxx għeleb lil Sean Mintoff. Sliema W. - Zammit, Martinelli, Bocar (Talato 89'), Gnabouyou (Cilia 87'), Mintoff, Scerri, Mifsud (Psaila 90'), Xuereb, Mangiacasale, B. Muscat, Bianciardi Tarxien R. - Mintoff, M. Caruana, Bugeja (Tabone 83'), Barbosa Viana, T. Caruana (Farrugia 46'), Lima Silva, Sammut, Hevia Menendez, Cini, Lopes Pereira (Rodrigues Pereira 71'), Santos Silva Referi - Philip Farrugia MICHAEL MIFSUD Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Skorja l-ewwel gowl tiegħu għal Wanderers f'din il-logħba li kien ukoll l-ewwel gowl tiegħu f'dan il-kampjonat Lagħab iktar minn 100 logħba bil- flokk tat-tim nazzjonali Malti fejn skorja xejn inqas minn 39 gowl Huwa wieħed mill-aħjar talenti li qatt ipproduċa l-futbol Malti Ritratt: Ray Attard Wesley Lima Silva jgħaddi tajjeb bejn Pater Xuereb u Kassa Guy Gnabouyou

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014