Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 39

Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 | illum 33 SPORTSillum ISSA ONLINE .cOm.mt MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Hibernians ........................ 5 Floriana ............................ 0 HIBERNIANS umiljaw lil Floriana meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 5-0 biex b'hekk komplew jikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika fejn kollox qed jindika li din tabilħaqq se tkun is-sena tal-Pawlisti f 'dak li jirrigwardja rebħ tal- Kampjonat BOV Premier. Huma fetħu l-iskor wara biss erba' minuti logħob permezz ta' Edison Luis dos Santos li wara li rċieva minn korner mogħti minn Clayton Failla ma sabx diffikultà biex mill-viċin jitfa' ġewwa. U ħames minuti wara huma rduppjaw l-iskor din id-darba permezz ta' Jorge Pereira da Silva li qed ikollu staġun mill-aqwa mat-tim immexxi minn Branko Nisevic meta wara li rċieva minn kross ta' Edison Luis dos Santos, huwa tefa' l-ballun wara Valerio Senatore. U jidher li Hibernians ma kinux kuntenti b'dan l-iskor hekk kif fit-42 minuta huma skorjaw it-tielet gowl fil- logħba meta Clayton Failla approfitta minn żball fid- difiża tal-Greens u wara li ra l-ewwel tentattiv milqugħ tajjeb minn Senatore, mir-rebound ma żbaljax. Fit-52 minuta Hibernians għamluhom erbgħa meta Jorge Pereira da Silva rċieva tajjeb mingħand Marcelo Dias, dar tajjeb ma' difensur avversarju qabel tefa' ġewwa biex b'hekk skorja doppjetta personali. U fis-66 minuta Andrew Cohen skorja l-ħames gowl għall-Pawlisti li kellu jkun il-gowl finali għalihom f 'din il-loghba meta wara li rċieva minn freekick mogħti mill-ispeċjalista Clayton Failla, huwa għalkemm ta' statura qasira għola tajjeb u żmarkat fil-kaxxa tefa' fix- xibka permezz ta' daqqa ta' ras tajba. Hibernians - Bonello, De Gracia Gomes, Soares (Pearson 80'), Dias (Lima 71'), Cohen, Kristensen, Failla, Bezzina, Agius, Dos Santos, Pereira Da Silva (Degabriele 71') Floriana - Senatore, Scicluna, Moreira Cobo (Marcelina 46'), Pisani, Clyde Borg (Farrugia 46'), Plut (Galea 74'), Piciollo, Conor Borg, Briffa, Samb, Bonnici Referi - Trustin Farrugia Cann MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Żebbuġ ....................... 1 Balzan ........................ 1 FILKONFRONT bejn Balzan u Żebbuġ Rangers rajna bilanċ assolut hekk kif dan il-konfront intemm f 'parità ta' 1-1. Balzan ħarġu fuq l-offensiva u wara biss tliet minuti logħob Samir Arab kellu ġirja tajba qabel għadda l-ballun lejn Lydon Micallef fil-kaxxa, li kompla lejn Guerrero li kien żmarkat iżda t-tentattiv ta' dan il-plejer Kolumbjan ġie mdawwar f 'korner minn Fabricio Morales. Ftit wara daqqa ta' ras ta' Piccioni wara li rċieva minn freekick ta' Guerrero ġie milqugħ minn Morales. Fuq in-naħa l-oħra tal- grawnd, tentattiv minn freekick imdawwar ta' Carlo Gordon Monti għadda ftit barra. Man-nofsiegħa logħob Żebbuġ Rangers fetħu l-iskor meta Matthew Gauci ġera tajjeb fuq il-lemin qabel tefa' kross invitanti fil-kaxxa lejn Bojan Mamic li tefa' wara l-goalkeeper Għawdxi Steve Sultana. U eżattament qabek tmiem l-ewwel taqsima Balzan tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs meta Piccioni tefa' għoli minn daqqa ta' ras mill-viċin wara li għamel kuntatt mal-ballun hekk kif irċieva minn kross perfett tal-plejer internazzjonali Steve Bezzina. Balzan finalment ġabu l-iskor indaqs fit-63 minuta meta Elkin Serrano kellu pass veloċi li qabad lid-difiża ta' Żebbuġ Rangers mhux attenta u Zarate għadda l-ballun tajjeb lejn Piccioni li permezz ta' xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa tefa' l-ballun wara l-goalkeeper Żebbuġi, Morales. Żebbuġ R. - Rapchan Dos Santos Morales, Borg, Galea, Camilleri, Gauci, Farrugia, Muchardi, Monti, Mamic, Bartolo (Mandic 90'), Rodrigues Britto (Ciantar 76') Balzan - Sultana, Serrano Valero, Bezzina, Grioli, Bilbao Zarate, Osa Guobadia, Arab, Borg (Grima 46') (McKay 86'), Guerrero, Micallef (Mifsud Triganza 71'), Piccioni Referi - Iwan Griffiths (Wales) EDISON LUIS DOS SANTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-Brażil Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Hibernians fejn jinsab jokkupa l-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers tal- Kampjonat BOV Premier FABRICIO RAPCHAN DOS SANTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fid-29 ta' April 1988 fil-Brażil Ingħaqad ma' Żebbuġ Rangers matul dan l-istaġun Hibernians jumiljaw lil Floriana Bilanċ assolut bejn Żebbuġ u Balzan Rosberg jirbaħ il-pole position tat-tellieqa li se tiddeċiedi t-titlu ISSEWWIEQ ta' Mercedes, Nico Rosberg, irnexxielu jirbaħ il-pole position tat-tellieqa ta' Abu Dhabi li se tkun qed tiddeċiedi bejn min minn Rosberg u s-sewwieq Brittaniku Lewis Hamilton se jkun qed jirbaħ it-titlu tal-Formula 1. Hamilton għandu vantaġġ ta' 17-il punt fuq Rosberg iżda fit-tellieqa tant mistennija ta' llum, il-punti għar-rebbieħa se jkunu rduppjati u għalhekk kollox għadu miftuħ beraħ. Fil-pole position ta' lbieraħ, Rosberg spiċċa biss 0.386 sekondi vantaġġ fuq Hamilton li temm biss ftit qabel is-sewwieq ta' Williams-Mercedes, Valtteri Bottas, li nistgħu ngħidu bla tlaqliq li kien ir-rivelazzjoni assoluta ta' dan l-istaġun u li llum se jkun qed jibda mit-tielet post. 1 Nico Rosberg Mercedes 2 Lewis Hamilton Mercedes 3 Valtteri Bottas Williams-Mercedes 4 Felipe Massa Williams-Mercedes 5 Daniel Ricciardo Red Bull Racing-Renault 6 Sebastian Vettel Red Bull Racing-Renault 7 Daniil Kvyat STR-Renault 8 Jenson Button McLaren-Mercedes 9 Kimi Räikkönen Ferrari 10 Fernando Alonso Ferrari 11 Kevin Magnussen McLaren-Mercedes 12 Jean-Eric Vergne STR-Renault 13 Sergio Perez Force India-Mercedes 14 Nico Hulkenberg Force India-Mercedes 15 Adrian Sutil Sauber-Ferrari 16 Romain Grosjean Lotus-Renault 17 Esteban Gutierrez Sauber-Ferrari 18 Pastor Maldonado Lotus-Renault 19 Kamui Kobayashi Caterham-Renault 20 Will Stevens Caterham-Renault Intant, dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is-sewwieqa rispettivi f 'Abu Dhabi:

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014