Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 39

34 illum Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 SPORTSillum MANCHESTER United kisbu l-ewwel rebħa barra minn darhom f 'dan l-istaġun meta lbieraħ fl- Emirates Stadium għelbu lil Arsenal bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn awto-gowl ta' Gibbs u mill-captain ta' Manchester United u anki tat-tim nazzjonali Ingliż, Wayne Rooney. Tajjeb ngħidu li dan kien l-ewwel gowl għal Rooney meta Manchester United lagħbu barra minn darhom wara nuqqas ta' xejn inqas minn tmien xhur. Il-gowl għall-Gunners wasal minn Olivier Giroud fid-90 minuta. Permezz ta' din ir-rebħa Manchester United issa telgħu fir-raba' post tal- klassifika, meta għandhom punti ndaqs daqs Newcastle United jiġifieri 19-il punt. Madankollu huma għandhom żvantaġġ ta' 13-il punt mil-leaders Chelsea u għalhekk kollox jindika li jinsabu maqtugħin mit-tiġrija għar-rebħ tal- Kampjonat Barclays Premier. Dan huwa kaġun tal- bidu diżastruż li kellhom fil-Kampjonat matul dan l-istaġun li fih ħa t-tmexxija tat-tim il-kowċ Olandiż, Louis Van Gaal. Min-naħa l-oħra Arsenal jinsabu fit- tmien post bi 17-il punt, jiġifieri żewġ punti biss wara Manchester United. Chelsea komplew jimpressjonaw meta ġewwa darhom fi Stamford Bridge għelbu lil WBA bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Diego Costa u Eden Hazard. Tajjeb ngħidu li WBA qalgħu daqqa ta' ħarta fid-29 minuta hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Claudio Yacob. Permezz ta' din ir-rebħa Chelsea kkonsolidaw posthom fil- quċċata tal-klassifika meta issa għandhom 32 punt fil- klassifika. Manchester City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium, għelbu lit-tim inferjuri ta' Swansea City bl- iskor ta' 2-1. Il-gowls għall-Blues waslu minn Stevan Jovetic u Yaya Toure wara li kienu Swansea City li fetħu l-iskor wara disa' minuti logħob permezz ta' Wilfried Bony. Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park kisbu rebħa stretta ta' 2-1 kontra West Ham United bil-gowls għalihom jaslu minn Lukaku u Osman waqt li l-gowl waħdieni tal- Hammers fil-logħba wasal minn Mauro Zarate fis-56 minuta. Burnley barra minn darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Stoke City bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn doppjeta ta' Danny Ings f 'temp ta' 60 sekonda waqt li Stoke City naqsu l-marġni tal- iskor permezz ta' Jonathan Walters fit-32 minuta. Newscastle United kisbu rebħa minima ta' 1-0 fuq Queens Park Rangers ġewwa darhom f 'St James Park bil- gowl waħdieni tagħhom fil- logħba jasal minn Moussa Sissoko fit-87 minuta. Il-konfront bejn Leicester City u Sunderland intemm f 'parità ta' mingħajr gowls. Intant, fil-Kampjonat Serie A TIM fl-Italja, Roma barra minn darhom għelbu lil Atalanta bl-iskor ta' 2-1 bil- gowls għal Giallorossi jaslu minn Ljajic u Nianggolan waqt li Atalanta kienu fetħu l-iskor permezz ta' Maxi Moralez wara biss żewġ minuti logħob. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 22 ta' Novembru Chelsea vs WBA 2-0 Everton vs West Ham U. 2-1 Leicseter C. vs Sunderland 0-0 Manchseter C. vs Swansea C. 2-1 Newcastle U. vs QPR 1-0 Stoke C. vs Burnley 1-2 Arsenal vs Manchester U. 1-2 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 23 ta' Novembru 14:30 Crystal P. vs Liverpool 17:00 Hull C. vs Tottenham H. It-Tnejn 24 ta' Novembru 21:00 Aston V. vs Southampton Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 22 ta' Novembru Atalanta vs Roma 1-2 Lazio - Juventus 0-3 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 23 ta' Novembru 12:30 Torino vs Sassuolo 15:00 Cesena vs Sampdoria 15:00 Hellas Verona vs Fiorentina 15:00 Parma vs Empoli 15:00 Napoli vs Cagliari 15:00 Udinese vs Chievo V. 20:45 AC Milan vs Inter It-Tnejn 24 ta' Novembru 20:45 Genoa vs Palermo Manchester United jiskbu l-ewwel rebħa barra minn darhom f 'dan l-istaġun Wayne Rooney

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014