Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 39

Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 | illum 35 SPORTSillum NHAR it-Tlieta 11 ta' Novembru, il-Malta Darts Association, tat bidu għas-27 edizzjoni tal- Malta Darts International Open ġewwa l-lukanda Topaz, f 'Buġibba. Barra plejers minn Malta ħadu sehem ukoll plejers minn Ċipru, l-Italja, l-Iskozja, Wales, Danimarka, Olanda, Svizzera, Greċja, Norveġja, Ġermanja u minn inħawi differenti fl-Ingilterra. Fl-istess ġurnata sar il-logħob tad-doppji fejn wara erba' sigħat ta' logħob kontinwu waslu sabiex jikkontestaw il-kwarti tal-finali Martin Degel/ Mark Layton (Ġermanja/ Wales), John Michael/ Karsten Koch (Greċja/ Ġermanja), Andy Krockel/ Michael Nett (Ġermanja), Jamie Robinson/John Walton (Ingilterra), Greg Upton/Josh McCarty (Ingilterra), Greg Hoggan/Mark Cameron (Ingilterra), Salvarore Mantarro/Martino Tagliapietra (Italja) u Thomas Obsfelder/Mark Mulholland (Ġermanja). Fid-doubles tan-nisa waslu sas-semi-finali Trixi Krockel/Silke Goebel (Ġermanja), Michela Michelini/Romana Petrini (Italja), Cheryl McLoughlin/Ann Chilton (Ingilterra) u Giada Ciofi/ Giovanna Novelli (Italja). Xejn inqas minn 129 koppja kkompetew f 'dan l-International Open tad- Darts. Quddiem folla sabiħa, l-Erbgħa 12 ta' Novembru ntlagħbu s-singles tal-irġiel u tan-nisa. Ikkompetew xejn inqas minn 269 plejer. Waslu sabiex jikkontestaw il-kwarti tal-finali tal- irġiel Albert Scerri (Malta), Craig Stoner, Josh McCarthy u John Walton (Ingilterra), Mark Layton (Wales), John Michael u Kostas Pantelidis (Greċja) u Matthew Medhurst (Olanda). Il-logħob tal-irġiel kien jikkonsisti minn best of 3 sets, kull sett best of 3 legs. Fil-kategorija tan-nisa waslu sas-semi-finali Kirsten Byo (Svizzera), Giada Ciofi (Italja), Vibeke Solvik (Norveġja) u Giata Sfakioti (Greċja) Min-naħa l-oħra l-logħob tan-nisa kien jikkonsisti minn best of 5 legs. Waqt il-logħob tas- singles inqabdu xejn inqas minn 63 punteġġ massimu ta' 180 waqt li Josh McCarthy għalaq logħba b'punteġġ ta' 170 punt. Il-Ħamis 13 ta' Novembru kienet l-aħħar ġurnata tal- Malta Darts International Open. Il-logħob kien il-fażi final tal-erba' kategoriji dawk tal- individwali u doppji sew tal-irġiel kif ukoll tan-nisa. Il-logħba finali tad-doppji u dik tal- individwali tan-nisa saret fuq bażi tal-aqwa minn seba' sets waqt li l-finali tal-irġiel individwali saret fuq l-aqwa minn tliet sets, kull sett l-aqwa minn ħames legs. Waslu biex jikkontestaw l-ewwel finali tad-doubles tan-nisa Trixi Krockel/ Silke Goebel u Cherly McLoughin/Ann Chilton. Dawn tal-aħħar rebħu bl- iskor ta' 4-1. It-tieni finali, dik tad- doppji tal-irġiel kienet missielta ħafna fejn finalment ħarġu rebbieħa Karsten Kornath/John Michael bl-iskor ta' 4-2 kontra Jamie Robinson/ John Walton. It-tielet finali dik tal- individwali tan-nisa marret għand Vibeke Solvik li għelbet lil Kirsten Byo bl-iskor ta' 4-0. L-aktar finali mistennija bla dubju kienet dik tal- individwali tal-irġiel. Din ġiet ikkontestata minn Kostas Pantelidis u John Walton, żewġ plejers magħrufa sew għal-livell għoli tagħhom fix-xena internazzjonali tad-darts. John Walton kien għamel 9 darts fil-Winmau World Masters 2007, rebaħ il- BDO World Championship 2001, World Masters 2000, Belgium open 2001, British Classic 2001, British Open 2001, Welsh Open 2001, Scottish Open 2001, British Pentathlon fl-2002, 2006 u 2010 kif ukoll rebaħ il-WDF Europe Cup Pairs 2008. Min-naħa tiegħu Kostas Pantelidis wasal mal-aħħar 16 fil-WDF World Cup Singles 2007 u mal-aħħar 32 darbtejn fil- WDF Europe Cup Singles. Finalment kien John Walton li rebaħ il-finali bl- iskors ta' 3-0, 3-0. NHAR it-Tlieta 11 ta' Novembru, il-Malta Darts Hoggan/Mark Cameron (Ingilterra), Salvarore (Ingilterra), Mark Layton (Wales), John Michael u tal-irġiel kif ukoll tan-nisa. Il-logħba finali L-aktar finali mistennija bla dubju kienet dik tal- 129 koppja kkompetew - International Open tad-Darts ISSA ONLINE .COM.MT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014