Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 39

36 illum Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 SPORTSillum "L-esperjenza, is-saħħa mentali u l-għaren tal-logħba ddominaw" – Rosanne Dimech WARA diversi snin nieqsa mix-xena tat-tennis lokali minħabba studju u impenji oħra, it-tennista ewlenija f 'Malta, Rosanne Dimech, għal darb'oħra reġgħet ikkonfermat jekk kien hemm bżonn, li l-livell ta' tennis tagħha għadu wieħed kompetittiv u li jiddomina fuq kulħadd fix-xena tat- tennis lokali. Bħala tennisita fil-livell tal-juniors, isimha kien dejjem ikun fin-naħat ta' fuq tal-klassifiċi tat- tennis f 'pajjiżna. Fl-2002 hija laħqet in-numru 1 meta kellha biss 17-il sena. Is-suċċess personali tagħha kompla jikber u fil-fatt sentejn biss wara meta hija kellha 19-il sena u meta f 'pajjiżna kien hawn bosta tennisti ta' talent hija reġgħet laħqet il-quċċata. U propju ftit tal-jiem ilu hija kompliet tikkonferma li bħalissa hija tabilħaqq l-aqwa tennista f 'pajjiżna hekk kif rebħet il-Kampjonati Open tat- Tennis li saru fil-Marsa Sports Ground taħt l-awspiċi tal-Federazzjoni Maltija tat- tennis (MTF). Fl-ewwel rawnd ta' dawn il- Kampjonati, Dimech għelbet lit-tennista Brenda Galea, li kienet fit-tieni post f 'dan it-tournament bl-iskors ta' 6-0 u 6-2 biex imbagħad għelbet lit-tennista barranija, Valerija Holomjova, bl-iskor perfett ta' 6-0, 6-0, fis-semifinali. Fil-finali, hija lagħbet kontra t-tennista żagħżugħa li għad għandha biss 15-il sena, Katrina Sammut, u li kienet klassifikata fl-ewwel post f 'dan it-tournament. Il-fatt li Dimech kienet ilha nieqsa mil-logħob għal żmien konsiderevoli ġie rifless fl-ewwel sett li fih kienet involuta Dimech u li tilfitu bl-iskor ta' 6-2. Madankollu, hija żammet soda u b'determinazzjoni sħiħa dawret l-iskor favuriha. U ġaladarba l-iskor kien jaqra favuriha hija ma ħarsitx lura. Dan hekk kif hija rebħet it-tieni sett u ddominat it- tielet sett bil-logħob mill- aqwa li uriet u li l-avversarju tagħha sabitha bi tqila biex tikkontrollaha. Ir-riżultat finali kien jaqra 2-6, 7-5, 6-3 favur Rosanne Dimech. F'kummenti li għaddiet lil dan il-ġurnal, Rosanne Dimech, saħqet li kienet ferm kuntenta b'dan ir-riżultat miksub minnha. Hija affermat li l-fatt li lagħbet kontra tennista ferm żagħżugħa bħal m'hija Katrina Sammut seta' jkun ta' żvantaġġ għaliha. Dan hekk kif minħabba l-fatt li jista' jkun li plejers żgħażagħ ikollhom iktar enerġija waqt li ma jkollhomx responsabbiltajiet relatati ma' xogħol u familja daqs plejers iktar kbar fl-età, u b'hekk ikollhom iktar ħin għat- taħriġ. Madankollu, f 'dan il-każ hekk kif saħqet ma' dan il-ġurnal, Rosanne Dimech, l-esperjenza, is-saħħa mentali u l-għarfien tagħha tal- logħba tat-tennis iddominaw għal kollox. Eventwalment, ir-riżultati miksuba minn Rosanne Dimech waqt dawn il-Kampjonati Nazzjonali kienu rifless ċar ta' dan kollu. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas Dimech xtaqet tirringrazzja lil Johnny Cassar li kien il-moħħ li beda l-karriera tagħha fit-tennis, lil missierha Alfred Dimech li kien ta' sostenn u appoġġ kontinwu matul il-karriera tagħha fit- tennis kemm bħala kowċ kif ukoll bħala ġenitur. Fil-fatt, hija kkonkludiet li l-ebda wieħed minn dawn is- suċċessi miksuba minnha tul is-snin ma kien ikun possibli mingħajr l-appoġġ taż-żewġ ġenituri tagħha, kif ukoll tal- appoġġ kontinwu tal-klabb tat-tennis li miegħu tilgħab, Vittoriosa Lawn Tennis Club, V. L. T. C., matul il-karriera mimlija suċċessi tagħha f 'dan l-isport li tant tħobb. It-tennista Rosanne Dimech "Nilqgħu l-espressjoni t'interess għal ċirkwit tal-Motorsport" Rebħiet tajba għal Mqabba u Żurrieq fil-Kampjonat tal-Masters ILMALTA Motorsport Federation (MMF) laqgħet il-miżuri mħabbra fid- diskors tal-Baġit lejn il-progressjoni tal-isport tagħna mal-aħbar tal- Espressjoni ta' Interess biex jiġu identifikati investituri privati interessati fl- iżvilupp u l-ġestjoni taċ- Ċirkwit tal-Motorsport mill-Onorevoli Ministru, Edward Scicluna. Il-Federazzjoni qalet li l-iżvilupp ta' ċirkwit f 'Malta kien dejjem l-ogħla prijorità tal-programm tal- Federazzjoni, għax dan jgħin fit-tkabbir u s-sostenibbiltà tal-isport, biex b'hekk jitnaqqsu diversi spejjeż u problemi lid-dilettanti tagħna billi preżentament dawn iridu jivvjaġġaw barra l-pajjiż biex jipprattikaw l-isport tagħhom f 'ambjent sikur u xieraq. Barra minn hekk, il-Federazzjoni laqgħet ukoll l-eliminazzjoni tat- taxxa ta' reġistrazzjoni fuq muturi antiki li qiegħda tagħti inċentiv ieħor għall- kollezzjonisti ta' dan il-qasam biex b'hekk tiġi eliminata l-anomalija eżistenti. Il-Federazzjoni xtaqet tirringrazzja lill-Onorevoli Edward Scicluna u l-Onorevoli Chris Agius u l-Gvern tal-appoġġ konkret billi rrikonoxxa l-valur miżjud li l-isport tal- Motorsport jista' jagħti lis- settur ekonomiku f 'Malta. Aħbar tajba għall-entużjasti tal-Motorsport f 'Malta b'espressjoni ta' interess għal ċirkwit ġdid ILKAMPJONAT MSF LIFE Masters kompla b'żewġ logħbiet oħra, b'rebħiet tajba għal Mqabba Masters u Żurrieq Wolves. Fl-ewwel logħba Mosta Shaggy Pub kien mistenni li joffru oppożizzjoni aktar qawwija fit-telfa ta' 8-2 li sofrew kontra Mqabba Masters. Huma ġew maħsuda minn erba' gowls kmieni fil-partita, tlieta minnhom skurjati minn Glenn Barry, plejer li spikka fil- partita b'erba' gowls. Mosta qatt ma rkupraw sewwa u Mqabba urew kordinazzjoni tajba u qatt ma kienu fil-periklu li jitilfu l-logħba. Fit-tieni partita, Żurrieq Wolves irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Bank of Valletta li issa kienu qed isofru t-tielet telfa konsekuttiva. Bank of Valletta tilfu wisq ċansijiet u fl-ewwel taqsima speċjalment id-difiża bdiet tinqabad miftuħa biex Żurrieq Wolves approfittaw bis-sħiħ minn dan u ħarġu rebbieħa. MQABBA MASTERS 8 MOSTA SHAGGY PUB 2 Skurjaw: Mosta – S. Sultana 2 Mqabba – G. Barry 4, L. Vella 2, E. Borg, D. Caruana Referee: Reno Galea BANK OF VALLETTA 3 ŻURRIEQ WOLVES 7 Skurjaw: BOV – J. Zammit 2, R. Azzopardi Żurrieq – E. Camilleri 2, M. Camilleri 2, M. Darmanin, R. Caruana, C. Tanti Referee: Reno Galea Mqabba Masters, Rabat Boys, Żurrieq Wolves, Luxol St. Andrew's 6. Attard Mealy, Mosta Shaggy Pub 3, Bank of Valetta, Jival 0 Riżultati u Klassika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014