Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 36 of 39

Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 | illum 37 SPORTSillum Qormi jirbħu ċ-Challenge Cup tal-Hockey FLORIANA YOUNG STARS 4 POIATTI QORMI 5 H/T 1 4 Umpires - Luke Busuttil Leaver u Manuel Imbroll Fil-finali taċ-Challenge Cup tal-Hockey, Poiatti Qormi għelbu lil Floriana Young Stars bl-iskor ta' 5-4. Din il-finali tat pjaċir lil kull min kien preżenti u żammet fuq ix-xwiek lis-sostenituri taż- żewġ timijiet. Wara għaxar minuti ta' logħob f 'nofs il-grawnd ir-ritmu tal-logħba żdied b'attakki miż-żewġ naħat. Fid-19-il minuta Qormi marru minn fuq meta Jonathan Borg sab ir-rokna tal-lasta b'xutt mid-distanza. Minuta wara Qormi rduppjaw meta John Williams xellef il- ballun fix-xibka mill-viċin. Fit-22 minuta Williams skorja t-tieni gowl tiegħu wara li rċieva l-ballun mingħand Luke Brincat li daħal tajjeb minn mal-linja. Kyle Micallef għamilhom 4 - 0 fis-27 minuta iżda żewġ minuti wara Floriana naqqsu d-distakk meta Ivan Magro Dingli wasal l-ewwel fuq il-ballun wara li ġie blukkat mill-gowler ta' Qormi u xeħet fix-xibka. L-ewwel taqsima spiċċat b'Qormi 4 - 1 minn fuq. Floriana Young Stars bdew it-tieni taqsima fuq l-attakk u wara li rebħu tliet short corners skorjaw it-tieni gowl tagħhom minn xutt ta' Luke Borg Costanzi biex għamel l-iskor 4 -2. Floriana komplew jippressaw u resqu viċin li jnaqqsu d-distakk darbtejn. Qormi sfruttaw l-ispazji li Floriana bdew iħallu fid- difiża u wara ħarba veloċi Steve Tanti qassam il-ballun lil Borg li skorja t-tieni gowl tiegħu biex għamel l-iskor 5-2 fil-54 minuta. Young Stars ma ċedewx u sitt minuti mit-tmiem għamlu l-iskor 5-3 meta Mark Camilleri skorja minn short corner. Minuta wara l-iskor sar 5 - 4 meta Young Stars ingħataw penalty li ġie skorjat minn Andrew Camilleri. L-aħħar ħames minuti ntlagħbu b'ritmu għoli ħafna biż- żewġ timijiet ikollhom l-okkażjonijiet tagħhom. Il-logħba ntemmet 5 - 4 b'Qormi nkurunati rebbieħa taċ-Challenge Cup. Playoff 3/4 post SLIEMA HOTSTICKS 3 RABAT 1 H/T 0 0 Umpires - David Agius u Ray Micallef Intant, fil-playoff għat- tielet u r-raba' post, Sliema Hotsticks għelbu lil Rabat bl-iskor ta' 3 - 1. Fl-ewwel taqsima Hotsticks kellhom iktar mill-ballun iżda ma rnexxielhomx jieħdu vantaġġ miż-żewġ short corners li rebħu. Sliema marru viċin li jiftħu l-iskor fl-aħħar minuta tal-ewwel taqsima iżda x-xutt ta' Ludolf Rasterhoff għadda jħakkek mal-lasta. Il-logħba saret iktar interessanti fit-tieni taqsima u fl-46 minuta Sliema marru minn fuq meta Lukas Plaehn skorja wara azzjoni ta' short corner. Minuta biss wara Rabat għamlu l-iskor indaqs meta Kevin Micallef skorja minn azzjoni ta' short corner. Fil-55 minuta Sliema kellhom opportunità tajba biex jerġgħu jmorru minn fuq meta ngħataw penalty iżda Shaun Grima żbalja l-eżekuzzjoni tiegħu. Hotsticks komplew jgħafsu u tmien minuti mit-tmiem Rasterhoff xeħet fix-xibka wara li xutt ta' Shaun Grima ġie mblukkat mid-difiża Rabtija. Sliema għamlu ċert mir-riżultat meta sekondi mit-tmiem, Julian Zahra, skorja mill-viċin bil-logħba tintemm ftit wara bi Sliema jiskbu t-tielet post f 'din il- kompetizzjoni taċ-Challenge Cup. Rooney determinat li jikseb suċċess mat-tim nazzjonali Ingliż Meta Tottenham Hotspur tilfu l-identità tagħhom LISTILLA ta' Manchester United Wayne Rooney saħaq li jrid jirbaħ l-unuri mat-tim nazzjonali Ingliż. Ilkoll nafu kif l-istess tim nazzjonali ftit li xejn impressjona matul l-aħħar snin fejn l-aħħar unur prinċipali li rebaħ wasal biss lura fl-1966 meta kien rebaħ it-Tazza tad-Dinja u għamel dan b'mod kontroversjali kontra l-Ġermanja. Nhar is-Sibt 15 ta' Novembru, l-Ingilterra lagħbet kontra s-Slovenja f 'liema logħba, Rooney laħaq l-ammont tal-100 logħba tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali Ingliż, waqt li rnexxielu wkoll isib ix-xibka permezz ta' penalty. Iżda mit-tmien persuni li bħalissa jinsabu fil-klabb tal-100, huma biss Sir Bobby Charlton u Bobby More li rebħu t-Tazza tad-Dinja 48 sena ilu. Rooney rebaħ ħames Kampjonati Barclays Premier fl-Ingilterra mat-tim li miegħu jilgħab Manchester United, iżda qatt għadu ma rebaħ xejn mal-Ingilterra f 'perjodu ta' 11-il sena. Madankollu, f 'kummenti li għadda lill-mezzi tax-xandir, Rooney saħaq li għalkemm jinsab kuntent li laħaq il-100 dehra tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali Ingliż, it-tragward tiegħu huwa dak li jirbaħ xi unur importanti mat-tim nazzjonali Ingliż immexxi mill-kowċ, Roy Hodgson. Huwa kompla li fil-futur jista' jkun qed jiddiskuti l-fatt li lagħab għal 200 darba fil-flokk tat-tim nazzjonali Ingliż u skorja 100 gowl, iżda jekk huwa ma jkunx rebaħ għall-inqas unur prinċipali wieħed mal-Ingilterra, dan ma jkun ifisser xejn! Wayne Rooney jiċċelebra wara li rnexxielu jsib ix-xibka minn penalty l-konfront kontra s-Slovenja LEKS plejer u kowċ Les Ferdinand jemmen li l-Ispurs tilfu l-identità tagħhom iżda huwa jemmen li l-problema ta' Tottenham Hotspur bħalissa mhix il- kowċ, Mauricio Pochetino. Fil-fatt huwa talab lill- bord tal-istess tim biex ma jkeċċix lil dan il-kowċ. Dan hekk kif meta Pochetino ħa t-tmexxija tal- iSpurs huwa sab plejers li Rio Ferdinand jinsab ċert li kieku kien hemm il-kowċ Arġentin fit-tmexxija tat-tim, ma kienx jinkludihom. Ferdinand kien wieħed mill-aqwa plejers fl-istorja glorjuża tal-iSpurs u skorja 33 gowl f '118-il logħba bejn l-1997 u l-2003. Madankollu, bosta segwaċi tal-iSpurs qed isostnu li l-iSpurs tilfu l-identità tagħhom kaġun ta' Pochetino. L-identità ta' Tottenham Hotspur kienet tinkludi fost oħrajn dik li jilagħbu futbol attraenti u jiskorjaw numru konsiderevoli ta' gowls, xi ħaġa li xejn m'għadna narawha minn Tottenham Hotspur matul dan l-istaġun. Tottenham Hotspur jinsabu fil-11-il post b'14-il punt, 15-il punt distakk mil-leaders Chelsea. Plejers u partitarji tal-klabb tal-Hockey ta' Qormi jiċċelebraw wara r-rebħ taċ-Challenge Cup Diżappunt kbir għall-iSpurs matul dan l-istaġun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014