Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 37 of 39

38 illum | Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 Int is-Segretarju Ġenerali u wieħed mill-fundaturi tal-MFPA. Iddeskrivilna l-irwol tiegħek hemmhekk u l-ħidma tiegħek mal- membri tal-kumitat sħabek. Kollox bedatliet snin u nofs ilu meta jien kont għadni nifforma parti mit-tim nazzjonali. Kont għamilt kuntatt mal-FIFPro u sirt naf li din hija assoċjazzjoni li torganizza l-plejers unions madwar id-dinja kollha u qiegħda hemm biex tħares id-drittijiet tal-plejers apparti li toffri għajnuna għal ħafna inizzjattivi fosthom dawk ta' kontra r-razziżmu, kontra l-match fixing u toffri anki tagħlim għal plejers biex tkun iktar faċli għalihom isibu xogħol wara l-karriera tal-futbol. Minn hemm konna ltqajna diversi plejers u konna ġbarna l-firem tal-maġġor parti tal-plejers biex tiġi ffurmata l-MFPA. Irnexxielna u ngħatajna status ta' observers mil-FIFPRo li jkun żmien fejn huma jaraw jekk aħniex kapaċi jkollna assoċjazzjoni li jirnexxielna nimplimentaw diversi inizjattivi. Wara tista' tgħid kont avviċinajt lil Konrad Sultana u lil Anthony Galea biex jgħinu kemm lili flimkien ma' Malcolm Licari, Gareth Sciberras u Brian Said. Tista' tgħid li f 'dawn l-aħħar tliet snin u nofs ilħaqna l-kriterji li kellhom bżonn il- FIFPro fejn ftit tal-ġimgħat ilu wara li s-sena l-oħra sirna candidate members, il-FIFPro ippreżentaw lili u lil Konrad Sultana biċ-ċertifikat ta' full members. Naf li bħala MFPA għandkom ukoll diversi kuntatti internazzjonali fejn tieħdu sehem f 'bosta attivitajiet fosthom tal-FIFPro. Tina iktar dettalji. F'dawn it-tliet snin u nofs għamilna ħafna xogħol li forsi ma bidilx ir-regoli tal-futbol għax dak għadna sal-lum f 'diskussjonijiet mal-MFA imma inizjattivi oħra bħal assigurazzjoni medika li qatt ma kienet teżisti għall- plejers tal-futbol f 'Malta li tkopri l-injuries kollha tal-futbol u l-plejer ikun jista' jirċievi l-aqwa kuraf 'każ ta' injury. Din qed igawdu minnha mhux biss il-plejers imma anki l-klabbs; Show racism the red card, fejn għamilna kampanja kemm fil-pitch u anki promos fuq it-televixin; say no to match fixing, fejn hawn ukoll għamilna kampanja fuq it-televixin b'reklami waqt programm sportiv kull nhar ta'Ħadd. Kull sena noffru l-possibiltà lill-plejers li jagħmlu sports management degree bla ħlas kollox online ma' Università mid- Danimarka,seminar għall-plejers fuq doping u match fixing, nirrapreżentaw lill-plejersli jkollhom xi nkwiet mal- klabbs tagħhom quddiem il-Players & Coaches Complaints Board u jkollna rappreżentant mill-assoċjazzjoni fuq il-bord, ngħinu lill-plejersfil-kuntratti. Barra minn hekk fil-bidu tal-istaġun nagħmlu kamp ta' taħriġ ta'tlietġimgħat għall-plejers li ma jkunux għadhom sabu klabb u mill-2016 se nkunu wkoll qed nipparteċipaw f 'tournament fejn immorru nilagħbu kontra pajjiżi oħra bi plejers li ma jkollhomx klabb fil-bidu tal-istaġun fejn ikun hemm diversi scouts jaraw il-plejers involuti. Settur ieħor fejn nixtiequ ngħinu huwa dak tat-tfal però bil-limitazzjonijiet tagħna għad ma tantx kellna ċans ħlief li niltaqgħu mal-ġenituri meta jkollhom bżonn xi parir rigward ir-regolamenti. Ħaġa oħra li għamilna u li tant ħadu pjaċir biha l-plejers hija s-serata tal-unuri fl-aħħar tal-istaġun fejn nippremjaw l-aqwa protagonisti tal- istaġun u anki jkun hemm mistiedna plejers tal-passat. Niġu issa għall-attwalità tal-futbol Malti. Meta l-MFA introduċiet il- kunċett ta' ħames plejers barranin li jistgħu jilagħbu ma' tim fil-Kampjonat BOV Premier, int ħadtha qatta' blaħabel kontra l-amministrazzjoni tal-MFA. Għaliex? Le, jien ma kontx ħadtha kontra l-MFA imma hija diskriminazzjoni li plejer barrani jiġi mingħajr ma titħallas transfer fee meta jkun bla kuntratt (kif għandu jkun) u plejer Malti anki jekk ikun bla kuntratt irid jitħallas kumpens li jista' jlaħħaq anki€50,000. Il-klabbs għandhom poter fuq il- plejers. Għandna sitwazzjoni fejn klabb jista' jgħid lill-plejer: "Jekk ma ġġibx ammont ta' flus għas-servizzi tiegħek, tista' ma tilgħabx iktar futbol." U dawn huma sitwazzjonijiet reali li qed jgħaddu minnhom ħafna plejers. Ħafna ġenituri sfortunatament jispiċċaw iħallsu l-flus biex it-tfal tagħhom imorru jilagħbu l-futbol u dan mhux ġust. Fil-bidu ta' dan l-istaġun stess kien hemm ġenitur li ħallas €8,000 għat tifel tiegħu ta' 20 sena u ieħor €4,000 ta' 22 sena biex ikomplu jilagħbu l-futbol fil-1st u fis-2nd division rispettivament. Ieħor ħallas ammont ħafna ikbar minn hekk biex ikun liberu jmur ma' min irid jilgħab il-futbol. Dan mhux ġust u l-MFA ilha taf u għalhekk qiegħda tiġi proponuta r-riforma fil-players status. Il-problema ta'ħafna barranin hi li plejers Maltin ma jkollhomx cans jilagħbu speċjalment f 'pożizzjonijiet partikolari. Diġà qed naraw li wara li jieqaf Michael Mifsud minn mat- tim nazzjonali se tkun problema biex insibu plejer Malti f 'dik il-pożizzjoni u r-raġuni hi li ħafna mill-plejers li jilagħbu quddiem fil-Premier huma attakkanti. Naħseb jekk fuq ras il-plejers Maltin ma jkunx hemm transfer fee meta jispiċċalhom il- kuntratt,ħamesplejers barranin huwa numru bilancjat. Jekk imbagħad il-klabbs iridu li jkun hawn numru ta' iktar barranin,żgur li l-plejers Maltin għandhom tal-inqas ikollhom l-istess kundizzjonijiet.Però, dejjem irridu nżommu f 'moħħna l-ġid tal-futbol Malti u mhux il-ġid tal-klabb li n-nies li jivvutaw jirrapreżentaw. Minn studju li sar f 'Ottubru li għadda qed naraw kif fl-Ingilterra qed jaraw kif jistgħujnaqqsu l-plejers barranin u jżidu l-plejers home grown tagħhom biex il-kowċ nazzjonali jkollu għażla ikbar minn fejn jagħżel. Fi Spanja u l-Ġermanja fl-ogħla diviżjonijiet tagħhom hemm 50% u 60% rispettivament tal-plejers li huma home grown u dan jirrifletti fil-livell tat-tim nazzjonali tagħhom ukoll. Dan huwa studju li sar u mhux x'naħseb jien. Jekk Malta jkollna tmien plejers barranin mal-ewwel 11 f 'kull tim fil-Premier ikollna inqas minn 30% tal-plejers li huma home grown fl-ogħla diviżjoni. Ħaġa oħra li żgur għandha tingħata ħafna iktar importanza hija l-iżvilupp tat-tfal Maltin. Kif għandu jkun il-format tal- kampjonat skont int u kemm għandhom jieħdu sehem timijiet fih? Tmien timijiet fil-Premier b'erba'rawnds u ma jinqasmu l-ebda punti. Irid ikun hemm sett ta' kriterji li l-klabbs iridu jilħqu li minn sena għall- oħra dejjem jiżdiedu sakemm insiru professjonali. Tal-inqas it-tmien timijiet tal-Premier. Jekk imbagħad ikun hemm tim fil-first li wkoll jilħaq il- kriterji jkun jista' jiġi promoss. Il-bqija sakemm klabb ma jilħaqx ċerti kriterji pereżempju li jkun professjonali ma jistax jilgħab fil-Premier Division. Jekk ikun hemm dawn il-klabbs imbagħad jaqa'klabb wieħed awtomatikament mill-Premier u ieħor jilgħab play-off mat-tim li jiġi t-tieni fil-First. B'hekk minntmien timijiet fil-Premier, l-erba' ta' fuq jidħlu fl-Ewropa u tnejn jiġġieldu biex ma jaqgħux. Ma jkun hemm l-ebda comfort zone u l-logħob bħala livell żgurjiżdied. Ma tahsibx li f 'Malta hawn wisq timijiet jieħdu sehem fil-futbol kif ukoll wisq kowcis? Bla dubju. Żgur li jekk jingħaqdu diversi klabbs ikunu ħafna iktar b'saħħithom u jkollhom ħafna iktar riżorsi u possibilment gate money u b'hekk inkunu nistgħu naraw klabbs li ma jiddependux biss fuq individwi. Din fl-Awstralja saret 20 sena ilu metaġie ffurmat l-A League. Aħna biex intejbu l-livell tagħna ma rridu nivvintaw xejn ġdid. Irridu biss nikkuppjaw x'ġara barra minn Malta. Mhux veru li ma jista' jsir xejn anzi jista' jsir ħafna però s-sistema qiegħda ħażina. Il- klabbs jieħdu dawn id-deċiżjonijiet u ovvjament bir-raġun il-klabbs qatt mhu se jieħdu deċiżjonijiet kontrihom stess. Taħseb li l-futbol Malti għad imut mewta naturali? Jien li naf żgur huwa li l-livell tal- futbol Malti jekk mhux se jkollna tal- inqas numru ta' timijiet professjonali mhux se jitjieb qatt. Hawn ta' min wieħedisemmi l-idea ta' kampjonat semi-professjonali peròħadd ma jagħti definizzjoni ta' xi jrid ifisser b'semiprofessjonaliżmu. Ċertitimijiet Maltin mhumiex 'ilbogħod milli jkollhom it-tim tagħhom full-time. Kull tim għandu tal-inqas sitt plejers barranin li huma full-time u anki diversi kowċis huma full-time llum il- ġurnata. Mela, li rridu naraw issa huwa kif se nħeġġu lil plejers Maltin jagħżlu li jilagħbu l-futbol bħala x-xogħol full-time tagħhom. Però, qabel irridu nirranġaw ir-regoli fejn nagħtu sigurtà lill-plejers li l-kuntratti tagħhom SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Carlo Mamo – wieħed mill-iktar plejers rispettati l-futbol Malti u li permezz tal-MFPA qed jaħdem qatigħ għall-akbar ġid tal-futbol Malti speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' drittijiet tal-plejers. "Kien hemm ġenitur li ħallas €8,000 għat-tifel tiegħu ta' 20 sena u ieħor €4,000 ta' 22 sena biex ikomplu jilagħbu l-futbol fil-1st u fis-2nd division" Karriera mill-aqwa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014