Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 38 of 39

Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 | illum 39 jiġu onorati fil-ħin u li jekk jispiċċalu l-kuntratt plejer ikun jista' jmur jilgħab ma' min irid mingħajr l-ebda transfer fee li trid titħallas għas-servizzi tiegħu. Għax imbagħad nifhem għala l-klabbs iridu iktar plejers barranin għax fil-verità minħabba t-transfer fee involuta plejer barrani jiġi irħas mill-plejer Malti. Jekk ir-regolamenti ma jinbidlux plejer Malti qatt mhu se jagħżel li jilgħab il-futbol bħala mpjieg full-time. Hawn plejers f 'Malta li ilhom ma jitħallsu tmien xhur u lanqas jistgħu jiktbu lill-bord tal-MFA għax fil- kuntratt tagħhom ma setgħux iniżżlu l-paga li ftehmu minħabba li hemm salary capping li plejer part-time jista' jaqla' sa massimu ta'€350. Li jmorru l-plejers jilagħbu barra mhuwiex biżżejjed. Irid ikollna kampjonat b'saħħtu u nurseries jew akkademji tajbin. It-tfal iridu jkunu tajbin biex imorru jilagħbu barraminn Malta,jew tal-inqas il-Kampjonat tal- Premier irid ikun ta' livell biex plejer imbagħad jagħmel il-qabża u jmur jilgħab barra. X'tiikkummenta fuq l-ammisntrazzjoni tal-MFA mmexxija mid-duo Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo? Għadna kif iltqajna mal-MFA ftit tal- ġimgħat ilu u għadna għaddejjin bid- diskussjoni fuq ir-riforma tal-plejers. Minn hawn nixtieq nirringrazzjahom li fehmu l-importanza li jkun hemm leħen il-plejers fid-diskussjonijiet għax il-plejer huwa stakeholder importanti ħafna fil-logħba tal-futbol.Anki jekk hemm rieda tajba mill-President u s-Segretarju Ġeneraliflimkien ma' Chris Bonett, ma nistax nifhem kif tliet snin u nofs ilu ma kinux jaqblu mal-maġġor parti tar-regolamenti li semmejt hawn fuq.Però, kellna nistennew dan iż- żmien kollu biex nippruvaw nibdlu xi ħaġa. Sinċerament, ma taħsibx li saru bosta avvanzi fil-futbol Malti taħt it-tmexxija ta' dawn iż-żewġ persuni msemmija fost oħrajn? Il-progress fil-futbol Malti huwa wieħed li miexi bil-mod ħafna fl- opinjoni tiegħi. Mhix pożizzjoni faċli vera u finalment id-deċiżjonijiet iridu jeħduwhom il-klabbs ukoll. Student li qed jagħmel l-iSports Management Degree li noffru aħna bħala assoċjazzjoni flimkien mal- FIFPro għamel studju fuq għala bħala attendenzifil-grawnd għandna waħda mil-inqas rati fid-dinja meta l-futbol f 'Malta huwa l-iktar sports segwit f 'pajjiżna. Sfortunatament l-ikbar żewġ fatturi huma l-kwalità tal-futbol u l-korruzjoni. Naħseb fuq dawn iż-żewġ fatturi jista' jsir ħafna iktar. X'inhi r-relazzjoni tal-MFPA mal- MFA? Dawn it-tnejn huma distakkati minn xulxin jew jikkolaboraw ma' xulxin? Ir-relazzjoni tjiebet ħafna minntliet snin ilu 'l hawn għax fil-bidu bħal kull bidla kien hemm reżistenza qawwija mill-klabbs. Però, jekk irridu nimxu 'lquddiem kulħadd jaf li klabbs, kowċis, referees, plejers, partitarjiu oħrajn iridu jaħdmu flimkien. Aħna dejjem tkellimna mal-membri tagħna li ma rridux nfixklu imma rridu li d-drittijiet tal-plejers jiġu osservati anke jekk dan sejieħu numru ta' snin.Issa wasalna fl-istadju li qed niddiskutu mal-MFA fuq ir-riforma li se tiġi implimentata suppost mill-istaġun li jmiss. Qed ngħid suppost għax din diġà kellha tiġi implimentata minn dan l-istaġun. Però, la jkun hemm rieda tajba mill-partijiet konċernati, suppost għandna naslu biex l-affarijiet jitjiebu. Carlo Mamo kif qed iħares lejn il-futur tiegħu fil-futbol fid-diversi pożizzjonijiet li jokkupa? Il-karriera tal-futbol tiegħi anki jekk nixtieq li għadni se nibda nilgħab il-futbol għax il-futbol inħobbu u huwa għal qalbi ħafna tista' tgħid waslet fl-aħħar tagħha. Però, sibt mezz kif nibqa'involut fil-futbol u ngħin biex din il-logħba li tant inħobb forsi timxi 'l quddiem u nemmen li fattur li għandu jgħin lil-logħba tal-futbol timxi 'l quddiem huwa li l-plejers ikollhom id-drittijiet bħall-plejers ta' barra u xejn inqas. Ma naħsibx li qed nitolbu wisq. B'hekk nemmen li xi darba jista' jkollna kampjonat professjonali u nkunu iktar kompetittivi kontra pajjiżi oħra għax il-plejers Maltin se jkunu iktar motivati biex jilagħbu l-futbol full-time. B'hekk biss xi darba nistgħu nimxu 'lquddiem. Nixtieq nagħlaq billi nirringrazzja lill-plejers li huma l-membri tal- assoċjazzjoni tagħna speċjalment dawk il-plejers li hemm f 'kull tim li jirrapreżentaw lil sħabhom u lill- kumitattal-MFPA kollu, u ovvjament lill-familjatiegħi tal-appoġġ. SPORTSillum Twieled t-23 ta' April 1979 f'Ħal Tarxien Fil-karriera tiegħu lagħab ma' Tarxein Rainbows, Birkirkara, Sliema Wanderers, Marsaxlokk u Pembroke Athleta Lagħab għal 21 darba bil-okk tat-tim nazzjonali Malti u 23 darba bil-okk tat- tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena Huwa s-Segretarju Ġenerali u wieħed mill-Fundaturi tal-MFPA Carlo Mamo mill-aqwa fil-futbol Ritratti: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014