Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 39 of 39

BI preżentazzjoni kemxejn fjakka minn Daniel Chircop u Lyona Xuereb Gatt ilbieraħ Malta għażlet lil Amber biex tirrapreżenta lil pajjiżha bid- diska Warrior. Id-diska Warrior, miktuba mill-istess żewġ persuni li kitbu The Start ta' Gaia Cauchi, id-diska ta' Federica Diamonds u anke d-diska Together, li kienet is-sigla uffiċjali ta' dan il-festival, irnexxielhom jilħqu l-quċċata bid-diska Warrior. Fit-tieni post, klassifikat ukoll diska oħra tal-istess awtur u kompożitur, Rush, minn Christabelle. Fit-tielet post klassifika l-kantant li rrappreżenta lil Malta fl- 2011, Glen Vella bid-diska Breakaway. Is-serata finali tal-bieraħ filgħaxija rat 14-il finalist jissielet għal postu fil- Eurovision Song Contest li se jsir fi Vjenna, l-Awstrija f 'Mejju li ġej. Il-Malta Eurovision Song Contest is-soltu jsir fi Frar, iżda din is-sena, minħabba li kien hemm il-palk lest mill- Junior Eurovision 2014. Fetħet is-serata l-kantanta rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-Eurovision, Conchita Wurst bil-kanzunetta rebbieħa, Rise like a Phoenix. Wurst reġgħet dehret lejn l-aħħar tas- serata fejn kantat id-diska l-ġdida tagħha Heroes. Taw ukoll l-esebizzjoni tagħhom il-grupp Firelight li kien rebaħ l-edizzjoni li għaddiet fejn kantaw kemm id-diska rebbieħa tagħhom, Coming Home kif ukoll id- diski l-ġodda, Talk Dirty u Backdrop of Life. Matul il-ġurnata tal-ġimgħa kien hemm is-semifinali ta' dan il-festival li raw sitt kantanti jinqalgħu mill-festival u b'hekk ma tawx l-esebizzjoni tagħhom fis-serata finali tas- Sibt. Dawn kienu Corazon Mizzi, Domenique, Iona Dalli, Lyndsay Pace, Raquel Galdes u Danica Muscat. Il-pubbliku kellu ċans kwarta biex jivvota għall-kanzunetta favorita tiegħu, hekk kif l-għadd b'lura biex iħabbar li dan kien wasal fi tmiemu, sar bl-Ingliż. Il-votazzjoni tal-pubbliku kienet tiswa biss daqs ġurat wieħed minn total ta' sitta. Il-kanzunetta rebbieħa ġabet 72 punt, li huwa l-massimu li tista' ġġib kanzunetta mill- ġurija u t-televoting f 'daqqa b'hekk qatgħet lill-kompetituri tagħha hekk kif id-diska Rush li ġiet fit-tieni post ġabet 47 punt. Għalkemm is-sorijiet kienu fost il-favoriti din is-sena jidher li m'għamlux ħoss fis-serata finali hekk kif klassifikaw fis-seba' post bid- diska Love and Let Go. illum | Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 " By providing quality and timely service and support, the Foundation for Social Welfare Services empowers and helps to develop individuals to become responsible, integrated and productive members of society who value life as a resource for self actualisation " Years of Service Aġenzija Sedqa and Aġenzija Appoġġ Warrior għal Vjenna Ritratt: Steve Congrave Amber tirċievi t-trofew tar-rebħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014