Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 39

Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 | illum 5 "MALTA hija lesta għal konferenza globali eċċellenti" hekk qal is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Kamalesh Sharma meta din il-ġimgħa flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat nieda l-Commonwealth Heads of Government Meeting (CHOGM) 2015 li se ssir f 'Malta f 'Novembru ta' 2015 bit-tema "The Commonwealth – Adding Global Value." Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Joseph Muscat spjega li l-preparazzjonijiet waslu f 'stadju avvanzat "L-avvenimenti ewlenin se jseħħu f 'uħud mill-isbaħ postijiet storiċi f 'Malta, fosthom il-Forti Sant'Anġlu" qal il-Prim Ministru li tkellem ukoll fuq il-bżonn ta' riforma fil-Commonwealth. "Il-Commonweath qiegħda f 'riskju li ssir irrelevanti fis-snin li ġejjin. Fix-xhur li għaddew, aħna qsamna ideat ma' sħabna fil-Commonwealth dwar kif nistgħu nagħmlu miċ- CHOGM 2015, avveniment li jagħti l-opportunità lill-kapijiet biex jiddiskutu problemi komuni, ideat u ambizzjonijiet li jaffettwaw il-ħajja ta' kull wieħed u waħda minnha" qal Muscat. Intant is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Kamalesh Sharma faħħar il-preparazzjonijiet u qal li l-eżempju li Malta dejjem tat lil pajjiżi żgħar dejjem kien eċċezzjonali. "Xogħol Malta fuq dan is-suġġett li kien sar madwar għaxar snin ilu, illum huwa rikonoxxut u aċċettat minn istituzzjonijiet globali. Il-fatt li pajjiż huwa żgħir ma jfissirx li ma jistax iżid il-valur globali." Il-Commonwealth hija assoċjazzjoni ta' 53 stat indipendenti, b'2.2 biljun ċittadin. Iċ-CHOGM iseħħ kull sentejn u jagħti opportunità lill-pajjiżi membri biex jiddiskutu temi u inizzjattivi komuni. Waqt iċ-CHOGM tas-sena l-oħra fis-Sri Lanka, kien deċiż unimament li Malta tospita l-laqgħa li jmiss fl-2015. "Malta lesta għall-konferenza globali eċċellenti" - Kamalesh Sharma Kamalesh Sharma, is-Segretarju Ġenerali tal-Commonweatlh u Joseph Muscat waqt il-konferenza stampa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014