Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 39

Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 | illum 7 TECHNICAL ATTACHÉ Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Technical Attaché f'oqsma varji ta' policy fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali. Il- kandidati magħżula se jkunu mistennija li jaqdu dmirijiethom fi ħdan ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Unjoni Ewropea fi Brussell. L-applikazzjonijiet flimkien ma' CV iddettaljata jridu jintbagħtu fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, Tal- Pilar, 31B, Triq Marsamxett, Valletta, VLT 1850 jew jintbagħtu permezz tal-Online Government Recruitment Portal fuq http://recruitment.gov.mt sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal- Ġimgħa 5 ta' Diċembru 2014. Aktar dettalji jistgħu jiġu miksuba mill-Gazzetta tal-Gvern tat-18 ta' Novembru 2014. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: http://www.pahro.gov.mt/file.aspx?f=127 Iż-żejt se jinħażen taħt l-art f 'Ħas-Saptan "ILFUEL depot ta' Birżebbuġa mhux se jibqa' jintuża u se jiżżarma biex minflok, il-ħażna taż-żejt se tibda tiġi maħżuna fil-faċilitajiet tal-Enemed li hemm taħt l-art f 'Ħas- Saptan," dan ħabbru l-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi waqt waħda mis-sensiela ta' laqgħat ta' konsultazzjoni pubblika, 'Gvern li jisma'' fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta. "Il-faċilitajiet diġà eżistenti li jinsabu f 'Ħas-Saptan, preżentament qed jinkrew lill-kumpaniji privati" u Mizzi ammetta li "għalkemm dawn iħallu ammont ta' profitti, il-prijorità tal-Gvern hija s-saħħa tar-residenti u l-impatt ambjentali. Għaldaqstant, il-kumpanija 'Enemed' li hi kumpanija ġdida tal-Gvern maħsuba biex tieħu ħsieb dak li qabel kienet tagħmel id-diviżjoni tal-petroleum, se titlef dan id- dħul mill-kera," kompla Mizzi. L-għeluq ta' dan id-depot huwa parti mill-ħidma tal-Gvern sabiex jirriġenera n-Nofsinhar ta' Malta. Dan flimkien ma' numru ta' proġetti oħra bħat-twaqqigħ taċ-ċumnija fil-power station ta' Delimara u l-għeluq tal- power station tal-Marsa. "Ir-residenti ta' Birżebbuġa ilhom wisq jiġu mwiegħda li se tingħalaq il-fuel depot," tenna Mizzi. Il-faċilitajiet ta' taħt l-art ta' Ħas-Saptan se jiġu rrinovati u mgħammra b'sistemi ta' sigurtà biex fihom tibda tinżamm il-ħażna tal- Enemed. Il-Ministru assigura li se jintużaw il-faċilitajiet diġà eżistenti biex b'hekk jiġu evitati impatti fuq l-ambjent. Mizzi qal li dan huwa bil- kontra li pprova jagħmel Gvern preċedenti fejn kien għamel proposta biex jinbnew tmien tankijiet qrib l-MCAST li ġiet irrifjutata mill-MEPA. Konrad Mizzi fakkar kif matul is-sena d-dieħla, l-industrija se tibbenefika minn roħs ta' 25% fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, bl-għajnuna tal-kumpanija Ċiniża Shangai Electric Power li se tgħin biex tiżdied l-effiċjenza u jorħsu t-tariffi. Dwar il-bini tal-power station il-ġdida, il-Ministru Mizzi qal li dalwaqt se jitħabbar iż-żmien tal- bini tagħha. "Bis-saħħa tal-qbil li għandna, bejn l-Enemalta, ElectroGas u x-Shangai Electric Power, se tiġi assigurata l-provista u l-flessibilità fil-mod li bih tinxtara l-enerġija," kompla Mizzi. Waqt l-istess laqgħa kien hemm ukoll l-intervent tas- Segretarju Parlamentari Chris Fearne, li tkellem dwar il- mediċini out of stock fl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek li minn 120 mediċina, issa naqsu għal 5. Fearne semma wkoll il-qbil li għadu kif intlaħaq bejn il-Gvern u l-professjonisti tas-saħħa fosthom il-MAM u l-MUMN sabiex il-ħinijiet tal-operazzjonijiet jiġu estiżi sat-8pm fi tmiem il-ġimgħa. Is-Segretarju Parlamentari, temm billi indirizza l-listi ta' stennija li naqsu; b'dewmien għall-MRI tnaqqas għal inqas minn sitt xhur minn dewmien ta' sentejn waqt li t-testijiet għal ECG naqsu minn stennija ta' tliet snin għal sena, fost l-oħrajn. "Ir-residenti ta' Birżebbuġa ilhom jiġu mwiegħda li se tingħalaq il-fuel depot" - Konrad Mizzi Biżà li Malta ssir pajjiż Afrikan "MALTA tal-Maltin, mhux tal-Barranin" dan kien il-kliem li beda jittenna waqt protesta mill-Furjana sal-Belt organizzata mill- Għaqda Patrijotti Maltin. Alex Pisani, il-President tal-għaqda tkellem dwar il-fatt li l-għaqda ma tridx li l-immigranti jingħataw iċ-ċittadinanza u jingħataw id-drittijiet bħall-Maltin. Pisani sostna l-biża' li fl-20 sena li ġejjin, Malta ssir pajjiż Afrikan jew Musulman, waqt li qal, "Aħna reliġjon waħda għandna, ir-reliġjon Kattolika, kburin biha u rridu nżommuha." Pisani kompla jgħid "Li qed niġġieled għalih jien mhux għall-kulur tal-ġilda, imma aħna qegħdin niġġieldu għall-identità tagħna Maltija." Meta mistoqsi dwar jekk il-protesta hux qed issir ukoll għall-immigranti Ingliżi li hawn f 'Malta, qal li dawn huma diġà integrati u huma parti mill-Ewropa. Il-Mexxej tal-Għaqda Patrijotti Maltin saħaq li Malta ma tiflaħx għal dan l-influss kollu għaliex m'għandhiex riżorsi biżżejjed. Qal li ladarba "bniedem jiġi hawnhekk, jiena ngħinu… però li jiġini hawnhekk bla identità, imbagħad nipprova nagħtih l-identità tiegħi stess, ma naqbilx magħha." Kompla jgħid li dawn l-immigranti li qed jiġu f 'Malta mhumiex fqar għax skont hu, "min hu fqir jibqa' ġo pajjiżu… dawk qed jaħarbu minn hemm mhux għax ippersegwitati u għax għandhom bżonn imma għax qed jibżgħu." B'kollox kien hemm madwar 50 ruħ li attendew għal din il-protesta li l-maġġoranza tagħhom kienu nies ta' mezza età u anzjani b'xi tfal fuq quddiem, iġorru l-istrixxuni. Il- protesta ġiet fi tmiemha quddiem Kastilja, fejn Pisani faħħar il-folla preżenti waqt li sejħilhom "patrijotti ta' vera" waqt li kkritika lil dawk li ma attendewx għax jibżgħu juru wiċċhom u jikkummentaw biss fuq Facebook.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014