Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 39

8 illum | Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 RAYMOND Agius ta' 50 sena minn Ħaż-Żebbuġ, li kien joqgħod Baħar iċ- Ċagħaq, inqatel waqt li kien qed jieħu kafé f 'ħanut f 'Birkirkara f 'Butterfly Snack Bar. Illum dan il-bar m'għadux jopera, kollox kien jindika li l-qattiela ma kellhom l-ebda biża' li kienu se jinqabdu. Dan l-omiċidju, li wkoll għadu mhux solvut, seħħ nhar il-Ħamis, 24 ta' April 2008 fi Triq Fleur de Lys kantuniera ma' Triq Ħal Qormi f 'Birkirkara. Qtil stil Mafjuż Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-Pulizija qaluli li l-qtil ta' Raymond Agius kellu l-elementi kollha li jixbhu sew "qtil stil Mafjuż." Huma qalu li l-fatt li dawn għażlu post li jafu li jkun hemm in- nies fih, waqfu quddiem il- ħanut b'mutur qabel id-9am fid-dawl tax-xemx, f 'post fejn jista' jarahom kulħadd u sparaw lejn il-vittma mill- qrib, huma indikazzjonijiet li juru l-istil li jużaw il-Mafia. Stil li fih joqtlu lill-vittma mhux biss għax kien il-mira tagħhom imma wkoll biex iwasslu dak il-messaġġ li juru li ma jibżgħu minn xejn biex iwettqu d-delitt. Daħlu bil-crash helmet f 'rashom Tkellimt ma' Raymond Calleja li sa ftit ilu kien sid il-Butterfly Snack Bar. Huwa jiftakar sew it-trawma li kien għadda minnha. "Raymond Agius kien jiġi spiss jieħu kafé mill-ħanut li kelli. Ġeneralment kien ipoġġi fuq mejda ma' xi tlieta oħra u joqogħdu jgħidu kelma," qalli Calleja. Huwa kompla jispjega li dakinhar li Raymond Agius inqatel kien mar jieħu kafé u miegħu madwar l-istess mejda kien hemm tlieta oħra. Agius kien wasal fil-Butterfly Snack Bar ftit wara t-8am, il-ħin li kien imur kważi regolarment biex jieħu xi ħaġa qabel jibda l-ġurnata tax-xogħol. Madwar siegħa wara, għall-ħabta tad-9.10am, tfaċċaw żewġ persuni li waqfu b'mutur żgħir tal-marka Typhoon qrib il-Butterfly Snack Bar. "Daħlu mill-bieb tal-ġenb. It-tnejn baqgħu bil-crash helmets f 'rashom li kien jgħattilhom wiċċhom kollu. Wieħed baqa' fil-bieb u l-ieħor baqa' dieħel sa fejn kien hemm Agius. "Ġeneralment kienu joqogħdu mal-istess mejda, dik li kienet fil-ġenb tal- bieb. Jien għidtilhom biex ineħħu l-helmets imma dawn injorawni u mingħajr ma qalu kelma wieħed minnhom baqa' sejjer dritt għal fuq Agius. Forsi għamel żewġ passi, jew tlieta," qalli Calleja. Fi ftit sekondi dak li baqa' sejjer lejn Agius għolla jdejh u mill-komma tal-ġakketta tfaċċat il-parti ta' quddiem ta' pistola," kompla jgħidli Raymond Calleja. Huwa qal li tant kollox seħħ fi ftit sekondi li kulma jiftakar huwa li dan spara tliet tiri wara xulxin u Agius waqa' għal fuq il-ġenb tiegħu bid-demm ħiereġ minn rasu. Il-qattiela ħarbu minn fuq il-post bl-istess mutur u ma dehrux aktar. Imut fi triqtu lejn l-Isptar Raymond Calleja qalli li fil-ħin tal-qtil kien hemm madwar għaxart irġiel li kif semgħu l-ħoss tal-isparatura u raw lil Agius jaqa' minn fuq is-siġġu, ħarġu kollha jiġru 'l barra b'xokk fuqhom. Il-qattiel ma kellux dubju li min ried jelimina. Tir minnhom għadda minn ras il-vittma, ħareġ min-naħa l-oħra ta' moħħu, laqat parti minn vetrina, bil-balla taħbat mal-ħajt u minn hemm kienet "devjata" u laqtet ħafif lil John Giordimaina minn Birkirkara li dakinhar kellu 52 sena u li kien bilqiegħda qrib Agius. Giordimaina, negozjant fil-bejgħ tal- karozzi użati, intlaqat fuq spalltu fejn sofra ħruq ħafif meta l-istess balla għaddiet tħakkek miegħu. Kien Raymond Calleja stess li ċempel għall-ajjut fejn fuq il-post waslu fi ftit ħin il-Pulizija kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Għalkemm Agius beda jingħata l-ewwel għajnuna medika fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei huwa kien iċċertifikat mejjet hekk kif twassal fid-Dipartiment tal- Emerġenza tal-istess sptar. Minkejja li kien għadda minn trawma kbira u kellu xokk kbir fuqu, ħadd ma kien staqsa lil Calleja jekk kellux bżonn xi għajnuna jew ittieħed biex ikun eżaminat minn tabib. Anzi dakinhar stess kien għamel sigħat twal fid-Depot tal-Pulizija mhux bħala suspettat imma għax kien wieħed mix-xhieda ewlenin ta' dan l-omiċidju. Iċċirkondaw l-inħawi Fuq il-post tad-delitt marru s-Supretendent Pierre Calleja (illum Deputat Kummissarju) u l-Ispettur Silvio Valletta (illum Assistent Kummissarju) it-tnejn mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali, flimkien mas-Supretendent Neville Aquilina (illum Assistent Kummissarju) u l-Ispettur Kevin J. Farrugia mill-Għassa ta' Birkirkara flimkien ma' aktar Pulizija tad-Distrett. It-toroq tal-inħawi kienu ċċirkondati u dawk li kienu fil-ħanut fil-ħin tar-reat intalbu mill-Pulizija biex ma jmorru mkien sakemm ikellmuhom. Il-Maġistrat Dr Consuelo Scerri Herrera, li kienet il- Maġistrat tal-Għassa, kienet informata bil-każ u mexxiet l-aċċess u bdiet inkjesta fuq il-post. Kienu diversi esperti li nħatru dwar dan il-każ fosthom il-Brigadier Maurice Calleja bħala espert ballistiku, it-Tabib Mario Scerri bħala espert fil-mediċina forensika, il-Perit Robert Musumeci flimkien mal-Uffiċjali tax- Xena tar-Reat. Il-mutur insteraq fil-jiem ta' qabel Il-Pulizija tal-Mobile bdew bi tfittxija għall-qattiela kif ukoll għall-mutur li ntuża f 'dan ir-reat. Minn diversi filmati li kienu nġibdu minn cameras tas-sigurtà ta' ħwienet u residenzi privati fl-inħawi, il-Pulizija stabillixxew ir-rotta li minnha għaddew il-qattiela kemm qabel marru fil-bar kif ukoll waqt il-ħarba. Sorsi li tkellmu miegħi qaluli li qabel seħħ il-qtil, il-mutur biż-żewġ suspettati fuqu deher jgħaddi minn Triq E.B. Vella, niżel għal Triq Ħal Qormi u waqaf qrib il-ħanut fejn kien hemm Agius. Wara l-qtil huma dehru jaħarbu lura lejn Triq Ħal Qormi, daru għal Triq F. Busuttil u għal Triq K. Galea. Hemmhekk niżlu minn rampa f 'daħla fejn hemm garaxxijiet li jinsabu taħt il- livell tat-triq u abbandunaw il-mutur hemmhekk. Jidher li fuq wara jinfed għal triq oħra li minnha l-qattiela ħarbu b'xi karozza. Il-mutur kien elevat mill- Pulizija fejn ittieħed lejn il-Kwartieri Ġenerali tal- Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ kif ukoll bit-tama li jelevaw marki tas-swaba' jew tal-idejn minn fuqu. Minkejja li saru eżamijiet forensiċi estensivi l-qattiela ma kienu ħallew ebda marki fuqu. L-Uffiċjali forensiċi kienu sabu biss li l-mutur kien miżbugħ b'kulur differenti minn dak oriġinali u anke kellu l-numru tar- reġistrazzjoni foloz. Dan sar peress li l-mutur kien insteraq minn Birkirkara stess xi jiem qabel u għalhekk kieku tħalla bl-istess kulur u l-istess numri kien hemm John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Raymond Agius - il-vittma Il-qattiela ma kellhom l-ebda Qtil ta' negozjant f 'bar f 'Birkirkara fl-2008

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014