Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 | illum 9 riskju li sidu kien se jarah fit- triq u jinforma lill-Pulizija. Dokumenti relatati man- negozji tal-vittma Minbarra l-mutur li ntuża mill-qattiela, il-Pulizija elevaw ukoll il-vann Transit Connect li kien mar bih il-vittma. F'dan il-vann il- Pulizija kienu sabu ammont sostanzjali ta' dokumenti b'konnessjoni man-negozji li kellu Agius. Dakinhar stess il-Pulizija ġabret xi persuni li kienu nżammu taħt arrest fosthom żewġt irġiel minn Birkirkara. Huwa mifhum li minkejja li dan il-qtil kien "stil mafjuż", l-investigaturi jemmnu li l-qattiela mhumiex barranin. Iżda, saħqu s-sorsi, iż-żewġ qattiela li esegwew il-qtil kienu mqabbdin minn xi ħadd. L-istess investigaturi jemmnu wkoll li min ordna l-qtil ta' Raymond Agius kien jaf il-passi tal-vittma sal-inqas dettal. Minkejja li Agius seta' nqatel anke ħdejn id-dar tiegħu f 'Baħar iċ-Ċagħaq tard matul il-ġurnata u anke mhux f 'post frekwentat minn diversi persuni, il-qtil seħħ f 'ħanut quddiem diversi xhieda. Dan kien interpretat bħala messaġġ anke għal xi persuni oħrajn li min ordna l-qtil seta' kellu xi kwistjoni pendenti miegħu jew magħhom. L-awtopsja ssir l-għada tad- delitt L-awtopsja ordnata mill- Maġistrat Inkwerenti, Dr Consuelo Scerri Herrera, saret l-għada tal-qtil fil- kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei. Mill-awtopsja rriżulta li Agius inqatel b'żewġ tiri f 'rasu minn tlieta li kienu sparati tant li l-patoloġisti elevaw żewġ balal minn moħħ il-vittma. It-tielet balla kienet elevata minn fuq ix- xena tal-omiċidju. Jemmnu li n-negozju seta' kien il-mottiv Fil-bidu tal- investigazzjonijiet, il-Pulizija bdiet temmen li l-mottiv wara dan l-omiċidju kien konness ma' negozju li kellu Agius. Dak iż-żmien l-investigaturi kienu qegħdin ottimisti li setgħu jaslu għall- qattiela, l-aktar għax kienu jemmnu li dawk involuti huma Maltin. Il-mottiv wara l-qtil ta' Raymond Agius kien meqjus bħala "ċ-ċavetta" biex il-każ ikun solvut u ma jispiċċax fl-arkivji ta' omiċidji mhux solvuti ma' ħafna oħrajn kif fil-fatt għadu aktar minn sitt snin wara. Għaldaqstant il-Pulizija investigaw b'mod estensiv l-aħħar movimenti ta' Agius. Fejn mar, ma' min iltaqa' u l-kuntatti li kellu rigward in- negozju tiegħu. Għal xi jiem wara l-qtil il-Pulizija kellhom erba' persuni taħt arrest fosthom tnejn minn Birkirkara li kienu arrestati tard il-Ħamis filgħaxija stess ta' meta seħħ il-qtil filwaqt li l-għada kienu arrestati żewġ suspettati oħrajn. Iżda minkejja li l-Pulizija ma ħallew l-ebda traċċa li ma kinitx investigata u kull informazzjoni li waslitilhom kienet miflija bir-reqqa kollha, xorta spiċċaw fi sqaq wara l-ieħor li bħal kull sqaq ma jinfidx u dawk li kellhom suspett fihom inħelsu mill- arrest. Il-ħanut Butterfly Snack Bar fejn seħħ l-omiċidju Il-vleġġa turi l-bieb tal-ġenb minn fejn daħħlu l-qattiela Ritratti: Ray Attard u Chris Mangion l-ebda biża' li se jinqabdu Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in- numri 119 jew 21224001. Appell

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014