Illum previous editions

illum 7 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/429116

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€0.90 Nr 425 • 07 ta' Diċembru 2014 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST PAĠNA 18 Dan l-inċident kien manna mis-sema għall- Oppożizzjoni Muscat irrassenjat li jieħu d-deċiżjoni l-kbira MINKEJJA li m'hemmx indikazzjoni tal-eżitu tar- rapport tat-tliet imħallfin, m'hemmx dubju li l-Prim Ministru Joseph Muscat jidher qisu rrassenjat li jista' jappunta Ministru ġdid tal-intern u anke Kummissarju tal-Pulizija. Mat-tluq ta' Manwel Mallia hemm ukoll it-tluq inevitabbli ta' Silvio Scerri eks-Nazzjonalist li kien dar u sar Laburist u li bħalissa jokkupa l-kap tas-segretarjat ta' Mallia. Scerri infatti strambament m'għadux jiġi attakkat mill- mezzi tax-xandir Nazzjonalisti minkejja li fl-ewwel ġranet tal-inċident ta' Sheehan kien il-mira ta' attakki ħorox mill- mezzi tax-xandir. Ilbieraħ il-Kap tal- Opożizzjoni Simon Busuttil għamel aċċenn għat- transcripts ta' telefonati wara l-inċidenti. Dawn ħarġu waqt il-programm ta' Norman Vella, preżentatur li qabel kien viċin il-Labour iżda issa huwa Nazzjonalista ferventi. Dan kollu seħħ wara li s-surġent Leeroy Balzan Engerer, ġie akkużat fil-qorti li żvela informazzjoni dwar ir- rapport ta' Sheehan lill-mezzi tax-xandir Nazzjonalisti. Infatti l-qorti ordnat li jinżamm il-ħabs. Imma l-vera skop ta' din il-konferenza stampa kienet biex tagħmel pressjoni fuq il-kelliem tal-Prim Ministru Kurt Farrugia u l-Prim Ministru stess. Supporters: Natività ta' Paul Camilleri Cauchi - kollezzjoni privata Experience the timeless story of Nativity BETHLEHEM F'GÓAJNSIELEM 2014 6th Dec 2014 till 4th Jan 2015 Parliamentary Secretariat For Local Government Ghajsielem Local Council www.ghajnsielem.com/bethlehem www.christmasingozo.com Is-saga tal-isparatura Ikompli fl-ahhar paġna JOHN BUSUT TIL F'INTERVISTA li din il- gazzetta kellha mal-Avukat Jason Azzopardi li kien ministru tal-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur, hu tkellem dwar il-kwistjoni taż-żieda fl-onorarja u l-flus li l-Prim Ministru qed jgħid li huma żammew. "F'Jannar tal-2011 il- Prim Ministru ta' dakinhar, Lawrence Gonzi kien ħareġ stqarrija li kienet waħda ċara: li ż-żieda fl- onorarja għall-Ministri u Segretarji Parlamentari kellha tiġi rritornata. U aħna rritornajnieha. Iżda aħna qatt ma konna kommessi li nagħtu l-onorarja lura imma biss iż-żieda fuqha," qal Jason Azzopardi. "Fl-2008 aħna kellna l-iżgħar Kabinett, u dak iż- żmien il-Prim Ministru kien ta lill-Ministri u s-Segretarji Parlamentari l-onorarja li jieħdu l-membri tal- Parlament l-oħra, flimkien mas-salarju li kellna u żieda ta' 20% fuqha." L-onorarja għall- membri tal-Kabinett hi 50% tal-Iskala 1 (€41,209) li tfisser li kull Membru Parlamentari jieħu €20,600. "Tajna lura ż-żieda u mhux l-onorarja" – Jason Azzopardi Ikompli f 'paġna 2 Iż-żigg u l-verġinità De Marco - €470,000 f 'paga f 'erba' snin paġna 3 paġna 6 Il-Ministru Manwel Mallia flimkien ma' Silvio Scerri. Ritratt – Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 December 2014