Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/429116
Il-Ħadd 07 ta' Diċembru 2014 | illum 3 €470,000 f 'paga f 'erba' snin WARA li ġimgħa ilu ILLUM żvela kif id-ditta legali De Marco & Associates ilha sa minn Marzu 2004 b'kuntratt ta' konsulenza legali mal- Malta Enterprise, din il-gazzetta tista' tikkonferma li l-Viċi Kap Nazzjonalista Mario de Marco kellu rabta qawwija ħafna ma' din id- ditta legali, anki fiż-żmien li huwa kien membru tal-Kabinett. Ġimgħa ilu ILLUM żvela kif De Marco & Associates ilha sa minn Marzu 2004, għaxar snin sħaħ, b'kuntratt ta' konsulenza legali mal- Malta Enterprise, bl-aħħar wieħed ikun imġedded sal-2016, lejliet l-aħħar elezzjoni ġenerali. Dan il- kuntratt ta' konsulenza baqa' għaddej anki wara l-2008 meta Mario de Marco, li huwa wieħed mid-diretturi f 'din id-ditta legali, sar membru tal- Kabinett, l-ewwel bħala Segretarju Parlamentari fi ħdan l-Uffiċċju tal- Prim Ministru u iktar tard bħala Ministru. Ir-rabta qawwija ta' Mario de Marco ma' De Marco & Associates hija kkonfermata mid-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Viċi Kap Nazzjonalista meta huwa kien membru tal-Kabinett. Fil-fatt bħala membru tal-Kabinett, Mario de Marco kien iniżżel fid- dikjarazzjoni tal-assi tiegħu, kull sena, dħul qawwi ħafna minn din id-ditta tal- avukati. Skont dak li ddikjara huwa stess, bejn l-2008 u l-2011 biss, De Marco daħħal minn din id-ditta legali €170,000, €113,000, €95,000 u €95,000 – total ta' €470,000 f 'erba' snin. Dan kien biss parti mid-dħul li Mario de Marco kellu kemm dam Ministru. Fil-fatt De Marco kellu s-salarju ta' Ministru li fuq medda ta' erba' snin laħaq kważi €150,000, is-salarju ta' membru parlamentari li fuq medda ta' erba' snin laħaq kważi €90,000, waqt li f 'allowances tħallas €33,000 – mal-€270,000 oħra b'kollox. Il-membri tal-Kabinett kienu bdew jingħataw is-salarju ta' membru parlamentari u dawn l-allowances għall-ewwel darba immedjatament wara l-elezzjoni ġenerali tal-2008. Mingħand il-gvern il-Viċi Kap Nazzjonalista kien jitħallas ukoll bħala lecturer fl-Università minn fejn bejn l-2008 u l-2011 daħħal ftit iktar minn €14,000. Fl-istess snin Mario de Marco kellu wkoll dħul ieħor minn numru ta' kirjiet li fuq medda ta' erba' snin laħaq il-€125,000 oħra. Mid-dikjarazzjonijiet tal-assi, jirriżulta li kemm dam fil-Kabinett De Marco ddikjara li b'kollox kellu dħul ta' ftit inqas minn €900,000. Madwar €300,000 kienu fondi pubbliċi li De Marco rċieva direttament huwa bħala membru tal-Kabinett u bħala lecturer fl- Univeristà. Dan id-dħul ma jinkludix is-€70,000 li l-gvern se jkun ħallas fuq medda ta' għaxar snin f 'konsulenzi lid-ditta legali De Marco & Associates. Mario De Marco huwa wieħed minn numru ta' deputati Nazzjonalisti li għadhom sal-lum fil-Parlament u li żamm €100,000 miż-żieda sħiħa ta' €120,000 li ħa bejn l-2008 u l-2011.