Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/429116
Il-Ħadd 07 ta' Diċembru 2014 | illum 33 SPORTSillum Luxol jissorprendu u jegħlbu lil La Salle l-handball FLEWWEL logħbiet mill-ewwel rawnd tal-ogħla diviżjoni tal-handball spikkaw il-partiti kollha bi sfidi bilanċjati li offrew spettaklu lil kull min kien preżenti. Iċ-champions, La Salle Rivareno, bdew il- kampjonat b'togħma qarsa meta kontra kull mistenni ġew umiljati minn Luxol. Aloysians Von Taine u Luxol rebħu l-konfronti kollha u jinsabu b'punti massimi. Fil-ħames u s-sitt post tal-klassifika, mingħajr ebda punt, jinsabu SayitMalta HMA u Kavallieri RS2 li għadhom iffittxu l-ewwel rebħa f 'dan l-istaġun wara li tilfu ż-żewġ konfronti tagħhom. Swieqi Phoenix Menrad irnexxilhom jirbħu logħba diffiċli kontra Kavallieri u jaqsmu it-tielet post tal- klassifika ma' La Salle. Il- favoriti fuq il-karta, La Salle, li għadhom kif rebħu l-ewwel żewġ kompetizzjonijiet li joffri l-handball, is-Super Cup u l-MHA Cup, tilfu l-isfida tagħhom kontra Luxol u jinsabu f 'nofs il-klassifika. Klassifika Kampjonat Handball Irġiel Luxol - 6 punti Aloysians - 6 punti Swieqi - 3 punti La Salle - 3 punti Kavallieri - 0 punti HMS - 0 punti Fil-kampjonat femminili, iċ-champions Aloysians Żmerċ, jidhru li se jkunu l-favoriti sabiex iżommu t-titlu ta' champions meta għelbu lir-rivali La Salle Unique fl-ewwel rawnd. Kavallieri RS2 impressjonaw bir-rebħa kontra Swieqi Phoenix. Kemm Luxol kif ukoll Swieqi għadhom ma kisbu l-ebda punt. Klassifika Kampjonat Handball Nisa Aloysians - 6 punti La Salle - 3 punti Kavallieri - 3 punti Swieqi - 0 punti Luxol - 0 punti Ritratt: Patrizia Val Madiona Azzjoni mill-konfront bejn Luxol u La Salle Rebħiet faċli fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey F'ŻEWĠ logħbiet validi mill-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey Poiatti Qormi u Sliema Hotsticks irreġistraw rebħiet faċli kontra Young Stars Remax u White Hart Laferla Insurance rispettivament. POIATTI QORMI .............5 YOUNG STARS REMAX ..1 Umpires - Manuel Imbroll u Robert Aquilina Poiatti Qormi kisbu rebħa kbira ta' 5-1 kontra Young Stars Remax. Wara biss erba' minuti Qormi kienu diġà rebħu l-ewwel short corner tagħhom b'Andrew Camilleri ta' Floriana jtajjar minn fuq il-linja. Fit-tmien minuta Qormi marru minn fuq b'gowl mill-isbaħ. Ħarba tajba mill-Qriema bi tqassim preċiż wassal il-ballun għand Kyle Micallef li tefa' l-ballun f 'lasta vojta. Qormi komplew jiddominaw il-logħob b'Young Stars jattakkaw fuq il-kontrattakk. Floriana rebħu short corner fil-21 minuta bil-gowler ta' Qormi Ramon Chircop jilqa' tajjeb. Minuta wara Young Stars rebħu short corner ieħor u Mark Camilleri skorja biex għamel l-iskor 1-1. Tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Qormi reġgħu marru minn fuq meta Juan Sarcia skorja minn azzjoni ta' short corner bil-ballun jaħbat mal-gowler ta' Floriana u jidħol fix-xibka. L-ewwel taqsima ntemmet 2-1 favur Qormi. Kmieni fit-tieni taqsima ż-żewġ timijiet kellhom l-opportunitajiet tagħhom iżda kienu Qormi li żiedu l-vantaġġ fl-40 minuta meta John Williams wasal l-ewwel fuq il-ballun u xeħet fil-lasta. B'Young Stars jipprovaw jerġgħu jidħlu fil-logħba Qormi sfruttaw l-ispazji fid-difiża u kellu jkun James Mizzi, il-gowler ta' Floriana, li wettaq żewġ interventi tajbin li żammew lil Young Stars fil-logħba. Fl-54 minuta Micallef skorja t-tieni gowl tiegħu u r-raba' wieħed għal Qormi u kiseb il-hattrick meta fl-64 minuta tefa' fix-xibka wara xogħol tajjeb minn Zachary DeGiovanni. L-iskor baqa' ma nbidilx b'Qormi joħorġu rebbieħa 5-1. SLIEMA HOTSTICKS.......3 WHITE HART LAFERLA INSURANCE....................1 Umpires - Luke Busuttil Leaver u Edward Hughes Sliema Hotsticks għelbu lil White Hart Laferla Insurance bl-iskor ta' 3-0. Wara għaxar minuti ta' logħob f 'nofs il-grawnd Sliema marru minn fuq meta Julian Zahra tefa' fix- xibka. Minkejja li Sliema komplew jiddominaw ma rnexxielhomx isarrfu l-pussess tagħhom f 'gowls minkejja li rebħu tliet short corners. L-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta' 1-0 favur Sliema Hotsticks. Fit-tieni taqsima Sliema kienu kontinwament fuq l-attakk u fl-40 minuta David Agius ta' White Hart salva gowl ċert meta tajjar il-ballun minn fuq il-linja fatali. Sliema rebħu erba' short corners oħra iżda minkejja l-pressjoni kollha fuq id-difiża ta' White Hart ma rnexxielhomx iżidu l-vantaġġ tagħhom. Kellhom jistennew sal-50 minuta meta Ryan Dalli għamilhom 2-0. White Hart tilfu ċans tajjeb fl-54 minuta u fil- 61 minuta Lukas Plaehn skorja t-tielet gowl għal Hotsticks minn azzjoni ta' short corner. Sliema baqgħu jagħfsu sal-aħħar minuti iżda minkejja li rebħu tliet Azzjoni mill-konfront bejn Poiatti Qormi u Young Stars Remax Siġġiewi jwaqqfu lil Mellieħa SIĠĠIEWI ħolqu waħda mill- ikbar sorpriżi fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Futsal meta għelbu lil-leaders Mellieħa bl-iskor ta' 5-1. Mellieħa li kienu bla telfa wara tmien logħbiet, ġew sorpriżi mill-avversarji Siġġiwin li skurjaw ħames gowls fl-ewwel taqsima sabiex wittew it-triq għal rebħa sorpriża. Mellieħa naqsu l-marġni tal- iskor ftit minuti minn tmiem l-ewwel 20 minuta. Fit-tieni taqsima, Mellieħa daħlu lil Nikolay Filipov sabiex imorru fuq l-offensiva iżda minkejja l-pussess kontinwu tal-ballun sabu lid-difiża tas- Siġġiewi ferm organizzata. F'partita oħra Luqa telgħu fir-raba' post tal-klassifika meta għelbu lil Birżebbuġa 5-2. F'logħbiet oħra, Sirens għelbu lil Mdina Knight 7-3, Msida rebħu 3-0 lil Qrendi filwaqt li Attard u Mqabba spiċċaw f 'parità ta' 4-4. Fil-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni, Mellieħa xorta baqgħu l-ewwel b'24 punt segwiti minn Lija Athletic li b'logħba inqas minnhom għandhom 21, Naxxar b'19 u Luqa bir-rebħa li kisbu telgħu fir-raba' post bi 18-il punt. Ħamrun Liberty u Michael's Bar jirbħu l- kompetizzjonijiet tan-Knockout tal-Pool ILKOMPETIZZJONI knockout tat-timijiet tal-Pool, organizzati mill-Malta Pool Association, ġew fit-tmiem tagħhom meta ntlagħbu l-finali taż-żewġ kategoriji. F'finali mill-aktar eċitanti t-tim ta' Ħamrun Liberty żamm it-titlu tal-ogħla kategorija, mirbuħ is-sena l-oħra, meta għeleb lit-tim ta' Top Gun Bar bl-iskor ta' 10-9. Wara li t-tim Ħamruniż fetaħ vantaġġ ta' 5-1 it-tim mill-Marsa rkupra tajjeb u ġab l-iskor indaqs - dak ta' 7-7. It- tim ta' Top Gun Bar saħansitra rnexxielu jmur minn fuq 9-7 u kien għoddu rebaħ il-kompetizzjoni meta plejer Marsi kellu żewġ kolpi fuq is-sewda. Wara dan in-nuqqas it-tim Ħamruniż irkupra tajjeb u ġab l-iskor indaqs 9-9 u kellu jkun frame deċisiv li jagħti r-rebħa finali. Bi 'clearance' fenominali Anton Cuschieri kiseb ir-rebħ tal- aħħar frame u ta rebħa oħra lit-tim Ħamruniż fost id-delirju tal- partitarji tagħhom. Il-kategorijia tat-timijiet tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni laqqgħet żewġ timijiet minn Ħal Qormi fil-finali. It-tim ta' Michael's Bar, li kien qiegħed jilgħab għall-ewwel darba fi ħdan l-assoċjazzjoni, kiseb rebħa ta' 10-7 fuq Qormi Football Ground. It-tim ta' Michael's Bar fetaħ vantaġġ ta' żewġ frames bit-tim ta' Qormi Football Ground jirkupra tajjeb u jagħmel l-iskor indaqs. It-tliet frames ta' wara ġew mirbuħa mit-tim ta' Michael's Bar li żamm dan il-vantaġġ sal-aħħar tal-logħba u kiseb l-ewwel titlu fl-istorja tal-klabb. Il-kompetizzjonijiet ġew ġentilment sponsorjati minn Malta Sightseeing Tours. Plejers ta' Siġġiewi jiċċelebraw wara wieħed mill-gowls