Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/429116
Il-Ħadd 07 ta' Diċembru 2014 | illum 13 HU fatt magħruf li l-Għawdxin jitkellmu bi djalett differenti mill- Maltin. Fid-djaletti ta' Għawdex insibu ħafna kliem li l-Maltin ma jafuhx jew qatt ma semgħu bih. Pinuri, ħaxxem, xenxul, boqqiegħa, mejdina, smontor ... il-lista twila ġmielha. Ser issir taħdita dwar dawn id-differenzi fil- 11 ta' Diċembru fil-5pm fil-Common Room fl- Università ta' Malta. F'din it-taħdita Dr Michael Spagnol u s-Sur Keith Attard se jippreżentaw ġabra mdaqqsa ta' differenzi lessikali fit-taħdit tal-Maltin u tal-Għawdxin, jispjegaw kif ġabruhom, u jiddiskutu l-esperiment li għamlu ma' grupp ta' kelliema żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Finalment, se jippruvaw jirrispondu l-mistoqsija: Għaliex bejn il-kliem tal- Maltin u tal-Għawdxin hemm baħar jaqsam? Din it-taħdita hija bbażata fuq l-istudju "Differenzi lessikali bejn il-Malti u l-Għawdxi" li jinsab f 'Leħen il-Malti. L-attività qed tiġi organizzata mill-Għaqda tal-Malti tal-Università bl-għajnuna tal-GUG – L-Għaqda Universitarji Għawdxin. f 'Għawdex, il-Milied se jieħu xejra differenti fejn ftit passi bogħod minn Betlem f 'Għajnsielem wieħed jista' jidħol il-Gozitano fix-Xewkija u hemmhekk għandu xalata ta' ikel, xorb f 'atmosfera tal-Milied. Fl-istess ħin, min iħobb l-arti, jista' jżur żewġ wirjiet, waħda ta' pittura ta' Paul Stellini u l-oħra ta' fotografija bit-tema 'Palestina'. Interessanti wkoll il-presepju taċ-ċikkulata magħmlul mill-istudenti tal-ITS u l-fatt li wieħed jista' jduq ukoll l-ewwel birra Għawdxija, Lord Chambray. Se jkun hemm wirja ta' vetturi ta' żmien il- gwerra u għadd ta' korijiet u talent. Hawnhekk wieħed jista' jduq prodotti Għawdxin u Mediterranji bħaż-żejt, ġbejniet, tadam imqadded, Sagra tal-Porchetta u nbid minn 17-il pajjiż u minn 37 reġjun, b'aktar minn 1,000 flixkun b'tikketta differenti. Il-post se jkun imdawwal bi dwal tal-Milied, u mwejjed tal- ikel u xorb, waqt li jkun hemm korijiet u talenti lokali joffru divertiment lill-pubbliku. Fost l-ikel se jkun hemm il-prodotti ġodda Għawdxin Ogygia u anke ħelu magħmul mill-istudenti tal-ITS. Dan kollu se jitqassam fuq tliet weekends li jibda minn tmiem il-ġimgħa li ġejja. Il-Poodle dil-ġimgħa ma kienx hawn għax mar ittex ir-raġuni ma' Silvio Scerri. Sadanittant, jekk tisma' xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt. Ibgħat kollox fuq illum@mediatoday.com.mt Il-poodle Baħar Jaqsam mill-wirja INAWGURAT ILPROĠETT TAŻŻEWWIEQA Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg inawguraw uffiċjalment il-proġett taż-Żewwieqa fl-Imġarr. Il-proġett taż-Żewwieqa kien jikkonsisti fit-tisbiħ tal-belvedere u tal-inħawi, inkluż il-pjazza, u t-twaqqif ta' faċilitajiet ġodda bħal parkeġġ u toilets ġodda. Permezz ta' dan il-proġett, il-Ministeru għal Għawdex qed isaħħaħ il-prodott turistiku tal-gżira Għawdxija u jipprovdi post alternattiv ta' mistrieħ għall-familji Għawdxin. Ix-xogħlijet bdew fl-2008 iżda kienu milquta minn dewmien sinnifikanti minħabba n-nuqqas ta' rispons mis-suq għat-twaqqif ta' struttura magħmula mit- tensile membrane structure. Is-sejħa relatata ħarġet tal-inqas ħames darbiet min-naħa tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Imma kull darba it-tender kellha taqa' għax l-offerti miftuħa ma jkunux jilħqu kriterija meħtieġa. Fl-isfond ta' dawn il- diffikultajiet, u minħabba r-riskju ta' telf ta' fondi Ewropej, il-Ministeru ddeċieda li l-istruttura tiġi maħduma minn ħaddiema tagħha, filwaqt li l-materjal meħtieġ jinxtara mis-suq wara l-ħruġ tas- sejħiet relatati. Ix-xogħol tlesta f 'Ottubru ta' din is-sena. F'Xatt iż-Żewwieqa qed tiġi esebita wkoll id-dgħajsa tal-latini Sacra Famiglia li nbniet fl-1933 bħala waħda miż-żewġ dgħajjes li kienu jagħtu kuntatt bejn Malta u Għawdex. Din id-dgħajsa li hi l-unika waħda li fadal, ġiet irrestawrata wara xogħol estensiv u dettaljat fuqha. Il-kumpanija Gozo Channel uriet interess kbir fir-restawr ta' din id-dgħajsa billi hija l-aħħar kampjun tal-wirt nawtiku tagħna. Dan il-proġett sewa €4,738,774 li minnhom €3.7 miljuni ġew ko-finanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Id-dgħajsa tal-latini Sacra Famiglia li nbniet fl-1933 AVVIŻ Il-Gozo Channel jixtieq javża lill-pubbliku li nhar it-Tlieta, 9 ta' Diċembru 2014, il-vjaġġi filgħodu se jsiru kull nofs siegħa bħal ta' nhar ta' Tnejn, jiġifieri fis-6am, 6.30am, 7am u s-7.30am mill-Imġarr u fis-6:30am, 7am u 7:30am miċ-Ċirkewwa. Il-vjaġġi l-oħra jibqgħu skont l-iskeda. Taħdita lingwistika