Illum previous editions

illum 7 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/429116

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 07 ta' Diċembru 2014 B eda jgħidli kif bdiet il- ħajja politika tiegħu meta ta' 25 sena kien għadu student u Eddie Fenech Adami kien bagħat għalih u talbu biex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali meta dak iż-żmien kien l-kumitat tal-partit ta' Raħal Ġdid. Kien aċċetta -istess żmien li kien qed jagħmel il-Masters u meta kien ħaseb li se jġib 200 vot irnexxilu jġib 900 vot u dan il-fatt għamillu kuraġġ. Tant li sentejn wara minħabba l-elezzjoni bikrija reġa' kkontesta u rdoppja l-voti u tela' l-parlament. Staqsejtu jekk issa li jinsab fl- oppożizzjoni naqqasx mix-xogħol, "qed naħdem ħafna aktar għax issa m'għandix min jgħini fix-xogħol, kollox waħdi. Qed naħdem mad- 19-il siegħa kuljum," qalli Azzopardi filwaqt li kompla jgħidli li anke biex reġa' beda x-xogħol fil-qorti bħala avukat qed iħossu qisu għadu ħiereġ mill-Università. "Meta sirt segretarju parlamentari jien qtajt kollox bħala xogħol legali, fejn anke kelli problemi ma' ħbieb tiegħi meta lanqas parir legali b'xejn ma ridt nagħtihom għax ħassejt li ma stajtx nagħmel dan minħabba l-etika ta' ministru. Kien hemm anke min ħa għalih." Jason Azzopardi qalli kellu jegħreq l-għaraq tad-demm biex jerġa' jibda, "u x-xogħol żdied. U dan għax jien m'għandi obligazzjonijiet lejn ħadd u kuntent li mxejt sew fil-ħames snin li kont ministru." Hawnhekk fakkarni fil-kliem tal-baġit tal-Prim Ministru meta pponta lejh u qallu, "tinkwetax Jason tiegħek ġejja dalwaqt." "Ħasra li ma smajtux lili nwieġbu spirtu pront fejn għidtlu – bring it on." Diżonestà li tgħid li fil-każ tal-Fekruna li hemm kwistjoni dwarha. Meta hu jaf li fil-proġett kien hemm periti viċin il-Partit Laburista involuti. M'hemm l-ebda involviment fil-każ la minni u lanqas minn Tonio Fenech. Iżda l-ispiżjar milli jkollu jagħtik. Il-fatt li qed isibni ta' xewka kontinwa fil-kritika qed iddejqu u jrid jara kif mingħalih se jwaqqafni. Iżda jien m'għandix biex nistħi f 'dak li għamilt anzi jiddispjaċini li bħalma għamilt f 'Tal-Fekruna ma rnexxilix nagħmel fuq tliet siti oħra bħar-Riviera Martinique, il-Mellieħa u n-naħa tat-Tigullio. Kienet wegħda elettorali tagħna li xenarju sabiħ nixtruh mill-privat u ngħadduh lill-poplu. Konna nfaqna madwar 4 "M'għandix minn Iltqajt ma' Jason u morna nieħdu kafè. L-ewwel kliem tal- konverżazzjoni kienu fuq it-tim tal- Hibs u dlonk beda jitkellem dwar l-idolu tiegħu, missieru li kien plejer ma' Hibs u anke ma' Floriana. Jason kien tilef lil ommu meta kellu 16-il sena u hu u ħuh trabbew ma' missierhom biss. John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Jason Azzopardi Minn Raħal Ġdid 43 sena Miżżewweġ lil Marika minn B'Kara u ilu avukat mill-1997 Sar membru Parlamentari fl-1998 fejn kien l-iżgħar membru fil- Parlament ta' 27 sena Ikkontesta b'suċċess l-elezzjonijiet tal-2003, 2008 u 2013 Fl-2008 inħatar Segretarju Parlamentari tal-artijiet, SME's, Konsumatur u Kompettitività u fl- istess leġislatura l-istess segretarjat sar Ministeru. Illum hu shadow minister għall- Intern u Sigurtà Nazzjonali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 December 2014