Illum previous editions

illum 7 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/429116

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Diċembru 2014 | illum 15 miljuni u kkritikani meta hu fi 3 xhur ħallas €4.2 miljun għal Cafè Premier. Għalhekk nerġa' ngħid "bring it on" għax m'għandix minn xiex nibża'." Id-diskors waqa fuq il-'feel good factor' li donnu qed jinħass fil-Partit Nazzjonalista. "Jien u sħabi bqajna nduru d-djar u sa Ġunju li għadda deher li l-poplu kien niżżel 'shutter' fuq dak kollu li kien jgħid il-Partit nazzjonalista. Kienu jgħidulna 'tuhom ċans', 'għadhom jibdew'. Issa d-diska tal- popu nbidlet. Issa qed jgħidu li Muscat ma jistax ikompli jwaħħal f 'ta' qabel. Il-poplu beda jismagħna." Ma jistax ikun, li tkun qed titkellem ma' Jason Azzopardi u ma jaqbadx is- suġġett dwar pulizija u suldati u fil-fatt beda jgħidli x'għaddej eżatt fil-pulizija u fl-armata. "Mhux qed nigdeb meta ngħidlek li huma diversi pulizija u suldati li għaddejjin minn martirju minħabba t-trasferimenti li qed isiru li jfakkruna fit-tmeninijiet. U dawn mhumiex ġejjin kollha mill-kamp Nazzjonalista, anke jekk Laburisti mhumiex tal-qalba. Dawn iwaqqfuni u jgħiduli, 'Dott illum ikolli ngħid li kont aħjar meta kont naħseb li qiegħed agħar'." Jason Azzopardi qalli li taħt il- Ministru Mallia saru promozzjonijiet illegali tal-brigadier preżenti u anke l-kurunelli. Meta staqsejtu x'ried ifisser bil-kelma illegali, Azzopardi qalli li suppost il-brigadier jirrikomanda l-promozzjonijiet, "iżda l-promozzjonijiet saru mingħajr rakkomandazzjoni u saru mill-Ministru Mallia nnifsu. Speċjalment fil-każi ta' Jeffrey Curmi u Mark Mallia li nafu x'bandiera jtajjar. Lil Mark Mallia qabbżuh 21 persuna u lil Jeffrey Curmi qabbżuh 14-il persuna." Meta tlabtu jgħidli x'kellhom aħjar dawk li nqabżu qalli, "dawk li nqabżu kienu marru jistudjaw, marru korsijiet u marru deployments li dawk li laħqu m'għamlux. Kien hemm fizzjal minnhom għandu l-Masters fl-IT minn King's College u mhux talli nqabeż talli ntbagħat fiċ-ċentru ta' detenzjoni. U dan m'għandux bandiera politika iżda mhux Laburist tal-qalba. "Fizzjal ieħor li mexxa missjoni ħdejn is-Somalja u kien imfaħħar għas- suċċess tiegħu, fejn il-ministru Mallia kien anke mar il-port isellem lit-tim tiegħu sejjer (u sew għamel), ħa l-grazzi billi nqabeż u sar jaf wara żmien 'il bogħod mill-familja u rritorna. "Dawn li nqabżu fetħu każ mal- Ombudsman u Mallia rrifjuta l-aċċess għall-fajls. L-Ombudsman issa għamel protest il-Qorti għax skontu, Mallia qed jimmina l-istituzzjoni tal-Ombudsman u dan hu eks Prim Imħallef. Dan hu każ bla preċedent. Għax l-Ombudsman hu uffiċjal Parlamentari. Qal ukoll li l-maġġoranza tal- pulizija ma vvutawx lin-Nazzjonalisti minħabba l-ħlas tal-overtime, "Iżda fi tliet baġits lanqas biss issemmiet ċifra u baqgħu b'xejn. Meta tlabtu għaliex ma tħallsux qalli li għadu jistudja l-volumi ta' ħlasijiet li ħallejna aħna. U jekk dan hu vera, għaliex qabel l-elezzjoni kien semma' ċ-ċifra ta' ħlasijiet li kellhom jitħallsu, allura jekk kien jafhom, kif issa ċ-ċifra għadu ma sabhiex?" Tkellem ukoll dwar l-assoċjazzjoni tal-pulizija li wkoll tellgħet lill-Ministru l-Qorti għax skont dokument li ħareġ Mallia ċertu karigi jsiru minnu u għalhekk jekk ikun hemm xi uffiċjal għoli li jkun irid jinvestiga lill-istess Ministru jew lil xi ħadd tal-Gvern, ma jkunx jista' jagħmel dan b'libertà għax irid mill-Ministru. U kumbinazzjoni bħalissa qed jiġri każ simili fil-każ tal-isparatura. Qatt fl-istorja tal-korp ma saret xi ħaġa bħal din li titneħħa l-awtonomija tal-korp." Skont Jason Azzopardi, il-ministru Mallia jixtieq li jniżżel ismu fl- istorja, "u jien ngħidlu serraħ moħħok. Se tibqa' tissemma dwar il-każ tal-Ombudsman u dwar il- promozzjonijiet illegali. Martin Scicluna li hu Laburist magħruf kiteb li l-ħsara li għamel Mallia ġabet fix-xejn ix-xogħol tajjeb li kien għamel fl-armata Alfred Sant. Anke Vanni Bonello qal li f 'sena u nofs hemm kriżi istituzzjonali. Din hi arroganza pura u dan kollu bil-barka tal-Prim Ministru li ma jistax jibqa' jinħeba." Kif semmieli l-arroganza, moħħi mar fuq Austin Gatt li wkoll kien jissemma li l-arroganza tiegħu wasslet lil Gonzi li jibda t-triq tan-niżla u staqsejt lil Azzopardi jaħsibx li Manwel Mallia se jkun l-Austin Gatt ta' Muscat. Hawnhekk Azzopardi, beda jagħmel mossi ta' speċi għandek raġun, "ifhimni r-reputazzjoni u l-attitudni ta' Austin Gatt hekk kienet, kellu attitudni bruska, iżda taf fejn int miegħu u qatt ma kiser il-liġi biex jaġevola lil xi ħadd bħal Ministru tal-Intern u tas-Sigurtà Nazzjonali li għandna. "Bħala partit ma jaqblilniex li Mallia jirriżenja għax qed jagħtina 'mileage' kbir għax 'he is an accident waiting to happen', qassata wara l-oħra. Anke deputati Laburisti jiġu jkellmuna u jgħidulna li ma jafux x'qed jistenna biex jirriżenja." Mistoqsi mela għaliex iriduh jirriżenja, Azzopardi qalli li għall- pajjiż ma jistax ikollok ministru li jaħbi l-verità u jagħmel daqshekk illegalitajiet. "Kif jgħid li ma qarax l-istqarrija li ħareġ il-ministeru meta kull ministru jaqra kull stqarrija qabel toħroġ? Kif 'low loader' waslet qabel il-pulziija tad-distrett meta s-soltu ġieli stennew sagħtejn biex tasal? Kif jista' jkun li kien mal-Kummissarju dak il-ħin u ma tkellmux dwar il-każ kif saru jafu bih? Għaliex ma marritx l-iskwadra omiċidi u esperti tal-ballistika meta kien hemm sparatura? Għaliex ma ttiħidx it-test tal-GSR (Gunshot Residue)? Dawn huma mistoqsijiet li l-poplu qed jistenna li jiġu mwieġba. "Anke l-fatt li jgħid li ma kienx jaf lix-xufier qed jinsulenta l-intelliġenza tal-poplu, għax kull Ministru jagħżel ix-xufier hu, għax irid ikun persuna ta' fiduċja kbira għax dan jorqod miegħek ikun jonqsu. U jien kont ministru u naf. Jekk m'għażlux hu allura hu l-uniku wieħed li qatt m'għamel hekk. "Issa int staqsejtni jekk Mallia jistax ikun id-'downfall' ta' Muscat, ma naqbilx. Id-downfall ta' Muscat se jkun Muscat stess. Mallia hu biss l-effett ta' kultura li ħoloq Joseph Muscat li jagħti l-arja u r-riħ fejn jekk int tal-qalba timxi. Il-kontabilità tal-Gvern kienet teżisti biss meta kien fl-oppożizzjoni. Issa spiċċat għal kollox. Dwar Dalli, Mizzi, Mallia u oħrajn kollox qed iħalli għaddej." Mistoqsi jekk il-PN jikkuntentax jekk il-Prim Ministru jkollu jibdillu d-dekasteru, Azzopardi qal li l-Ministru Mallia jrid jassumi r-responsabilità bħala ministru għax billi tibdillu d-dekasteru ma jfisser xejn. "Aħna qed inkejlu bir-riga li kejlu huma meta konna fil-Gvern." Kien dan il-ħin li Jason Azzopardi beda jsemmi litanija sħiħa ta' deputati Laburisti u nies tal-qalba li kollha qed jitħallsu belli liri, "qed jagħti dawn il-pagi lid-deputati li ma ngħatawx ministeri biex iżommhom kwieti. Imbagħad kirjiet ta' appartamenti mogħtija lil nies bi problemi soċjali għollihomlom bil-moħbi aktar minn sitt darbiet aktar. Mara qaltli li issa qed ikollha tħallas €50 kull tliet xhur kera meta qabel kienet tħallas €9 u hi jkollha tixtri mediċina lil binha bl-ażma li tiswa €50." Jason Azzopardi temm l-intervista billi reġa' tenna dak li beda bih, "Nerġa' ngħidlek li sa Ġunju li għadda n-nies tawh il-benefiċċju tad-dubju, issa żmien il-qamar il-għasel spiċċa u issa qed jisimgħu x'qed ngħidu aħna, li se nibqgħu nwasslu dak li qed jiġri." minn xiex nibża'" "Manwel Mallia hu an accident waiting to happen u qed jagħtina mileage kbir" "Sa Ġunju n-nies ma kinux jagħtu kasna iżda issa qed jisimgħuna" Ritratti: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 December 2014