Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/429116
16 illum | Il-Ħadd 07 ta' Diċembru 2014 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Il-Punt NHAR il-Ġimgħa li għadda, l-Eċċellenza Tagħha l-President tar-Repubblika għamlet żjara fil-kwartieri ġenerali tal-UĦM. Huwa ta' unur għalina li l-President iltaqgħet mal- ħaddiema tal-UĦM li ta' kuljum jagħmlu ħilithom sabiex jagħtu servizz fil-qasam trejdjunjonistiku. Il-President hija persuna midħla sewwa ta' dan il-kamp u tapprezza l-valur tiegħu anke għaliex għandha għal qalbha l-aspett soċjali. Dan kollu joħroġ mit-twaqqif tal-Forum tal-President li ġie mwaqqaf sabiex jiffaċilita l-komunikazzjoni bejn it- trejdjunjins u jiġu identifikati dawk il-kwistjonijiet komuni bejn il-unjins ħalli permezz ta' din il-pjattaforma wieħed ikun jista' jiddiskuti sabiex eventwalment jindirizza fuq livell nazzjonali. U x'nindirizzaw għandna! Tribunal Industrijali Effettiv Hija tal-mistħija li bħalissa l-UĦM kellha tirrikorri għall-Qorti Kostituzzjonali f 'kawża kontra l-Gvern wara li l-UĦM fetħet kawżi ġewwa l-istess tribunal erba' snin ilu u li dawn għalkemm instemgħu, baqgħu mingħajr deċiżjoni. Iżda wieħed jistenna li kawża fit-tribunal industrijali tinstema' u tinqata' f 'erba' xhur u mhux jgħaddu erba' snin u għadna mingħajr sentenza. Inwiegħed lill-ħaddiema kemm tal-MET officers ġewwa l-Malta International Airport u kemm il-ħaddiema tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali li l-UĦM se tibqa' ssostni l-kawża tagħhom u tfittex ir-rimedji. Proċess ta' Rikonoxximent Dan il-proċess huwa wieħed ikkaratterizzat minn tilwim bejn il-unjins fejn partijiet opposti jgħidu li jgawdu l-maġġoranza sempliċi. Ġeneralment huwa proċess li fil-prattika nħalluh f 'idejn id-direttur tax-xogħol u joħroġ kif joħroġ ir-riżultat, dejjem dan tal-aħħar jispiċċa b'xi ħadd iħarislu biċ-ċiera. Iżda dan il-proċess ma baqax ovvju meta mess lill-UĦM titlob li ssir il-verifika għar- rikonoxximent tax-xufiera tal-Malta Public Transport. F'daqqa waħda l-proċess ħadu f 'idejh il-ministru li għalkemm il-liġi ma tgħid xejn f 'dan ir-rigward, il-prattika dejjem uriet mod ieħor u ġeneralment mhux biss il-politikanti iżda anke l-maniġment f 'azjendi privati jħallu dan il-proċess ta' verifikazzjoni f 'idejn id-direttur tax-xogħol u r-relazzjonijiet industrijali. Illum għandna sitwazzjoni fejn il-gvern ma tax iċ-ċans mixtieq mix-xufiera tal- Malta Public Transport li jiġu rikonoxxuti f 'unjin tal-għażla tagħhom. U l-UĦM ħadet il-każ quddiem it-tribunal industrijali li m'għandniex xi ngħidu b'effiċjenza liema bħala kellu l-ewwel seduta nhar l-Erbgħa li għadda li ġiet postposta għal Jannar. Viva d-djalogu soċjali u d-demokrazija! Imma x-xufiera moħħ għandhom, u matul dawn ix-xhur iktar kibret l-għaqda tagħhom fi ħdan il-UĦM. U din l-unjin se tkompli tiġġieled sabiex id-dritt tagħhom isarrfuh. Nindirizzaw il-prekarjat eżistenti Fl-ewwel diskors tiegħi meta lħaqt Segretarju Ġenerali rrikonoxxejt li l-prekarjat jeżisti għaliex bħala segretarju tat-taqsima ltqajt miegħu u bil-ħila tiegħi kollha ġġilidtlu u waqaftlu sabiex ma nħallihx jgħolli rasu fl-entitajiet pubbliċi. F'dan il-baġit il-gvern aċċetta proposta tal-GWU sabiex jindirizza l-prekarjat. Hekk għandu jkun u tajjeb. Iż- żewġ unjins dejjem qablu fuq dan is-suġġett. Iżda nixtieq infakkar lill-gvern li s-sena l-oħra l-UĦM tagħtu proposta fuq il-prekarjat permezz tal- koperattivi soċjali, li l-Gvern aċċetta iżda li s'issa m'għamel xejn sabiex inwettquha. Tajjeb li nifhmu li ma teżistix soluzzjoni waħda għall-prekarjat. Il-GWU qed tiggarantixxi li l-ħaddiema li llum jistgħu jkunu f 'prekarjat u li qed joffru servizz lill-Gvern, allura l-paga tagħhom tiġi marbuta ma' dik ta' ħaddiem tal-Gvern fl-istess xogħol fl- ewwel tarġa. Waqt li dan huwa pass tajjeb, il-UĦM ħarġet bi proposta fejn tħeġġeġ lin-nies fil-prekarjat sabiex ikunu huma stess li jorganizzaw irwieħhom f 'koperattivi soċjali u joffru s-servizz. Dan il-kunċett hawn Malta għadu ma ġiex żviluppat iżda barra minn Malta qabad u qabad sew. Fejn anke l-Unjoni Ewropea tagħti l-fakultà li ssir diskriminazzjoni pożittiva favur dawn it-tip ta' koperattivi meta jipparteċipaw f 'tenders pubbliċi. Il-UĦM se tkompli timbotta sabiex tara li jasal il-mument li tiġi varata din il-proposta għaliex nemmnu li hija proposta tajba daqs taċ-Child Centres b'xejn, tat- Tapering tal-benefiċċji soċjali, tal-għajnuna lis-single parent, il-Jobs+ li kollha jafu lill-UĦM bħala ommhom. Il-prekarjat li għadu ħa jinbet Tajjeb li jkollna soluzzjonijiet għall-prekarjat li qiegħed magħna, iżda tajjeb ukoll li naraw li dan il-prekarjat ma jibqax jinbet. Il-prekarjat jgħolli rasu fejn min iħaddem u min jaħdem ma jagħmlux parti minn imsieħeb soċjali. Fil- fatt wieħed jara korrelazzjoni bejn il-proċess ta' djalogu soċjali, is-sħubija fil-unjins ta' min iħaddem jew jaħdem u l-prekarjat. Inqas is-sħubija inqas is-saħħa tad-djalogu soċjali u ikbar il-prekarjat. Jiena ġenwinament qatt ma fhimt kif nippermettu lil dawk li jimpjegaw ma jkunux parti minn organizzazzjoni ta' min iħaddem u l-ħaddiema li ma jkunux parti minn unjin. Ħafna jgħidu li d-demokrazija titlob li tħalli lil kulħadd liberu fl-għażla, min irid jissieħeb u min irid le. Jiena nistaqsi kif l-istess libertà ma nagħtuhiex ukoll lill-individwi meta jiġu sabiex jagħmlu l-assigurazzjoni tal-karozzi? Forsi l-libertà mhux libertinaġġ, forsi għaliex id- demokrazija titlob li tinżamm l-ordni ċivika għaliex tifhem li t-tort se jinqala' dejjem u tajjeb li min iġarrbu jkun żgurat li jieħu rimedju. Allura wieħed jistaqsi l-unjins mhumiex ukoll assigurazzjoni sabiex jaraw li jekk jinqala' t-tort nindirizzawh? Forsi li toħroġ fit-triq importanti li jkun hemm liġi li tgħid li tagħmel assigurazzjoni iżda li toħroġ fid-dinja tax-xogħol mhux importanti jekk tkunx assigurat jew le. L-Unjoni Ewropea tinvesti miljuni fid-djalogu soċjali u dejjem irrikonoxxietu bħala għodda prinċipali sabiex jinżamm il-bilanċ bejn il- ħaddiem u min iħaddem. F'pajjiżna nagħmlu sigħat sħaħ niddiskutu ġewwa l-MCESD b'rispett lejn id-djalogu soċjali. Iżda mbagħad ngħidu li sabiex inkunu demokratiċi rridu nagħtu l-għazla tal-opt-out mill-proċess tad-djalogu soċjali. Però lil dawk li aħna ma nirrappreżentawx irridu nsibulhom soluzzjoni madwar il-mejda tal- MCESD li magħmula minn rappreżentanti ta' dawk li għoġobhom ikunu membri ta' unjin ta' min jimpjega jew tal- ħaddiema! Għalissa se nħallikom iżda niżgurakom li fil-Forum tal-President għandna qatigħ x'niddiskutu. Josef Vella hu s-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Meta ssarraf id-djalogu soċjali JOSEF VELLA MICHAEL CAMILLERI BIRKIRKARA DIN is-sena għandna baġit soċjali addattat għall-pajjiż li qiegħed u jidher li se jkompli, jiżviluppa b'rata inkoraġġanti. Jippreżenta pjan ta' titjib soċjali u fl-oqsma tal- edukazzjoni, tas-saħħa u tax- xogħol. Jispira inkoraġġiment fil-kummerċ u l-ekonomija nazzjonali, u jindirazza l-qagħda mwiegħra li kienet tnawwar il-finanzi tal-istat. M'għandix spazju nelenka l-proposti kollha. Nikkonċentra fuq dik li fl-opinjoni tiegħi hija waħda mill-aqwa miżuri b'ruħ soċjali, li qatt ma kienet introdotta minn gvern Malti. Din hija l-għotja ta' €1,000 għal kull wild tal-familji ta' dħul ta' mhux aktar mill-paga minima. Nafu li l-livell tal-għixien ta' familja jitjieb skont il-mezzi (dħul globali) li jkollha biex tikseb aċċess għall-progress li jikber fil-pajjiż b'riżultat tal- avvanz ekonomiku. Għalhekk din il-miżura taġevola lill- familji ta' qrib u taħt il-linja tal-faqar, li fil-mument ma jkollhomx mezz ieħor li jżidu d-dħul tagħhom u joħorġu miż-żona tal-faqar. Dawn ma joħorġux minn dik iż-żona biż-żieda tal-COLA biss, għax din ġiet stabbilita biex tikkumpensa l-għoli tal-ħajjja u żżomm il-livell tal-għixien kif kien is-sena ta' qabel, u mhux biex itejbu. Allura bil- COLA biss u bil-benefiċċji li jinħarġu għal kulħadd, in-nies fir-riskju tal-faqar jibqgħu f 'dik iż-żona f 'livell tal-għixien baxx, bl-istess distakk taħt il-kumplament tas-soċjetà. Sakemm ma jinstabx kumpens għal dan l-iżvantaġġ ta' dawk in-nies, ma jkunx hemm progress fl-aċċess tagħhom għal sehem relattivament xieraq mit-tkabbir tal- ekonomija. Dan jiġri għax meta jitjieb il-livell tal-għixien ġenerali, il-linja tal-faqar togħla relattivament miegħu, waqt li ħadd mill-familji ta' taħtha ma jitla' 'l fuq minnha minkejja t-titjib li jieħdu bil-COLA u bil-benefiċċji komuni għal kulħadd. Dan in-nuqqas qed ixekkel lill-avvanz ekonomiku milli jiżviluppa fi progress verament demokratiku. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jkollna kumpens stabbilit li jgħolli l-livell tal-għixien tal-familji sfortunati 'l fuq mil-linja l-ħamra, biex il-faqar jonqos relattivament mat-tkabbir tal- ekonomija. L-għotja tal-€1,000 speċifika lill-familji ta' dħul baxx fil-baġit 2015, hija miżura ideali fuq din id-direzzjoni. Jixraq li għotja ta' dak it-tip tiġi stabbilita bħalma ġiet il-COLA u bi qbil bejn il-gvern u l-imsieħba soċjali, tinstab formola li fuqha jinħadem l-aġġustament li jkun applikat kull sena li jkollna tkabbir ekonomiku nazzjonali. Dan ikun l-aqwa riżultat u l-akbar progress li jista' joħroġ minn dan il-baġit soċjali 2015. Miżura ġdida kontra l-faqar