Illum previous editions

illum 7 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/429116

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

Kummercjali 24 illum | Ħadd 07 ta' Diċembru 2014 Il-Hyundai i20 il-ġdida waqt 'Paqpaqli għall-Istrina' ILĠENERAZZJONI l-ġdida tal-Hyundai i20 ser titnieda llum mill-Meridian Enterprises waqt 'Paqpaqli għall-Istrina' fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Dan il-mudell, għamel id- debutt tiegħu waqt il-Fiera tal-Karozzi f 'Pariġi, f 'Ottubru li għadda. B'dan il-mudell, il-Hyundai Motor Europe, tkompli ssaħħaħ il-preżenza tagħha fil-B-segment li huwa l-akbar settur fl-Ewropa b'bejgħ ta' madwar 2.86 miljun karozza fis-sena. Il- mudell tal-i20, kien wieħed mill-iktar mudelli li nbigħ fl-Ewropa u l-Hyundai trid li b'dan il-mudell il-ġdid, tiftaħ id-ditta Hyundai għal udjenza aktar wiesgħa u fl- istess waqt, jikkonferma kif il-Hyundai qed tikkonċentra fuq l-Ewropa. In-New Generation i20 kienet iddisinjata u żviluppata fl-Ewropa biex tkompli tappella għall-konsumatur Ewropew bi kwalitajiet partikolari: spazju interjuri ta' livell għoli ħafna, teknoloġija u features li jsaħħu l-kumdità u disinn raffinat. Dan l-aġġornament ifisser li kull mudell Hyundai fl-Ewropa ġie aġġornat f 'dawn l-aħħar ħames snin. Din il-karozza hi ispirata mill-kunċett ta' disinn fluwidu li Hyundai ilha tapplika għal dawn l-aħħar snin. Dan jidher l-aktar mid-disinn partikolari tal-headlamps b'LED li għandhom daytime running lights li jkompli jispira l-kumplament tal-karozza. Il-karozza twalet b'45mm biex ikun hemm iktar spazju għal min jirkeb. Dan minbarra l-but tal-karozza li jiflaħ 326 litru. L-i20 hi mgħammra wkoll b'ħafna teknoloġija ġdida li twassal għal livelli ta' kumdità li s-soltu nsibuh f 'vetturi ta' klassi aktar għolja, bħal pereżempju, l-parking assist fuq quddiem u wara, heated steering wheel, static bending headlamps u defog system awtomatika. Permezz tas- sunroof panoramiku li jista' jitbexxaq jew jinfetaħ kollu, hemm iktar kumdità u sens ta' spazju bis-saħħa ta' iktar dawl naturali u arja. L-esperjenza tas-sewqan issaħħet permezz tat-trials li saru f 'żoni muntanjużi kesħin u żoni sħan, bit-temperaturi varjaw minn +40 grad għal -35 grad, waqt li nstaqet ukoll f 'altitudni ta 2,500 metru. Hyundai motor għandha fiduċja fil-kwalità ta' dan il- mudell u għalhekk, qed ikun inkluż 'Five Year Unlimited Mileage Warranty' bħala standard u ħames snin health checks tal-karozza. MPS, li hija aġenzija tal- marketing rebħet il-premju għall-aħjar kampanja fuq il-mezzi soċjali waqt ir-raba' edizzjoni tal-'eBiz Awards'. Liema edizzjoni ġiet organizzata mll-Awtorità Maltija għall- Komunikazzjoni. Il-kumpanija MPS għan-nom tal-PBS wara kampanja li saret b'suċċess fuq l-internet dwar is-sehem ta' Malta fil-Eurovision Song Contest li sar fid-Danimarka. Il-kampanja ffukat fuq mezzi differenti tal-midja soċjali fosthom Facebook, Twitter u YouTube u laħqet xejn inqas minn 63 pajjiż. Anton Attard, bħala l-Kap Eżekuttiv ta' PBS iddeskriva din il-kampanja bħala waħda li kellha suċċess kbir hekk kif l-għanijiet tagħha, laħqithom, l-aktar fejn kellhom jiġu indirizzati xi pajjiżi partikolari. Ammont sostanzzjali minn dan is-suċċess kien dovut għall-kompetizzjoni li kienet iġġib l-isem ta' 'Selfie Contest' li deheret li kienet tattika ta' suċċess, b' 35,000 unique view. F'din il-kompetizzjoni kien hemm parteċipazzjoni ta' 500 persuna waqt li ġew segwiti minn madwar 100 miljun persuna minn madwar id-dinja. Il-kumpanija MPS tara li dan kien suċċess importanti bħala waħda mill-kumpaniji ewlenin fl-industrija tal-komunikazzjoni u l-marketing. Kumpanija li hi sieħba fl-MPS, Anchovy Digital kienet ukoll nominata għall-istess unur b'xogħol li sar għall-kumpanija New York Best. MPS Marketing b'unur fil-Midja Soċjali Impjegati ta' Vodafone imiddu jdejhom fil-Baħrija Oasis GRUPP ta' impjegati tad-Dipartiment tal- Operazzjoni Kummerċjali fi ħdan Vodafone Malta taw l-għajnuna tagħhom fil-Baħrija Oasis fil-Baħrija. Dan sar bħala parti mill- inizjattivi tar-Responsabbilità Korporattiva Soċjali. Il-Baħrija Oasis, li hu mmexxi minn tim ta' voluntiera flimkien ma' Peppi Gauci huwa razzett bio- dinamiku. Il-Baħrija Oasis qed jintroduċi kunċett ta' metodi agrikoli sostenibbli li jaħdmu man-natura. Dan huwa l-kunċett ta' permakultura. L-impjegati ta' Vodafone bdew il-ħidma tagħhom f 'diversi partijiet b'uħud minnhom isajjar l-ikel bi prodotti mkabbra fl-istess razzett, min iħawwel xi prodotti u oħrajn jqattgħu l-bambù. Ħaddiema oħra, temgħu l-annimali u oħrajn ħejjew fertilizzant naturali minn ħarrub imnixxef u kaktus. Il-ħidma tagħhom, finalment ġie ppremjat b'ikla preparata kompletament bil- prodotti tar-razzett. Din l-inizjattiva kienet waħda minn tal-aħħar fil-lista ta' ġranet ta' Responsabbilità Korporattiva Soċjali ta' Vodafone Malta. Ġeneralment, dawn l-attivitajiet jgħaqqdu attivitajiet ta' team building u fl-istess ħin, tkun qed tgħin lil xi NGO fil-komunità. Il-Kap tal-Operazzjonjiet Kummerċjali, Michael Coney qal, "Kienet ħaġa sabiħa li ngħaqqadna bħala tim f 'dan il-post tant sabiħ u mhux tas-soltu. Ħadna gost li sirna nafu x'qed isir f 'Malta biex nippromwovu mod aktar sostenibbli u favur l-ambjent fl-agrikoltura. Din hi xi ħaġa li Vodafone, li hi mpenjata fis-sostenibbiltà f 'kull aspett tan-negozju, tista' tidentifika magħha. Peppi Gauci u l-voluntiera l-oħra kienu tassew ta' ispirazzjoni." L-unur li rebħu l-MPS għall-aħjar kampanja fuq il-mezzi soċjali Din il-karozza hi ispirata mill-kunċett ta' disinn fluwidu li Hyundai ilha tapplika għal dawn l-aħħar snin L-impjegati ta' Vodafone waqt il-ħidma tagħhom fil-Baħrija Oasis fil-Baħrija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 December 2014