Illum previous editions

illum 7 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/429116

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Diċembru 2014 | illum 25 Ingredjenti 150ml inbid abjad • 100ml żejt taż-żebbuġa • 4 bajdiet • ½ kuċċarina melħ • 250g dqiq plain • 1 kuċċarina baking powder • 150g ġobon cheddar • maħkuk 1 basla kbira • 100g • bacon 200g perżut tal-koxxa • mqatta' 100g żebbuġ iswed • 100g żebbuġ aħdar • 2 imgħaref tursin imqatta' • Metodu Fi skutella kbira, ħabbat 1. il-bajd mal-inbid iż-żejt u l-melħ. Żid id-dqiq mgħarbul im- 2. kien mal-baking powder. Qatta' l-basla irqiq u ġo 3. taġen u qalli ħaf ma' naqra żejt taż-żebbuġa jew butir. Żid il- 4. bacon mal-basal u sajjar għal ftit minuti u warrbu. Oqgħod attent mil-likwidu li joħroġ mit- taħlita biex ma jxarrabx il-ħobża. Qatta' ż-żebbuġ, tursin u 5. l-perżut. Żid l-ingredjenti kollha 6. u l-ġobon mat-taħlita u ħawwad. Itfa' f 'dixx f 'loaf tin ,midluk 7. b'daqsxejn butir. Aħmi f 'forn ta' 180°C għal 8. madwar siegħa. Ħobż tal-Bacon, Żebbuġ u Ġobon Ed Sheeran distratt Kourtney fuq il-passi t'oħtha HEKK kif din il-ġimgħa kien hemm l-ewwel sfilata tal-moda tad-ditta tal-lingerie Victoria's Secret fl-Ingilterra, Ed Sheeran li kanta waqt dan l-avveniment kellu problema jiffoka l-attenzjoni tiegħu dwar il-kant biss. Sheeran ammetta kif kienet xi ħaġa stramba għalih li waqt li qed ikanta, l-attenzjoni ma kinitx fuq il- mużiċist imma fuq xi ħadd ieħor. L-isfilata li hi magħrufa għall- mudelli sbieħ li jimmudellaw fiha rat żewġ kantanti popolari jagħtu l-esebizzjoni tagħhom minbarra Sheeran. Kien hemm Taylor Swift li ħafna ħasbuha parti mill-isfilata hekk kif kienet liebsa ilbies simili għall-mudelli u Ariana Grande li kif tidher fir-ritratt hawn taħt, kellha mument ta' problema hekk kif kienet ħa tintlaqat mill-ġwienaħ ta' waħda mill-mudelli. Imnalla ndunat qabel u tbaxxiet! WARA li ftit ġimgħat ilu, dehru r-ritratti li Kim Kardashian kienet ħadet għar-rivista Paper, li fihom kienet bi ftit jew xejn ħwejjeġ, oħtha Kourtney qed timxi fuq il-passi tagħha. F'ritratti li ħadet riċentament għar-rivista DuJour, Kourtney li hi tqila u waslet fl-aħħar ġimgħat tat-tqala tagħha, tidher li mhi liebsa xejn għajr xi ċraret jew naqra rix.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 December 2014