Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/429116
28 illum Il-Ħadd 07 ta' Diċembru 2014 SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Sliema Wanderers ........... 1 Hibernians ...................... 2 LATTAKKANT prolifiku Brażiljan Edison Luis dos Santos iktar magħruf bħala Tarabai skorja doppjetta personali hekk kif Hibernians għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta' 2-1 biex kabbru r-rekord tagħhom ta' logħob mhux megħluba għal xejn inqas minn 14-il logħba. Min-naħa l-oħra dan kien riżultat ieħor diżappuntanti għal Sliema Wanderers fejn rimarkabbli huwa l-fatt li din kient ir-raba' telfa għalihom f 'ħames logħbiet. Kienu Hibernians li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss żewġ minuti logħob, Tarabai ra x-xutt tajjeb tiegħu mill- viċin milqugħ minn Glenn Zammit. Il-Pawlisti marru fil- vantaġġ fit-13-il minuta meta minn freekick tas- solitu Clayton Failla mil- lemin, il-ballun ġie mxellef minn Scozzese u Edison Luis dos Santos tefa' ġewwa mill-viċin. Tarabai seta' faċilment skorja ieħor fis-37 minuta meta wara li rċieva minn kross mil-lemin għola tajjeb iżda ra d-daqqa ta' ras tiegħu tgħaddi ftit barra. Hibernians irduppjaw l-iskor mas-siegħa logħob grazzi għall-freekick dirett ta' Edison Luis dos Santos li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Glenn Zammit. Sitt minuti biss wara, il-Blues naqsu l-marġni tal-iskor grazzi għal Peter Xuereb, meta wara li rċieva mingħand Trevor Cilia, tefa' l-ballun wara Henry Bonello. Minuta minn tmiem id-90 minuta, Trevor Cilia resaq ferm viċin li jġib l-iskor indaqs iżda l-konklużjoni tiegħu li dehret destinata għal ġewwa ġiet imneħħija 'l bogħod minn kull periklu mis-sostitut Jonathan Pearson. Sliema Wanderers - Zammit, Martinelli (Friggieri 77'), Scozzese, Mifsud (Xuereb 45'), Psaila, Potezica, Cilia, Mangiacasale, Bocar (Gnabouyou 55'), B. Muscat, Bianciardi Hibernians - Bonello, Da Gracia Gomes, Soares, Cohen, Kristensen (Lima 64'), Failla, Bezzina, Agius, Dos Santos, Mbong (Pearson 84'), Pereira da Silva Referi - Clayton Pisani Doppjetta ta' dos Santos tkompli ssaħħaħ id-dominju ta' Hibernians EDISON LUIS DOS SANTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-Brażil Skorja doppjetta personali f'din il-logħba Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Hibernians fejn jinsab jokkupa l-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers tal- Kampjonat BOV Premier KLASSIFIKA KAMPJONAT BOV PREMIER Tim L Pti Hibernians 14 40 Valletta 14 28 Birkirkara 13 24 Mosta 13 19 Balzan 13 17 Floriana 14 17 Sliema W. 14 16 Qormi 13 16 Naxxar L. 13 14 Tarxien R. 13 12 Pietà H. 13 12 Zebbug R. 13 5

