Illum previous editions

illum 7 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/429116

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Diċembru 2014 | illum 29 SPORTSillum NEWCASTLE United ġewwa darhom f 'St James Park ixxukkjaw lil-leaders tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra Chelsea meta għelbuhom bl-iskor ta' 2-1 għalkemm spiċċaw il-logħab b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Steven Taylor wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Għall-Magpies irnexxielu jsib ix-xibka darbtejn is-sostitut Papiss Ciss fis-57 u fid-79 minuta rispettivament. Min-naħa l-oħra l-plejer veteran ta' Chelsea Didier Drogba naqqas il-marġni tal-iskor għall-Blues fit-83 minuta. Chelsea xorta waħda għadhom jokkupaw il-quċċata tal-klassifika meta għandhom 36 punt – 3 punti biss vantaġġ fuq Manchester City. Dan hekk kif Manchester City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium kisbu rebħa minima ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn penalty ta' Yaya Toure fl-24 minuta. Queens Park Rangers ġewwa darhom għelbu lil Burnley bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls tagħhom jaslu minn Leroy Fer u Charlie Austin fil-51 u fl-74 minuta rispettivament. Tajjeb ngħidu li l-iskorer tat- tieni gowl għal QPR Charie Austin safa mkeċċi fis-76 minuta wara li rċieva żewġ karti sofor f 'temp ta' tliet minuti biss. Fil-konfront bejn Stoke City u Arsenal rajna xejn inqas minn ħames gowls bi Stoke City ġewwa darhom sorprendentamet joħorġu rebbieħa bl-iskor ta' 3-2 meta għal ħin twil kienu 3-0 minn fuq. It-tliet gowls għalihom waslu minn Peter Crouch, Bojan Krkic u Jonathan Walters. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls għall-Gunners waslu minn penalty ta' Santi Cazorla u Aaron Ramsey f 'temp ta' biss żewġ minuti. Arsenal temmew il-logħba jilagħbu b'10 plejers wara li tkeċċa għalihom il-plejer Calum Chambers hekk kif irċieva żewġ karti sofor fil- logħba eżattament fil-61 u fit-78 minuta rispettivament. Ilbieraħ tliet logħbiet intemmew f 'parità ta' mingħajr gowls. Dawn kienu l-logħbiet bejn Hull City u WBA, Tottenham Hotspur u Crystal Palace u Liverpool u Sunderland. Intant fil-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Roma ddiżappuntaw meta ġewwa darhom fi Stadio Olimpico fallew milli jnaqsu d-distakk minn mal-leaders Juventus wara li b'mod sorprendenti sfaw miżmuma f 'parità ta' 2-2 mit-tim inferjuri ta' Sassuolo li ironikament huma mmexxija mill-eks plejer ta' Roma Eusebio di Francesco. Iż-żewġ gowls għal Sassuolo waslu minn doppjetta tal- plejer internazzjonali Taljan u li qed ikollu staġun mill- aqwa ma' dan it-tim żgħir, Simone Zaza, f 'temp ta' biss tliet minuti. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls għal Roma waslu minn doppjetta ta'Adam Ljajic b'wieħed miż-żewġ gowls jasal minn penalty. Tajjeb ngħidu li ż-żewġ timijiet temmew il-logħba b'10 plejers meta l-captain Daniele De Rossi tkeċċa għal Roma waqt li Simone Vrjsalko tkeċċa għal Sassuolo. Newcastle United jixxukkjaw lil Chelsea Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 6 ta' Diċembru Newcastle U. vs Chelsea 2-1 Hull C. vs WBA 0-0 Liverpool vs Sunderland 0-0 QPR vs Burnley 2-0 Stoke C. vs Arsenal 3-2 Tottenham H. vs Crystal P. 0-0 Manchester C. vs Everton 1-0 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 7 ta' Diċembru 14:30 West Ham U. vs Swansea C. 17:00 Aston V. vs Leicester C. It-Tnejn 8 ta' Diċembru 21:00 Southampton vs Manchester U. Riżultat Kampjoant serie A TIM Is-Sibt 6 ta' Dicembru Roma vs Sassuolo 2-2 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 7 ta' Diċembru 12:30 Napoli vs Empoli 15:00 Atalanta vs Cecsena 15:00 Genoa vs Ac Milan 15:00 Parma vs Lazio 20:45 Inter vs Udinese It-Tnejn 8 ta' Diċembru 19:00 Cagliari vs Chievo V. 21:00 Hellas Verona vs Sampdoria KLASSIFIKA KAMPJONAT BARCLAYS PREMIER Tim L PTI Chelsea 15 36 Man City 14 33 Southampton 14 26 Man United 14 25 West Ham 14 24 Arsenal 15 23 Newcastle 15 23 Swansea City 14 22 Liverpool 15 21 Tottenham 15 21 Everton 14 18 Stoke City 15 18 Aston Villa 14 16 Sunderland 15 15 Crystal Palace 15 14 West Brom 15 14 QPR 15 14 Hull City 15 13 Burnley FC 15 12 Leicester City 14 10 KLASSIFIKA KAMPJONAT SERIE ATIM Tim L PTI Juventus 14 35 Roma 14 32 Napoli 13 23 Genoa 13 23 Sampdoria 13 22 Milan 13 21 Lazio 13 20 Fiorentina 14 20 Sassuolo 14 19 Udinese 13 18 Inter Milan 13 17 Palermo 13 17 Empoli 13 14 Verona 13 14 Torino 13 12 Cagliari 13 11 Atalanta 13 11 Chievo 13 10 Cesena 13 8 Parma 13 6

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 December 2014