Illum previous editions

illum 7 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/429116

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 07 ta' Diċembru 2014 SPORTSillum Tinżamm il-World Dressage Challenge f 'Malta ILFEDERAZZJONI Ekwestri ta' Malta, flimkien mal-Fédération Equestre Internationale (FEI) ospitat il-World Dressage Challenge ġewwa l-Monte Kristo Estate. L-għan ta' din il-kompetizzjoni huwa li jagħti l-atleti fid-Dressage, li taħt ċirkostanzi normali, ma jistgħux jieħdu sehem f 'kompetizzjonijiet internazzjonali l-opportunità li jikkompetu fuq livell internazzjonali mingħajr ma jkollhom iħallu l-pajjiż tagħhom stess. Il-kompetizzjoni hija maqsuma fi 12-il żona ġeografika, magħmula minn bejn erba' u sitt pajjiżi. Malta qed jikkompetu fir-raba' żona, kontra l-Greċja, Ċipru, it- Turkija, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Iżrael. Malta kkompetiet fil- Livell Avvanzat, Medju, Elementari u Preliminari. Fi ħdan il-livelli l-atleti ġew imqassma f 'żewġ gruppi ta' età bejn 12 u 15-il sena u 16-il sena 'l fuq. L-atleti li jieħdu sehem fil-FEI World Dressage Challenge huma ġġudikati fuq l-istess testijiet u bl-istess membri tal- ġurija ġewwa kull żona ġeografika. L-atleti jikkompetu fuq livell individwali u r-riżultati huma bbażati fuq l-ogħla persentaġġ totali miksub. Il-klassifikazzjoni tat- Tim Malti huwa bbażat fuq l-ogħla persentaġġ totali miksuba mill-aqwa tliet atleti nominati mill- Federazzjoni Nazzjonali. Team Malta, kien magħmul minn Tommy Xuereb, Margot Draper, Lara Selvagi u Corinne Gauci. Ir-riżultat finali ta' Team Malta fil-Klassifikazzjoni globali tal-grupp ikun magħruf ġaladarba l-pajjiżi kollha fi ħdan iż-Żona jkunu temmew l-isfidi tagħhom. "Il-Federazzjoni Ekwestri ta' Malta tinsab kburija ħafna bis-suċċess ta' din is-sena, mhux biss mil- livell ta' organizzazzjoni iżda wkoll mill- progress irreġistrat fil- prestazzjonijiet tal-atleti individwali meta mqabbla mas-snin preċedenti. Dan juri l-ħidma iebsa li l-atleti tagħna jiddedikaw lejn l-isport tagħhom - ħidma li ssir matul is-sena kollha biex jiżguraw l-aħjar prestazzjoni tagħhom hija mogħtija fl-uniku avveniment internazzjonali dressage" qal is-Sur Ronald Gaerty, President tal- Federazzjoni Ekwestri ta' Malta. "Hawnhekk nixtieq inżid li s-suċċess ta ' dan l-avveniment huwa wkoll minħabba l-għadd ta' voluntiera li jiddedikaw il-ħin u l-isforz fl-organizzazzjoni ta' dan l-avveniment. Grazzi kbira wkoll lil dawk l-organizzazzjonijiet, bħal Zetruf, li appoġġjaw dan l-avveniment. Mingħajr dawn l-organizzazzjonijiet u l-voluntiera dan kollu ma jkunx possibbli." Matul l-avveniment, total ta' 22 atleta kkompetew fl-erba' klassijiet. Il- parteċipazzjoni fil-World Dressage Challenge hija possibbli grazzi għal sistema ta' kwalifikazzjoni, fejn l-atleti jipparteċipaw f 'żewġ avvenimenti li jsiru matul is-sena. Sabiex jikkwalifikaw għal din il-kompetizzjoni, l-atleti huma meħtieġa jiksbu persentaġġ minimu hekk kif stabbilit mill- Federazzjoni. L-avveniment kien iġġudikat minn Judges Internazzjonali Elke Ebert (Ġermanja) u Victoire Mandl (Awstrija) li t-tnejn li huma għandhom snin twal ta' esperjenza u kompetenza fl-isport ekwestri fuq livell internazzjonali. 2014 FEI World Dressage Challenge f 'Malta kien possibbli permezz tal- appoġġ ta' Zeturf, Golden Tulip Vivaldi Hotel Malta, Studio 7, Calypso Manifattura u Monte Kristo Estate. Riżultati Preliminary Juniors - Sophie Busuttil (Abby) Preliminary Adults - Margot Draper (Quarter Boy) (l-ewwel) Max Borg (Iris) (it-tieni) Daniel Micallef (Iris) (it-tielet) Elementary Juniors - Corinne Gauci (Let's Fly) Elementary Adults - Tommy Xuereb (Candy Rose) (l-ewwel) Celine Schmid (Gianna) (it-tieni) Lara Selvagi (Explosion) (it-tielet) Medium Adults - Celine Schmid (Gianna) Advanced Adults - Lawrence Ciarlo (Zilona) Lawrence Ciarlo fuq debba Zilona li rebaħ il-Kategorija tal-Advanced Adults Ritratt: Aldo Scicluna Matthew Zammit jirbaħ l-unur tad- Diviżjoni Premier u Sean Xerri de Caro bl- Unur ta' l-Ewwel Diviżjoni tal-Waterpolo Pellegrini jiċħad li Messi se jingħaqad ma' Manchester City ILCAPTAIN ta' San Ġiljan, Matthew Zammit huwa l-BOV Waterpolo plejer tas-sena. Il- plejer Xellugi kellu sena memorabbli fil-kamp internazzjonali vejn ġie vvutat l-aqwa plejer tat-tournament fl-EU Nations Cup li ntlagħbet f 'Limerick, l-Irlanda kif ukoll fil-Commonwealth Waterpolo Championships. Dan l-aħħar ġie wkoll imsemmi MVP fil-Malta International Waterpolo Cup. Sean Xerri de Caro, ta' 19-il sena, li l-aħħar staġun kien misluf minn Neptunes lil Marsaxlokk huwa l-plejer tas-sena tal-ewwel diviżjoni. Sean kien pedina importanti kemm għal Marsaxlokk kif ukoll tat-tim tan-Neptunes ta' taħt l-20 sena. Anthony Scicluna, Chief Officer fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta t-trofej tal-BOV Plejers tas-Sena tad-diviżjoni rispettivi lil Zammit u Xerri de Caro waqt il-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-Aquatic Sports Association of Malta fil- preżenza tal-President Joe Caruana Curran. Matthew Zammit u Sean Xerri de Caro bit-trofew tal-unur prestiġjuż tal-BOV Waterpolo Plejer tas-Sena għad-Diviżjoni Premier u tal-Ewwel Diviżjoni rispettivament ILKOWĊ ta' Manchester City Manuel Pellegrini iktar magħruf bħala l-Inġinier ċaħad rapporti li l-fenomenu Arġentin Leo Messi jista' tabilħaqq jingħaqad magħhom fiż- żmien li ġej. Niftakru li Messi ftit tal-jiem ilu sar l-iktar plejer li qatt skorja gowls fil-Liga Spanjola meta skorja xejn inqas min 253 gowl u dan meta għad għandu biss 27 sena. Messi ilu ma' Barcelona sa minn meta kellu 13-il sena fejn l-istess klabb kien anki għenu f 'aspetti mediċi minħabba li Messi kien affronta problemi relatati mat-tul tiegħu. F'kummenti li għadda lill-mezzi tax-xandir ftit tax-xhur ilu, l-istess plejer saħaq li qed jara l-futur tiegħu ma' Barcelona bħala wieħed kumplikat. Bosta segwaċi u opinjonisti tal- futbol mondjali tennew li jista' jkun li Messi qal hekk minħabba li għandu xi problemi mal-awtoritajiet Spanjoli relatati ma' evażjoni tat-taxxa. Intant, fil-jiem li għaddew, dehru wkoll xi rapporti fil- mezzi tax-xandir Taljani li kienu indikaw li Messi seta' jingħaqad mat-tim Taljan ta' Inter fil-futur qrib.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 December 2014