Illum previous editions

illum 7 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/429116

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 07 ta' Diċembru 2014 NHAR l-Erbgħa li ġej jaħbat Jum id-Drittijiet tal-Bniedem. Ta' kull sena sa mill-1948 il-Ġnus Magħquda adotta din il-ġurnata biex fiha titfakkar l-importanza tad-drittijiet tal- bniedem madwar id-dinja. Qalb il-furur fix-xena politika l-ILLUM tħalli rokna biex tevalwa eżatt fejn tinsab Malta fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniedem. Ħadna kummenti mingħand diversi organizzazzjoni li jaħdmu favur id-drittijiet tal-bniedem b'mod speċjali qalb il-maġġoranza. Il-Ministru tad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal- Konsumatur u l-Libertajiet Ċivili Helena Dalli, f 'kumment esklussiv li tat lill-ġurnal ILLUM qalet "Id-drittijiet tal- bniedem huma sa ċertu punt mira li qatt ma tista' tintleħaq kompletament. Dejjem hemm x'wieħed itejjeb. Madankollu l-Gvern qed juri tajjeb li jieħu d-drittijiet tal-bniedem bis- serjetà u li jrid jarahom attwati f 'kull livell u qasam tas-soċjetà. Fejn jidħlu l-persuni LGBTI daħħalna d-dritt għall- unjonijiet ċivili, introduċejna l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru fil- kostituzzjoni, u issa proponejna liġi dwar l-identità tal-ġeneru. Fuq livell strutturali qed nipproponu t-twaqqif ta' Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza li tkun indipendenti mill-Gvern, u l-introduzzjoni ta' Att dwar l-Ugwaljanza. Apparti dan se nwaqqfu Direttorat għall-Integrazzjoni li se jkun qed jieħu ħsieb żewġ strateġiji - waħda dwar id- drittijiet tal-bniedem u oħra dwar l-integrazzjoni ta' kull persuna f 'kull qasam tal-ħajja. Fejn jidħlu d-drittijiet tan- nisa wkoll sar ħafna xogħol. Introduċejna ċ-childcare b'xejn u addottajna l-Konvenzjoni ta' Istanbul fost l-oħrajn. Aditus, organizzazzjoni li taħdem favur id-drittijiet tal- bniedem f 'Malta ddeskriviet din is-sena bħala waħda tajba immense għad-drittijiet tal-persuni LGBTI f 'pajjiżna. "Rajna d-dħul tal-liġi dwar l-unjoni ċivili, pass importanti li jagħti rikonnoximent legali lil dawk il-koppji li sa din is-sena kienu qed jgħixu fid-dlam. Rajna emenda tal-Kostituzzjoni biex dan id-dokument ċentrali jinkludi protezzjoni mid- diskriminazzjoni li ssir abbażi tal-orjentazzjoni sesswali tal-vittima, jew tal-identità tal-ġeneru tagħha." Neil Falzon, kelliem għall-Aditus qal li l-preżentazzjoni tal-abbozz ta' liġi biex jissaħħu d-drittijiet tal-persuni transġeneri kien pass ieħor biex il-pajjiż isaħħaħ il-protezzjoni ta' membri vulnerabbli fis-soċjetà." "Għad hemm ħafna xogħol xi jsir. Persuni li jaslu Malta biex ifittxu l-kenn minn gwerer jew minn persekuzzjoni għadhom jgħixu f 'kundizzjonijiet diżumani, kemm fid- detenzjoni kif ukoll fiċ-ċentri mitfuħa. Rifuġjati għadhom jiffaċċjaw bosta problemi biex jibdew ħajjthom Malta: l-integrazzjoni għalihom għada ħolma." Fuq livell ta' għarfien dwar id-drittijiet l-Aditus tikkummenta "Kważi ħadd qatt ma sema' bil-Karta tad- Drittijiet Fundamentali tal- Unjoni Ewropea, dokument ċentrali li għadu ma sabx postu f 'Malta. Fl-aħħar, filwaqt li qed nistennew li sseħħ ir- riforma nazzjonali tal-ġustizzja, nisperaw li din twassal sabiex in-nies, Maltin u anke barranin, ikollhom aktar aċċess għal dawk il-proċeduri u għajnuna biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom." L-ILLUM tkellmet ukoll mal- Kummissarju tat-Tfal, Helen D'Amato li ġiet appuntata fl-20 ta' Mejju 2010. Wara kollox it- tfal ukoll għandhom id-drittijiet tagħhom. "Huwa tajjeb li meta nitkellmu dwar id-drittijiet umani niftakru wkoll fit-tfal, għax it-tfal m'humiex bnedmin żgħar bi drittijiet żgħar iżda huma bnedmin bl-istess drittijiet bħall-kbar. Id-drittijiet tat-tfal madankollu, jeħtieġu approċċ speċifiku li nsibuh fil- Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li ġimagħtejn ilu ċċelebrajna ħamsa u għoxrin sena mill-ħolqien tagħha. Biex wieħed jgħid li t-tfal għandhom drittijiet, jeħtieġ li t-tfal kollha jgħixu d-drittijiet tagħhom fil-ħajja tagħhom ta' kuljum. Waħda mill-affarijiet li l-iżjed jimminaw id-drittijiet tat-tfal f 'pajjiżna hija r-realtà tal-faqar, fejn is-sena li għaddiet kellna 21% mit-tfal, i.e. wieħed minn kull ħamsa, li qegħdin f 'riskju ta' faqar. Mingħajr id-dritt għal-livell t'għajxien diċenti (Artiklu 27 tal-Konvenzjoni), huwa diffiċli li t-tfal igawdu ħafna drittijiet oħra, minkejja li ċerti elementi bażiċi bħall-edukazzjoni u s-saħħa jingħataw b'xejn. Bl- istess mod, minkejja li l-liġi tagħna tipprovdi li t-tfal kollha jkollhom sa mill-inqas livell sekondarju ta' edukazzjoni, xorta għandna numru sinifikanti ta' tfal li jispiċċaw l-iskola mingħajr il-ħiliet bażiċi neċessarji. L-istess fis-saħħa, huwa veru li għandna firxa wiesgħa ta' servizzi tas-saħħa ta' kwalità għat-tfal, iżda għandna wkoll problema nazzjonali ta' obeżità fost it-tfal li qiegħda tagħmel ħsara lis-saħħa tat-tfal. F'dik li hi trobbija, filwaqt li l-maġġoranza tat-tfal jgħixu fl-għożża tal-familja tagħhom, għandna wkoll numru tat-tfal li jkollhom jitneħħew mill-familja tagħhom għall-ġid tagħhom u mhux dejjem tinstabilhom familja oħra li tista' tieħu ħsiebhom. Saru u qed isiru diversi sforzi biex dawn il-problemi jiġu indirizzati permezz fost oħrajn ta' strateġiji kontra l-faqar, n-nuqqas ta' suċċess fl-edukazzjoni obbligatorja, kontra l-obeżità, kontra u favur stil ta' trobbija pożittiv. Hemm bżonn ta' iktar sinerġija bejn dawn l-isforzi permezz ta' politika u strateġija nazzjonali dwar it-tfal, u anke permezz ta' liġi unitarja dwar it-tfal, li s'issa għad m'għandniex. It-twettiq tad-drittijiet tat-tfal huwa proċess kontinwu. Dan hu hekk għax dejjem jitfaċċaw realtajiet ġodda li jaffetwaw fit-tajjeb u fil-ħażin dawn id-drittijiet. Eżempju ta' dan huwa l-internet li minn dawn l-aħħar snin 'l hawn beda jsir ħafna xogħol anke mill- Uffiċċju tiegħi, permezz tal- proġett BeSmartOnline! Biex niżguraw li dan l-istrument ta' komunikazzjoni jkun ta' ġid u mhux ta' deni għat-tfal. Wasalna fejn wasalna bħala pajjiż, dejjem se jkun għad fadal ħafna xi jsir. Għalhekk, iktar milli nqabblu ruħna ma' pajjiżi oħra, irridu naraw x'għandna bżonn nagħmlu aħna fuq livell nazzjonali u nxammru l-kmiem biex inwettquh mill-iktar fis." "Id-drittijiet tal-bniedem huma sa ċertu punt mira li qatt ma tista' tintlaħaq" Helen D'Amato, il-Kummissarju għat- Tfal Helena Dalli, il-Ministru għal-Libertajiet Ċivili

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 December 2014