Illum previous editions

illum 7 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/429116

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 07 ta' Diċembru 2014 SPORTSillum Bosta ismijiet ta' klassi jitħallew barra mil-lista nali tal-kandidati għall-aqwa difensuri d-dinja HEKK kif ftit tal-jiem ilu, ħarġet il-lista tal-kandidati tal-aqwa difensuri tad- dinja skond il-FIFA, qamet xi ftit tal-kontroversja hekk kif bosta difensuri ta' statura tħallew barra mill-istess lista. Fost dawn id-difensuri nsibu il-left back ta' Atletico Madrid Miranda li anki ħa rwol ċentrali wara d-diżappunt tal-Brażil fit-Tazza tad- Dinja li saret fl-istess pajjiż. U biex insemmu plejer ieħor ta' Atletico Madrid, insemmu lil Juan Fran li kien plejer indispensabbli għas-suċċess li kellhom Atletico matul l-istaġun li għadda fejn spiċċaw biex rebħu l-Liga Spanjola waqt li ġew runners-up fil-UEFA Champions League. Difensuri ta' ċertu importanza u statura li baqgħu barra mill-istess lista huma John Terry u Gary Cahill. Għalkemm mhux kulħadd jista' jaqbel fuq l-għażla finali mill-FIFA huwa diffiċli għal xi wħud biex iniżżluha li ċerti difensuri ġew inklużi f 'din il-lista. Fost dawn il-plejers nistgħu nsemmu lil Dani Alves, David Luiz u Thiago Silva. Nibdew minn David Luiz li lanqas kien jibda mal-ewwel 11 ma' Chelsea fl-istaġun li għadda waqt li wettaq diversi żbalji fid-difiża waqt l-istadju tan-Knockout tat- Tazza tad-Dinja. Sorpriża f 'din il-lista huwa l-plejer ta' Real Madrid Rafel Varane li għalkemm kellu bidu tajjeb matul dan l-istaġun u lagħab tajjeb fil-finali tal-UEFA Champions League, matul l-istaġun li għadda huwa lagħab biss 14-il logħba bil- flokk tal-Galacticos. Huwa ċar ħafna li din is-selezzjoni mill-FIFA xxaqleb ħafna lejn plejers ta' Real Madrid u Barcelona. Dan huwa rifless ċar fl- inklużjoni ta' Iker Casillas fost il-goalkeepers kandidati fejn ilkoll nafu li dan il- goalkeeper naqqas ħafna mill-potenzjal tiegħu matul dawn l-aħħar snin għas- spejjeż tal-goalkeeper ta' Manchester United David de Gea fost oħrajn. Għaddew biss sentejn minn meta l-attakkant prolifiku Kolumbjan Radamel Falcao fejn l-uniku player li ma jilbisx il-flokk ta' Real Madrid jew Barcelona li m'għamilhiex fis-selezzjoni tal-2012, waqt li t-tim tas-sena li għaddiet kien jinkludi xejn inqas minn sitt players ġejjin miż- żewġ timijiet li bejniethom jilagħbu fl-El Clasico għalkemm Bayern Munich kienu rebħu treble storiku. Dan hekk kif tliet plejers biss kienu għamluha fl-iskwadra finali tal-aqwa 11 skont kif magħżula mill-FIFA. FIFPro Tim tas-Sena Difensuri Nominati Isem Klabb David Alaba FC Bayern Vincent Kompany Manchester City Jordi Alba Barcelona Philipp Lahm FC Bayern Dani Alves Barcelona Marcelo Real Madrid Jerome Boateng FC Bayern Javier Mascherano Barcelona Dani Carvajal Real Madrid Pepe Real Madrid David Luis PSG Gerard Pique FC Barcelona Filipe Luis Chelsea Sergio Ramos Real Madrid Diego Godin Atletico Madrid Thiago Silva PSG Mats Hummels Borussia Dortmund Raphael Varane Real Madrid Branislav Ivanovic Chelsea Pablo Zabaleta Manchester City Il-kandidati nali għall-aqwa difensuri tas-sena 2014 Sneijder fil-mira ta' Juventus u AC Milan "Jekk Shaqiri jrid jitlaq, jista'" KOLLOX qed jindika li l-plejer formidabbli Olandiż, Wesley Sneijder jista' jħalli lil Galatasaray li huma mmexxija mill-eks kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Cesare Prandelli biex jirritorna fl-Italja fejn hemmhekk niftakruh jilgħab ma' Inter fejn taħt il-gwida ta' Mourinho rebaħ kulma għandu x'joffri l-futbol Taljan. Iżda din id-darba huwa mhux mistenni jilgħab man-Neroazzurri iżda mar- rivali tagħhom AC Milan jew Juventus. U dan fil-futur qrid b'rapporti jindikaw li jista' jkun li huwa jagħmel dan saħansitra f 'Jannar li ġej. Jidher li Sneijder ilu ma jirċievi s-salarju dovut lilu minħabba tal-klabb Tork għal diversi xhur - xi ħaġa li qed tirrabbja lil Sneijder. Barra minn hekk jidher li l-mara tal-plejer Olandiż Yolanthe xejn ma togħġobha l-ħajja fit- Turkija u tippreferi iktar l-istil ta' ħajja Taljan speċjalment dik ta' Milan fejn kienet tgħix meta Sneijder kien jilbes bil-flokk blu u iswed ta' Inter. AC Milan jistgħu japprofittaw bis-sħiħ mill- akkwist ta' Sneijder minħabba li jridu jsaħħu iktar nofs il-grawnd, waqt li Juventus jixtiequ plejer veteran u ta' esperjenza bħal mhu Sneijder biex ikomplu javvanzaw fil- UEFA Champions League kif inhi x-xewqa ta' bosta partitarji Juventini. Galatasaray xejn m'huma għaddejja minn fażi tajba bħalissa fil-Kampjonat Tork u fil-fatt il-kowċ Taljan Cesare Prandelli tilef postu mit-tmun ta' dan it-tim wara biss ftit xhur li ħa t-tmexxija ta' dan it-tim wara t-Tazza tad-Dinja diżastruża tat-tim nazzjonali Taljan. Wesley Sneijder iħares lejn il-futur tiegħu li jista' jkun -Italja ma' AC Milan jew ma' Juventus ILPRESIDENT onorarju ta' Bayern Munich Franz Beckenbauer ta permess lill- attakkant Svizzeru Xherdan Shaqiri biex iħalli lill-ġganti Ġermaniżi f 'Jannar li ġej. Dan hekk kif jidher li Shaqiri xejn ma jixtieq jibqa' ma' Bayern u dan minħabba li ma tantx ikun inkluż fl-iskwadra mill- coach Pep Guardiola. U b'hekk Beckenbauer saħaq li min mhux kuntent fil-club jista' jagħżel b'mod liberu li jfittex avventura ġdida fil-karriera tiegħu. U jidher li l-ikbar interess fil- plejer internazzjonali Svizzeru ġej min-naħa tat- timijiet Taljani fosthom Juventus li madankollu jidher li huma iktar interessati li jakkwistaw lill-plejer internazzjonali Kroat, Andrej Kramaric. Timijiet oħra Taljani li tefgħu ħarsithom fuq Shaqiri huma Inter, Roma u Napoli anki jekk f 'dawn l-aħħar sigħat il- Partenopei kabbru l-pressjoni biex jakkwistaw lill-plejer Gabbiadini biex b'hekk isaħħu iktar id-dipartiment tal-attakk. Ukoll jistgħu jidħlu fix-xena AC Milan, hekk kif wara li kollox qed jindika li Giampaolo Pazzini jista' jħalli lil AC Milan, huma jinsabu fit-tfittxija ta' attakkant denju biex jeħodlu postu. U dan għalkemm Pazzini ftit li xejn qed ikun inkluż mill- coach Filippo Inzaghi matul dan l-istaġun.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 December 2014