Illum previous editions

illum 7 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/429116

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 07 ta' Diċembru 2014 Ritratt: Ray Attard NEW CITROËN C4 www.citroen.com.mt Michael Attard Ltd. – Citroën Showroom, Mdina Road, Attard – T: 2144 2005 / 2248 2602 – E: citroensales@michaelattard.com Combined consumption (l/100 km): from 3.8 to 4.3. CO2 emissions (g/km): from 88 to 99. CITROËN C4 CACTUS Citroën Malta 0896. Citroen - C4 Cactus - 18x5.indd 1 22/10/2014 14:04 Ritratt: Ray Attard "L-akbar test tal-Prim Ministru" Minn paġna 1 QED jiġi allegat li Leeroy Balzan Engerer ħassar ir-rapport meta infatti ried jagħmel copy u paste biss tar-rapport li wera l-istat tal-Iskoċċiż Smith li kien involut fl-inċident. Għalkemm hemm min qed isostni li dan huwa każ ta' frame-up. Skont informazzjoni li għandha din il-gazzetta l-ħinijiet li ngħataw waqt il-programm tal-eks ġurnalist ta' L-Orizzont, Norman Vella, mhumiex preċiżi u huma skoretti għall-aħħar. Wara l-konferenza ta' Busuttil, Muscat irrisponda li hu se jistenna l-eżitu tar-rapport u kkummenta li kien ikun aħjar li kieku Busuttil jikxef it-transcripts kollha. Analisti li tkellmu ma' din il- gazzetta qalu li dan kien l-akbar test s'issa tal-Prim Ministru. Jidher ukoll li kieku l-Prim Ministru ġiegħel lil Mallia jirriżenja mill-ewwel ġurnata kien jiffranka ħafna għawġ. L-analisti qalulna wkoll li l-uniku vantaġġ ta' dan kollu, huwa li b'Manwel Mallia barra mill-kabinett, in-Nazzjonalisti ma jkollhomx lil min isawtu qabel elezzjoni oħra. Żiedu wkoll li l-ikbar problema li kellu Manwel Mallia kienet Silvio Scerri li ma kellu dellu tqil u ma kienx maħbub minn ħafna Laburisti. L-aħħar tislima lil Mary Rose Bonello ILBIERAĦ filgħodu, fid-8.45am fil-Knisja ta' San Girgor f 'Tas-Sliema sar il-funeral ta' Mary Rose Bonello, l-attriċi li kienet daħlet fil-qalb ta' ħafna Maltin li kienu jsegwu x-xena tat-teatru u d-drama f 'pajjiżna. Mary Rose Bonello tilfet ħajjitha wara li madwar ġimagħtejn ilu, waqgħet u kellha emorarġija interna li wasslitha biex tilfet ħajjitha nhar l-Erbgħa li għadda 3 ta' Diċembru. Bonello, armla u omm ta' tliet itfal u nanna, bdiet il-karriera tagħha fl- 1952 fit-teatru ma' Ġużeppina Attard Montalto fl-Empire Stadium tal-Gżira. Fl-1960 waqfet il-karriera tagħha għal ħmistax-il sena biex setgħet tieħu ħsieb familtha. Kienet imbagħad is-serje televiżiva Wenzu u Rożi, fl-1975 li fetħitilha d-dinja tat-televiżjoni fejn kellha l-parti prinċipali ta' Rożi. Bonello żgur li tibqa' mfakkra bħala n-nanna Katrin li serqet ħafna qlub fis- sensiela Simpatiċi. L-aħħar ritratt li ttieħed minn Herman Bonaci ta' Mary Rose Bonello waqt il-filming tas- sensiela l-ġdida ta' Simpatiċi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 December 2014