Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/429116
KIENET ġimgħa kkulurita fejn rajna lingwaġġ imżewwaq u wħud iddeskrivewha bħala ġimgħa ta' laxkezza fl-ilsna tal-politiċi tagħna. Hija tassew laxkezza jew inkella qed inkunu dojoq u ma naċċettawx ċertu lingwaġġ? Nhar it-Tnejn li għadda fil-programm ta' kull ġimgħa, Reporter, li jixxandar fuq TVM fl-21.55, kien hemm dibattitu jaħraq bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil. F'dan il-programm Muscat ġie mistoqsi minn Saviour Balzan; Balzan - "Int ma tħossx li wasal iż-żmien li f 'dak li għandu x'jaqsam ma' responsabbiltà politika, il-mod kif naġixxu għal etika politika, għandna bżonn realistikament we react to it? kif jgħidu l-Ingliżi." Muscat - "Li kieku kien hawn il-gvern l-ieħor, ta' qabel, kien jaqbad u biċċa xogħol bħal din jixkupaha taħt it-tapit…" Busuttil – "Waqajna koppi erġajna…" Muscat – "…kif xkupa taħt it-tapit…" Busuttil – "…erfa' r-responsabbiltà!…" Muscat – "Jimporta?" u waqt li indirizza lil Busuttil kompla "fi żmien il-Gvern tiegħek inqatlet persuna..." Busuttil – "Jien ma kontx parti mill-Gvern" Muscat – "M'intix żigg parti mill-gvern, u mur 'l hemm" Dik "iż-żigg" qajmet diversi reazzjonijiet fuq il-mezzi soċjali. Uħud interpretawha bħala Prim Ministru b'karattru tal-o***a waqt li oħrajn qalu li dan hu lingwaġġ li m'għandux jintuża mill-politiċi. Il-video li juri din il- konverżazzjoni diġà jinsab fuq Youtube u rawh 'l fuq minn 13,000 persuna. Ġiet ukoll maħluqa paġna fuq Facebook bl-isem 'M'intix żigg' taħt il- kategorija ta' kummidjanti, fejn għandha madwar 1,000 like. Eżatt ġurnata qabel, il-Ħadd 30 ta' Novembru, waqt attività politika Laburista fil-Każin Laburista f 'Birkirkara, il- Ministru tal-Edukazzjoni u x-xogħol Evarist Bartolo tkellem dwar il-partit Nazzjonalista bħala persuna li qed tipprova terġa' tikseb il-verġinità. Kliemu kien "Immaġinaw persuna li għamlet 25 sena taħdem f 'burdell, tmexxi burdell, u wara se tmur tagħmel operazzjoni biex tirkupra l-verġinità tagħha… […] u terġa' lura verġni… u hekk allura int tkun tista', meta tmur mas-sieħeb tiegħek, tqarraq bih u tgħidlu li għadek ġdida fjamanta, sintendi ma tkunx hekk… bħalissa hawn min qed jagħmel din l-operazzjoni f 'pajjiżna." Wara dan il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li dan kien kliem "vulgari u sessista" u qalet li kliemu kien "insult għan-nisa kollha." Iżda x'qed jiġri eżatt mil- lingwaġġ li qed jintuża fil- politika Maltija? Għandhom jintużaw referenzi ta' dan it-tip minn Ministri? Jew qed inkunu dojoq? Dawn huma tabùs? Jew huma sempliċiment lingwaġġ li jiġi ntużat fil-ħajja ta' kuljum u ma fiha xejn ħażin li jużawhom ukoll il-mexxejja tal-pajjiż. Lura għaż-żigg, fl-aħħar mill- aħħar mhijiex kelma vulgari. Hija dik li bl-Ingliż jissejħu 'minced oaths' dan jiġifieri meta kelma oxxena ddawrilha ftit mill-konsonanti biex ma tinstemax daqshekk kerha. Bħalma l-Ingliżi jgħidu 'oh my gosh' flok 'oh my God' jew 'what the heck' minflok 'what the hell', il-Maltin għandhom dawn il-kelmiet ukoll. 6 illum | Il-Ħadd 07 ta' Diċembru 2014 Dibattitu dwar il-lingwaġġ mill-politiċi Iż-żigg u l-verġinità Notice of meeting to be held in public e Malta Environment & Planning Authority will meet on ursday 11 th December 2014 at 14:00 hours at the MEPA boardroom, St. Francis Ravelin, Floriana, to discuss the following: DETERMINATION OF PLANNING CONTROL APPLICATION: *PC 0029/13: Site at, 'Ta' Dun Luqa', Triq Ta' Dun Luqa, Sannat, Gozo. To establish road alignment, building height and zoning of Rationalization Exercise (2006) site. Subject to the maximum seating capacity, seats can be reserved on request for the applicant and registered objectors. Remaining seating is lled on a rst come rst served basis. *e proposed PC application may be viewed on http://www.mepa.org.mt/info-participation-pc RESERVATIONS: 2290 2018 5 th December, 2014 www.mepa.org.mt ILMALTI juża Il-qaħbeċ – flok il-qaħba Il-allu – flok il-Alla Il-madonfi – flok il- Madonna Il-ostra / il-istra / il-istja – flok il-ostja Iż-żigg – flok iż-żobb Wasal iż-żmien li nieqfu ninħbew wara subgħajna u naċċettaw dawn il-kliem bħala parti mill-vokabolarju ta' kuljum, li jintuża minn kulħadd u li wara kollox ma fih xejn ħażin jekk jintuża minn membru politiku? Paġna fuq Facebook bl-isem 'M'intix żigg' u għandha madwar 1,000 like Uħud interpretawha bħala Prim Ministru b'karattru tal-o***a