Illum previous editions

illum 7 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/429116

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 07 ta' Diċembru 2014 QTIL brutali ta' anzjan ta' 70 sena li seħħ aktar minn 28 sena ilu, ma ngħatax l-importanza li s-soltu jingħataw każi ta' qtil speċjalment fuq anzjani vulnerabbli, kemm mill-Pulizija kif ukoll mill- mezzi tax-xandir lokali, dan minħabba li dak iż-żmien pajjiżna kien għaddej minn żmien ta' taqlib politiku u anke inkwiet serju. Ġanni Grixti, għażeb ta' 70 sena, instab maqtul fgat fir- razzett tiegħu li jinsab bejn Ħal Far u Birżebbuġa nhar is-Sibt, 5 ta' April 1986. Tirrapporta infermiera Ġanni Grixti kien għażeb u kien jgħix waħdu f 'razzett fi Triq Ħal Far. Għalkemm jidher li l-anzjan seta' kien ilu mejjet xi jumejn qabel ma nstab, kien is-Sibt għall-ħabta tal-10.10am li qam suspett li Ġanni seta' ġralu xi ħaġa. Infermiera tal-MMDNA, li kienet tmur tikkurah regolarment, tħassbet meta dakinhar ħabbtet il-bieb tar- razzett ta' Grixti diversi drabi u l-anzjan baqa' ma rrispondiex. Peress li dak iż-żmien ma kienx għad hawn it-tekonoloġija tal-mobile, l-infermiera marret l-Għassa tal-Pulizija ta' Birżebbuġa fejn informat lill-Pulizija li kienet għadha kif marret fir-razzett ta' Ġanni Grixti biex tagħtih il-kura li kellu bżonn. Hija qaltilhom li s-soltu ssib il-bieb tar-razzett imbexxaq u lill-anzjan jistenniha, iżda dakinhar sabet il-bieb magħluq. Hija qalet li meta marret il- ġurnata ta' qabel, il-Ġimgħa, 4 ta' April, ukoll ma sabitux hemm imma ħasbet li forsi kellu xi qadja x'jagħmel. Meta reġgħet marret is-Sibt filgħodu minkejja li ħabbtet diversi drabi u bdiet issejjaħlu, ma kienx hemm risposta. L-infermiera qalet lill-Pulizija li kienet qed tisssuspetta li l-anzjan seta' ġralu xi ħaġa. Sabuh mejjet fl-għorfa Ftit tal-ħin wara li l-infermiera għamlet ir-rapport tagħha, il-Pulizija, akkumpanjati mill-istess infermiera, waslu fir-razzett ta' Grixti li jinsab fi Triq Ħal Far eżatt biswit l-istabbiliment Caribbean. Wara li anke l-Pulizija ħabbtu u ma kienx hemm risposta, huma ma kellhomx għażla oħra ħlief li jisgassaw il-bieb. Kif daħlu nnutaw xi taqlib fid-daħla, iżda għall-ewwel ma John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Qtil ta' anzjan f 'Birżebbuġa Każ li twarrab Mill-Qorti L-akkużat tal-ġlieda f 'Bormla jhedded spettur fil-Qorti "Jew tmur l-iskola, jew tispiċċa l-ħabs" RAĠEL mixli b'attentat ta' qtil waqt il-ġlieda kbira li kienet inqalgħet f 'Bormla fil-11 ta' Novembru, tressaq il-Qorti mixli li hedded lill-Ispettur Josric Mifsud quddiem il- Maġistrat Anthony Vella. L-allegat theddida seħħet nhar il-Ħamis li għadda fi tmiem il-kumpilazzjoni kontra erba' aħwa akkużati li ħadu sehem fil-ġlieda li seħħet f 'Bormla fil-11 ta' Novembru li għadda u fiha kienu involuti mal-35 ruħ minn żewġ familji. Il-ġlieda seħħet wara li kien qam argument fuq logħba futbol ġurnata qabel. L-erba' aħwa; Frederick Dalli, ta' 32 sena, Charlston Cassar, ta' 22 sena, Redent Cassar, ta' 20 sena, u ġuvni ta' 17-il sena qed jiġu mixlija bl-involviment tagħhom fil-ġlieda. Charlston Cassar u ħuh Redent huma mixlijin ukoll bl-attentat ta' qtil ta' Stephen Brincat, u dan meta allegatament tawh daqqiet b'kanna tal-ħadid. Mill-imputati, Charlston Cassar u Redent Cassar baqgħu miżmumin taħt arrest. Fi tmiem is-seduta tal-lum, il-Maġistrat Anthony Vella qal li kien se jieħu deċiżjoni in camera dwar il-ħelsien mill-arrest ta' dawn iż-żewġ imputati. F'dan il-ħin, Charlston Cassar, li għandu tpinġija fuq għonqu bil-kliem 'F**k the police', qam bilwieqfa u nstema' jgħid lill-Ispettur Josric Mifsud li t-tfajla tiegħu mistennija twelled fil-jiem li ġejjin u qal ukoll "jekk ma nkunx preżenti waqt li t-tfajla tiegħu qed twelled..." u waqaf hemm. Hawnhekk l-Ispettur Mifsud talab il- protezzjoni tal-Qorti u Charlston Cassar inħareġ 'il barra mill-awla. Waqt li kien qed jiġi eskortat 'il barra l-ispettur qal lil Cassar li din il-problema hi tiegħu, u Cassar irribatta billi qal li fil-verità hija l-problema tal- ispettur. L-għada, Charlston Cassar ġie akkużat li hedded l-Ispettur. Huwa ċaħad l-akkużi u nżamm taħt arrest preventiv. Madankollu, il-Maġistrat Francesco Depasquale qal li d-direttur tal-ħabs għandu jiddeċiedi jekk iħallix lil Cassar jara lit-tfajla jew le. Intant, bosta pulizija qalu lill-Qorti li dakinhar tal-ġlieda, xil-11am, Stephen Brincat u missieru marru jagħmlu rapport l-Għassa ta' Bormla li Stephen kien ġie aggredit minn Charlston u Redent Cassar. Qalu wkoll li f 'ħin minnhom ra lil Stephen Brincat jagħti daqqa ta' ponn fuq il-karozza ta' Frederick Dalli u jistiednu joħroġ mill-karozza, però dan tal- aħħar baqa' fil-karozza tiegħu u s-sitwazzjoni kkalmat. Minkejja li l-affarijiet dehru li kienu qegħdin jikkalmaw, ftit wara kienu n-nisa familjari tal- akkużati li qajmu komossjoni barra l-għassa ta' Bormla fejn bdew jgħajru lil xulxin. Minn hemm 'il quddiem is-sitwazzjoni eskalat u l-Pulizija bdiet tarresta n-nies. ŻAGĦŻUGĦ ta' 15-il sena li ammetta li wettaq għadd ta' serqiet u li kkaġuna ġrieħi gravi lil turista Ingliża kien imċanfar mill- Maġistrat Francesco Depasquale li jekk ma jbiddilx ħajtu u jmur l-iskola, se jispiċċa l-ħabs. Iż-żagħżugħ, li ismu ma jistax jissemma peress li għadu taħt l-età, ġie mwissi li jekk ikompli jagħmilha mal-grupp tal-ħbieb li għandu, jista' jeħel sa erba' snin ħabs. Huwa ġie mixli fost l-oħrajn li kkaġuna ġrieħi lil mara Ingliża f 'San Pawl il-Baħar nhar is-17 ta' Marzu, meta taha daqqa ta' ponn waqt li kienet miexja fit-triq. Sussegwentament, xħin kienet fl-art, l-imputat seraq il-basket tagħha li kien fih flus kontanti u smartphone. Ammetta wkoll li nhar is-17 ta' Settembru huwa daħal fil-kmamar tal-lukanda Sunflower mill-gallarija. Huwa seraq għadd ta' oġġetti minn dawn il-kmamar. Huwa ammetta wkoll li kisser il-ħġieġ fil-Club tal-Boċċi ta' San Pawl il-Baħar u li seraq il-birra u l-inbid li sab. Huwa wieġeb ħati għall-akkużi, iżda madankollu l-Maġistrat Depasquale ma bagħatx liż-żagħżugħ il-ħabs u ddeċieda li jagħtih ċans ieħor biex ibiddel ħajtu. "Nista' nibgħatek erba' snin ħabs. Ma rridekx tgħidli iva biss, iżda rridek turini li biddilt ħajtek. Jekk terġa' twettaq xi reat ieħor, u terġa' tiġi quddiemi, ma nagħtikx ċans ieħor," qal il-Maġistrat Francesco Depasquale hekk kif ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin. Huwa tpoġġa wkoll taħt ordni ta' probation għal perjodu ta' erba' snin. L-akkużat ġie ordnat ukoll li jibda jmur l-iskola u jekk ma jagħmilx dan, jispiċċa l-ħabs. Il-prosekuzzjoni f 'dan il-każ tmexxiet mill- Ispettur James Grech, filwaqt li għall-imputat deher l-Avukat Joseph Mizzi. L-għorfa fejn instab maqtul Ġanni Grixti Cettina Farrugia, il-mara tan-neputi tal-vittma, turi l-għorfa fejn inqatel l- anzjan DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 December 2014