Illum previous editions

illum 14 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/433163

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 | illum 13 fuq ir-ritmu li bihom jimxu l-proġetti Għawdxin, allura jkun ifisser li sa ma jaslu sad-destinazzjoni li jwassal il-pont jew mina, jkun irid jerġa' jibda jinbena minn fejn beda għax ikun laħaq tmermer. Żewġ pjazez fil-belt Victoria ilhom xhur sħaħ imfarrkin Jekk biss tħares lejn il-Belt Victoria, joħroġ waħdu l-fatt tad-dewmien fix-xogħlijiet f 'Għawdex. Il-belt kapitali Għawdxija, Victoria għal dawn l-aħħar xhur (u anke snin) saret tixbah lill- Palestina wara xi attakk mill-Iżrael (u mhux qed nirreferi għal Bethlehem f 'Għajnsielem). Ix-xogħol fuq il-bandli ħdejn it-terminus tal-karozzi tal-linja ilu għaddej snin. Jistona bil-kbir li l-aktar post li jkun hemm turisti jinsab f 'dak l-istat. Imbagħad kemm ilna għaddejjin fuq il-pjazza tat-Tokk u ta' Savina. Xhur sħaħ għal ftit metri ta' pjazza li kissret ix-xogħol kollu tan-negozji li jinsabu f 'dawk l-inħawi. U dawn iż-żewġ proġetti huma tal-Kunsill Lokali u mhux tal-Gvern ċentrali. U xi ngħidu għat-tisbiħ taċ-Ċittadella li wkoll ilna għaddejjin biha s-snin, u dan hu proġett tal-Gvern Ċentrali b'fondi Ewropej. U issa biex tgħaxxaqha sibna xi struttura tal-ġebel li minħabba fiha reġa' twaqqaf ix-xogħol fil- pjazza. Jekk it-tort hux tal-Kunsill Lokali ta' Victoria jew tal-Gvern Ċentrali, mhux rilevanti. Għax il-mistoqsija hi li jekk ftit metri ta' pjazza inġebbdu bihom xhur u anke snin, (u għadhom mhux lesti) kif tista tkun kredibbli meta titkellem fuq pont jew mina? Naħseb li wasal iż-żmien li l-poplu Għawdxi ma jibqax jiġi mgħoddi biż-żmien. U jekk il-Gvern irid jisma' verament għandu jisma' mill-poplu kollu, studenti, bdiewa, ġenituri, ħaddiema, residenti u anzjani u mhux biss x'għandhom xi jgħidu n-negozjanti, tal- lukandi u l-iżviluppaturi għax donnhom li dawn leħinhom jinstema' iżjed mill-popolazzjoni l-oħra Għawdxija. .com.mt Il-Poodle dil-ġimgħa ħakkmitu l-kesħa u qabdu riħ. B'hekk ma kienx disponibbli li jzekzek. Jipprova jkun magħkom il-ġimgħa d-dieħla Sadanittant, jekk tisma' xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt. Ibgħat kollox fuq illum@mediatoday.com.mt Il-poodle tat-Tfal tliet ijiem, bis-Sibt u l-Ħadd il-ħinijiet ikunu minn filgħodu sal-10 ta' bil-lejl se jkunu eliġibbli li jirbħu vjaġġ għal EuroDisney ta' Pariġi. Sabiex wieħed jipparteċipa, jrid ikollu Kartolina tal-Milied speċjali li qed titqassam fl-iskejjel. Il-bandli fir-Rabat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 December 2014