Illum previous editions

illum 14 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/433163

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 T lajt l-boardroom tal-Ministeru u Owen Bonnici tfaċċa eżatt l-ħin miihem. L-ewwel mistoqsija tiegħi kienet ovvja, dik li wara snin bħala shadow minister taż- żgħażagħ u l-kultura ngħata l-ministeru tal-ġustizzja. "Kont kuntent li ġejt ikkunsidrat li nkun l-kabinett u meta l-Prim Ministru qalli biex nassumi l-ġustizzja ħadtha kemxejn b'sorpriża. Iżda fehmni li l-partit kien wiegħed riforma u riedha tkun prijorità u ried jafda din f 'idejja. Naturalment aċċettajt bil-qalb kollha." Wara sena ġie promoss għal ministru u d-dekasteru tiegħu ġie mgħobbi bil-kultura u l-gvern lokali u ftit xhur wara waslet tagħbija oħra, ix-xandir nazzjonali. Staqsejt lil Bonnici jekk jaħsibx li ġie mgħobbi wisq. "Mhux kemm għandek xogħol iżda l-metodu ta' kif taħdem," wieġeb il-Ministru, "trid taħdem b'ordni u b'nies tajbin. Għalhekk din it-tagħbija niflaħha u rrid nuri apprezzament tal-fiduċja li wera fija l-Prim Ministru billi nagħti l-200%." Tlabtu jgħidli jekk għandux ħin għalih u weġibni bla tlaqliq li hu għandu mudell quddiemu li dejjem mexa warajh, "Il-Prim Ministru hu persuna li jaħdem ħinijiet twal u xorta kapaċi joħloq bilanċ u jien nimxi ħafna wara l-mudell tiegħu. Joseph Muscat hu influwenza pożittiva ħafna għalija." Bdejna niddiskutu l-kultura u bla dubju li l-prijorità bħalissa hi Valletta 2018. "Dan it-tragward ma jridx jitkejjel bil-festeġġjamenti li se jsiru fl-2018 iżda x'wirt se nħallu fl-2019. Il-livelli li rridu nilħqu hu l-programm artistiku li jixraq lil pajjiżna u lill-infrastruttura kulturali li l-artist Malti tant ilu jistenna. Irridu noħolqu spazju lill-arti fejn id-dilettant u l-artist isib fejn ikompli d-delizzju tiegħu. Pereżempju diġà ħloqna l-kumpanija taż-żfin – Żfin Malta - li hi speċi n-National Dance Company. Il-biċċerija l-antika tal-belt se nibdluha f 'Design Cluster ġdid u hemm lista twila." Hawnhekk semmieli wkoll il-post għad-dilettanti tal-Karnival li skont Bonnici din hi wegħda elettorali tal-gvern Laburista. U meta tlabtu jgħidli meta se jkollhom dan il-post, Bonnici qalli li sa tmiem il-leġislatura tkun għandhom, "Jiġifieri sa tliet snin u nofs oħra tkun għandhom. Diġà sibna l-post li se jkun il-garaxx tal-gvern u kif jitilqu dawk li hemm fih illum jidħlu d-dilettanti tal-Karnival." Bdejna niddiskutu l-ġustizzja fejn personalment inħoss li l-poplu donnu tilef il-fiduċja fil-ġustizzja għax donnha l-liġi mhux l-istess għal kulħadd, jew hekk tidher minn hemm barra. "Fejn tidħol ġustizzja dejjem hemm nofs dawk li jidħlu l-qorti jħossu li ma saritx ġustizzja magħhom, għax hi naturali li min jitlef jemmen li miegħu ma saritx ġustizzja. Irridu serjetà fil-qrati tagħna u għal dan qed naħdmu bis-sħiħ billi ntejbu l-kwalità tas-servizz u d-drittijiet, filwaqt li l-proċeduri jridu jitħaffu ħalli l-ġustizzja tingħata fl-inqas żmien possibbli." Owen Bonnici qal li diġà saru riformi fil-ġustizzja. "Issa hemm drittijiet ġodda fejn tidħol droga. L-Avukat Ġenerali għandu linji gwida biex jimxi fuqhom u jagħżel x'inhu l-każ eżatt jekk wieħed jidhirx quddiem qorti ta' maġistrati jew tal-imħallfin fejn il-pieni jkunu aktar ħorox. U mhux hekk biss, iżda l-akkużat għandu dritt ukoll li jappella għad-deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali," qal Bonnici. Fejn kompla jsemmi li hemm drittijiet aħjar għal min jiġi arrestat. "Dan hu l-aktar gvern li ta drittijiet lil kriminali." Il-Ministru tal-Ġustizzja qal ukoll li qed Il-Ministeru tiegħi hu vetrina Ma kienx faċli li nagħmel appuntament mal-Ministru Bonnici imma rnexxieli neħodlu siegħa minn ħinu f'dawn iż-żminijiet fejn tant ikun imħabbat. John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Owen Bonnici 34 sena u l-iżgħar ministru fil- Kabinett Missier Ema ta' 6 snin Miż-Żejtun iżda jgħix il-Belt Valletta. Avukat Kien kunsillier u viċi sindku ta' Wied il-Għajn Fl-oppożizzjoni kien shadow minister tal-kultura u ż-żgħażagħ, edukazzjoni għolja u riċerka Inħatar bħala Segretarju Parlamentari tal-ġustizzja u sena wara nħatar ministru tal-ġustizzja, gvern lokali u kultura Din il-ġimgħa ngħata d-dekasteru tax-xandir tal-istat.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 December 2014