Illum previous editions

illum 14 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/433163

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Il-Punt BLA dubju l-ikbar sfida għall-GWU f 'dawn l-aħħar snin, kienet il-ġlieda kontra x-xogħol prekarju. Ġlieda li l-GWU hija kburija li daħlet għaliha anki jekk kellha tkun waħedha f 'din il-ġlieda. Ma stajniex inħallu iktar sfruttament sfaċċat ta' ħaddiema li kienu qed jitħallsu pagi indiċenti. Il-fenomenu tal-prekarjat konna ilna narawh ġej bil-mod il-mod u konna diġà bħala GWU qed insemmgħu leħinna dwar ix-xogħol prekarju f 'pajjiżna iżda sfortunatament sploda u sar problema. Parti mill-kawża kienet il-politika li l-Gvern jagħżel l-orħos offerti u b'hekk ħoloq kompetizzjoni sfrenata u ġieli inġusta bil-konsegwenza li ħafna mill-kuntratturi, biex jirbħu t-tender bdew iqaċċtu u jbaxxu l-prezz tas-servizz għas-skapitu tal-pagi u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiem. Tant huwa hekk li l-parti l-kbira tat-tenders ma kinux jingħataw fuq il-kriterju tal-aħjar servizz, imma fuq il-kriterju tal-orħos prezz. Allura, kemm il-Gvern, u kemm id-dipartimenti u entitajiet pubbliċi saru kompliċi fl-aċċelerazzjoni tal-prekarjat f 'pajjiżna għaliex kienu jagħżlu l-orħos offerti. Il-fatt ukoll li xi kuntratturi bdew jimpjegaw magħhom, anki bi ksur tal-liġi, immigranti irregolari li kienu jaċċettaw kull ħlas, anki ferm inqas milli jitħallsu l-Maltin, ikkontribwixxa wkoll biex il-prekarjat ikompli jikber u jinxtered f 'pajjiżna. U għalhekk, aħna bħala GWU konna ninsistu biex l-immigranti jsiru ħaddiema regolari skont il-liġijiet tax- xogħol u jibdew huma wkoll jitħallsu pagi diċenti u jħallsu l-bolla u t-taxxa, għax b'hekk biss seta' jitrażżan il-prekarjat u tiġi eliminata l-kompetizzjoni inġusta. Kellna każi, speċjalment fis-settur tat-tindif fejn kuntratturi li kienu joffru pagi diċenti spiċċaw bit-tender tagħhom mhux imġedded għaliex minflok tagħhom, intagħżlu offerti orħos bla ebda kunsiderazzjoni għall-paga u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Fuq dan, aħna konna bdejna kampanja ta' 'name and shame' fil-ġurnali tal- Union u ppublikajna l-ismijiet tal-kumpaniji kuntrattwali li kienu jħaddmu bil-prekarjat. Din il-kampanja rnexxiet. Jien ngħid li rnexxiet tant, li kien hemm kumpaniji li ġew black- listed mill-Gvern wara Marzu 2013 u dawn ma baqgħux jingħataw kuntratti sakemm itejbu l-pagi u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tagħhom. Għalhekk illum il-ġurnata aħna kuntenti li l-Gvern qed u se jkompli jieħu miżuri kontra l-prekarjat. Fost dawn, nista' nsemmi l-pass li ħa dan il-Gvern fuq proposta konkreta tal-GWU li l-paga ta' dawk il-ħaddiema tal-kuntrattur li jkunu ngaġġati f 'xogħol għall- Gvern jew għal xi dipartiment tal-Gvern, il-paga tagħhom tkun ekwivalenti għal grad tal-paga fl-iskala tal-ħaddiema tal-Gvern. Aħna kuntenti wkoll li bdejna din il-ġlieda kontra l-prekarjat waħedna imma llum, il-partiti politiċi, il-knisja u saħansitra anke l-Għaqda ta' min iħaddem bdew jirrikonoxxu li l-prekarjat huwa realtà f 'pajjiżna. Għad jonqos ħafna xi jsir imma aħna konvinti li naslu wkoll, f 'oqsma oħra sinonimi mal-prekarjat, biex il-ħaddiema hawn ukoll jingħataw kundizzjonijiet diċenti u dinjità bħala ħaddiema. Il-ġlieda kontra l-prekarjat, il-GWU għamlitha missjoni tagħha iżda biex din il- problema tiġi megħluba, jeħtieġ sforz ġenwin mill-Gvern, Unions u min iħaddem għaliex anke f 'din il-ġlieda jeħtieġ li dawn jaġixxu ta' sħab soċjali veri. Il-GWU fil-ħidma tagħha ma waqfitx biss fuq il-prekarjat u qed tinsisti għal riformi oħra kruċjali għall-ħaddiema, fosthom il-mod kif jiġu aġġustati l-pagi għall-għoli tal- ħajja, dik li hija magħrufa bħala l-COLA. Il-GWU m'għandhiex dubju li l-mekkaniżmu tal- COLA qed jaħdem tajjeb u kif suppost, imma dan mhux biżżejjed u jeħtieġ li dan jiġi riformat. Għalhekk li l-GWU ilha ssostni li l-prodotti u servizzi użati fil-basket tar- Retail Price Index jiġu riveduti regolarment għax nemmnu li b'hekk ikun jirrifletti iktar ir-realtà taċ-ċaqliq fil-prezzijiet sabiex dan ikun rifless ukoll fl-aġġustament għall-għoli tal- ħajja. Nemmnu wkoll li jkun iktar ġust jekk l-aġġustament fil-pagi għall-għoli tal-ħajja jsir darbtejn fis-sena u mhux darba kif qed isir bħalissa. Apparti hekk, b'COLA kull sitt xhur, il-ħaddiema almenu ma jdumux jistennew sena biex jieħdu lura f 'aġġustament dak li jkunu ilhom li ħallsu f 'għoli tal-prezzijiet. Xi ħaġa oħra li l-GWU trid li tiġi rranġata hija l-paga minima. Il-GWU ssostni li almenu, fl-immedjat il- ħaddiema b'paga baxxa għandhom jingħataw ħlas ta' darba biex ipatti għall-għoli tal-prezzijiet tal-imgħoddi, l-iktar il-kontijiet esaġerati tad-dawl u l-ilma li ma kinux riflessi fil-COLA ta' dakinhar. F'dan il-kuntest ukoll, għall- Baġit 2015 il-Union ipproniet li f 'każijiet fejn individwi (kemm nisa kif ukoll irġiel) li jerġgħu lura għad-dinja tax-xogħol u għandhom pagi baxxi, għandha tingħatalhom żieda permanenti fuq il-paga li tiġi ssussidjata mill-Gvern sabiex dawn l-individwi jibqgħu attivi fid-dinja tax-xogħol. Dan kollu l-GWU tridu li jseħħ biex f 'pajjiżna verament jirrenja l-prinċipju tal-ġustizzja soċjali. Nemmnu wkoll li l-eradikazzjoni tal-prekarjat kif ukoll li l-pagi jkunu diċenti flimkien mal-edukazzjoni u t-taħriġ jgħinu bis-sħiħ biex minn pajjiżna jerġa' jinqered il-faqar li qed jgħakkes lil ħafna familji. Tony Zarb huwa s-Segretarju Ġenerali tal-GWU Il-GWU fil-ġlieda kontra l-prekarjat TONY ZARB KAV JOE M ATTARD VICTORIA, GĦAWDEX FILFEHMA tiegħi ninsabu fl- isbaħ żmien tas-sena meta qed joqrob sewwa l-Milied, festa li titfakkar mad-dinja kollha. Il-bniedem bla ma jrid iħossu li jrid jifraħ u ħafna drabi dan il-ferħ iħoss li jrid jesprimih u jaqsmu ma' ħaddieħor. Fid-dar jibni l-Presepju, jagħmel il-Christmas Tree, iħallat u jaħmi xi ftit ħelu u jżejjen il-kmamar u l-ambjent li jgħix fih. Jiena noqgħod fil-qalba tal-Belt Victoria u dan il-ferħ tal-Milied inġarrbu kuljum meta noħroġ mal-mara nagħmlu xi xirja hekk kif jibda jroxx id-dlam u nara żewġ triqat tant mixgħula u mżejna tajjeb fil-Fontana. Triq ir-Repubblika wkoll fiha għaxqa timxi matulha u anke tisma' l-għana sabiħ tal-Milied jirbombja minn fuq loudspeakers imferrxa maż-żewġ naħat tagħha. Anke l-qsari huma mixgħula u iktar 'l isfel tilmaħ ukoll xi siġar imdawla qrib il-kumpless ftit 'il bogħod mill-iskola sekondarja tal-bniet. Nemmen li fl-irħula tagħna wkoll jeżistu xi toroq imżejna li jkomplu jżidu d-doża ta' ferħ tal-Milied. Kemm tkun idea sabiħa kieku tal-ħwienet jiftehmu bejniethom u jżejnu xi triq li wara kollox tiġbed l-attenzjoni tax-xerrejja u jgawdu huma wkoll. Issa tibda tara wkoll ħafna presepji għall-wiri u kumitat tal-Milied imwaqqaf f 'Għawdex dan l-aħħar ippubblika ktejjeb mimli tagħrif dwar x'inhu għaddej fi gżiritna. Bla dubju ma tistgħux tfallu li tmorru taraw Betlem f 'Għajnsielem għax l-esperjenza hija unika; morru araw ukoll il-presepju ħaj li sa jagħmlu ż-żgħażagħ tan-Nazzarenu fix-Xagħra u dak li qed jithejja fin-Nadur. Ma jonqsux diversi kunċerti tal-Milied; jien imċappas ma' dak li se jippreżenta l-Chorus Urbanus fil-Bażilika ta' San Ġorġ is-Sibt 20 ta' dan, ieħor fil-Knisja ta' San Franġisk mill-Kor Santa Ċeċilja jumejn fuq il-Milied, kif ukoll dak li se jippreżentaw il-Gozo Youth Orchestra taħt id-direzzjoni ta' Mro Joseph Grech fi Pjazza San Ġorġ eżatt wara li tispiċċa l-Quddiesa ta' nofsilejl tal- Milied. Bla dubju dan mhux kollox; imma segwu l-ġurnali u l-mezzi tax-xandir biex tgawdu l-għadd sabiħ ta' attivitajiet tal-Milied li jimla lil qlubna b'tant ferħ ġenwin u sinċier li ġarrbu dawk l-ewwel rgħajja fl-ewwel lejl tal-Milied. Nawguralkom minn qalbi Milied hieni u qaddis u toqogħdux lura minn xi ċikkulatina jew biċċa qagħak tal-għasel! Il-ferħ tal-Milied GWU kburija li daħlet għall-ġlieda kontra l-prekarjat anke jekk kellha tkun waħedha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 December 2014