Illum previous editions

illum 14 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/433163

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 K ull deni ħudu b'ġid. Ir-rapport tal-inkjesta dwar l-isparatura tax- xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia jista' jkun il-bidu ġdid għal kulħadd. Għalija, l-aktar parti importanti f 'dan ir-rapport, apparti dik dwar ir-responsabbiltà, huwa passaġġ, li fil-fehma tiegħi, it-tliet imħallfin ġibdu widnejn kulħadd. Għandu osservazzjoni valida ħafna. Li ħafna drabi dawk li jkunu fl- Oppożizzjoni faċli ħafna għalihom iwiegħdu ħwejjeġ, li meta mbagħad ikunu fil-Gvern, jagħmlu mod ieħor. Qamet kwistjoni dwar lejn min kienet din l-imbekkata. Għalija kienet ċamata liż-żewġ partiti. Ċamata li għandha tiftaħ għajnejn kulħadd. Kienet ċamata lill-Partit Nazzjonalista għaliex wara 25 sena fil-Gvern, kliem li qatt qabel ma kien jiġi f 'ħalqhom, issa qegħdin jomogħduh bħal ħobż. Onestà, responsabbilità, trasparenza, meritokrazija u riżenji qatt ma kienu kliem popolari mal-mexxejja tal-PN sakemm kienu fil-Gvern. Anzi meta kien hemm minn fosthom beda jinsisti fuq dawn il-valuri, l-aktar wieħed ovvju, Franco Debono, mhux biss ma tawx kasu talli kieku setgħu ġabuh jitkellem waħdu. Kienet ukoll ċamata lill-Partit Laburista, li fil-manifest elettorali tiegħu wiegħed dak kollu li lissnu t-tliet imħallfin. Għalkemm huwa minnu li mal-ewwel ftit xhur ta' din l-Amministrazzjoni saru liġijiet li f '25 sena ma saru qatt, bħalma ma hi l-Whistleblower Act, it-tneħħija tal-preskrizzjoni kontra min jabbuża mill-poter u dal-waqt il-liġi dwar il-finanzjament tal-Partiti, il-proċess tal-valuri politiċi msemmija ma jispiċċax mal-pubblikazzjoni ta' dawn il-liġijiet. Il-proċess tal-indafa fil-politiku mhux mument ta' darba iżda wieħed li jrid ikun ikkurat u msaħħaħ il-ħin kollu. Dan mhux xi proċess li jsir jekk ikun ġie mwiegħed xi manifest elettorali, kif jippretendi u jemmen Tonio Fenech, iżda huwa wieħed permanenti u kontinwu. Il-proċess tal-indafa politika huwa bħal ġardina kollha ward li jekk titraskuraha timtela kollha ħaxix ħażin, xewk u għollieq li joqtol u jifga lill-ward sabiħ. Jiena nemmen li dan il-Gvern jista' jisher aktar fuq dak kollu li qiegħed jiġri. Ma rridux nieħdu bħala valur li jaqa' mis-sema dak tal-indafa politika. Dan huwa valur li ta' kuljum, f 'kull ħin u kullimkien nieħdu ħsiebu u nikkurawh. Ħafna drabi jiġri li fejn hemm il-poter ikun ukoll il-kompjaċenza bħal donnu kollox jgħaddi. Meta nibdew nagħlqu għajnejna għall-affarijiet żgħar mingħajr ma nkunu nafu nkunu qegħdin inwittu t-triq għal affarijiet kbar. Għalhekk huwa fl- interess tal-Gvern li din l-inkjesta sservi ta' żveljarin politiku qabel ikun tard wisq! Din l-inkjesta tista' tkun il-bidu ta' xi ħaġa ġdida. Wieħed minn nies li dejjem ammirajt huwa l-Perit Carmel Caccopardo. Fl- infessibiltà politika tiegħu, nilmaħ għajn ta' onestà u sinċerità tiegħu. Għalhekk bħal meta kiteb u kritika ġustament lil dan il-Gvern ma stajtx ma ninnotax dak li qal dwar din l-inkjesta. Qal ċar u tond li bid-deċiżjoni ta' Joseph Muscat li jissostwixxi Ministru b'ieħor, ninsabu fit-triq it-tajba. Ovvjament dan fil-kuntest li għal snin twal qatt ma rajna deċiżjoni bħal din. Jiddependi kemm jista' jkollna bidu ġdid mill-mod kif l-Oppożizzjoni se tkompli ġġib ruħha. Għandu jkun hemm mument ta' riflessjoni biex naraw fejn stajna żbaljajna u x'nistgħu nagħmlu biex nirranġaw u ma nerġgħux nirrepetu l-iżball. Iżda minn dak li qiegħed nara ma naħsibx li se jkun il-każ. Flok qiegħed jingħad li l-istituzzjonijiet tajjeb jew ħażin ħadmu bis-saħħa ta' kulħadd, l-Oppożizzjoni jidher li hija determinata li tkompli tagħmel minn dan il-każ, żejża politika. Bqajt skantat u mnixxef, kif Beppe Fenech Adami mhux biss ma talabx apoloġija għall-malafama li saret lil dawn it-tliet imħallfin, iżda saħansitra ddikjara li ma jiddispjaċihx billi qal li din ma kinitx malafama minkejja li t-tliet imħallfin akkużaw lill-PN b'dan. Ġieli l-element tas-suppervja jwasslek sal-punt li lanqas dak li huwa diċenti ma tibda tagħraf. Jekk din hija l-attitudni li se tieħu l-Oppożizzjoni, allura għandna opportunità mitlufa għall-poplu Malti kollu. L-Oppożizzjoni flok qiegħda toħroġ bi proposti ta' kif nistgħu ntejbu s-sistema u nagħmluha aktar trasparenti qiegħda minflok tikkarga biex tieħu vantaġġ minn dak li qalet din l-inkjesta. Tgħid li sar dak li kellu jsir u issa jidher li hemm iċ-ċans għall-kultura politika ġdida, għadha għadejja bit-tgħajjir u l-insulti, mhux biss lill-Gvern iżda anke kontra dawk li għamlu dmirhom. Hemm problema gravi. Hemm min irid jipprietka dak li qatt ma prattika. Hemm min irid iqarar iżda qatt ma qerr f 'ħajtu. Hemm min kien sfiduċjat u jippretendi li flok jitlob apoloġija għal ħażin li wettaq irid jgħallem il-korrettezza politika. Ftit kliem hija kwistjoni ta' kredibbiltà. Jekk il-Gvern ma jibqax kredibbli n-nies ma għandhomx lejn min iduru u dan għaliex li hija sfortuna li l-Oppożizzjoni imma mhux kredibbli. Jekk trid tista' tkun, iżda trid turi li tassew trid tkun nadifa. L-Oppożizzjoni ma ġietx ikkastigata għaliex tilfet l-elezzjonijiet kif iħobb jgħid Simon, possibbli, iżda għax tilfet il- kredibbiltà tagħha. Jekk tibqa' tieħu l-attitudni li ħadet wara r-riżultat ta' din l-inkjesta u d-deċiżjonijiet li ttieħdu, għandna ħafna snin oħra fl-Oppożizzjoni għaliex jidher ċar li għadha ma kisbitx il-kredibbiltà politika meħtieġa biex l-elettorat jafdaha. Għadha trid tifdi lilha nnifisha. TONI ABELA Non solo inchiesta Onestà, responsabbilità, trasparenza, meritokrazija u riżenji qatt ma kienu kliem popolari mal-mexxejja tal-PN

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 December 2014