Illum previous editions

illum 14 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/433163

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 | illum 23 Kemm-il darba pparteċipajt fil-Eurovision bħala awtur? Din kienet it-tielet sena. Kemm kellek diski fil-finali tul is-snin? B'kollox kelli sebgħa. Kif tħossok li wara dawn is-snin issa rnexxielek? Min jistenna jithenna? Bħalissa nista' ngħid li ninsab tassew kunent. Kull sena dejjem ħdimna ħafna biex niksbu l-aħjar riżultat possibli. Meta kont ipparteċipajt bħala awtur tliet snin ilu, bid-diska Betrayed, u kienet ikklassifikat fit-tielet post, ħlomt li t-tragward li jmiss kellu jkun li nirbaħ dan il-festival. U issa nista' ngħid li rnexxieli. Kif tiddeskrivi l-aħħar sena tiegħek fil-karriera tiegħek bħala awtur? Bidlitli ħajti! L-ewwel bdejna bl-ewwel rebħa ta' Malta fl-istorja tal-Eurovision… imbagħad ġejna magħżula biex niktbu d-diska komuni ta' din is-sena, #Together, id-diska tal-ftuħ u Diamonds li rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision u issa li ksibna l-ewwel u t-tieni post fil-finali tal-Eurovision kienet litteralment il-quċċata tal- muntanja. Xi tgħidilna dwar l-esperjenza fl-Ukrajna u The Start? Kienet esperjenza tal-ġenn u konna tim mill-aqwa. Kien vera ta' pjaċir li naħdmu ma' Gaia u tajna l-mija fil-mija tagħna. Kien tassew mument mill-isbaħ li naraw dawk it- 12-il punti ġejjin wara xulxin għand pajjiżna. Malli ksibna l-ewwel post kien wieħed mill- isbaħ mumenti f 'ħajti. Apparti minn hekk kien ikun ukoll ta' sodisfazzjon kbir li naraw li Malta kapaċi tospita spettaklu bħal dak li organizzajna f 'Novembru li għadda. Xi tgħidilna dwar il-perjodu li fih ħdimtu bla heda fuq Diamonds? Kellna tmintax il-verżjoni ta' Diamonds! Meta ktibna Diamonds kellna ħafna pressjoni minħabba li kienet se tkun l-ewwel darba li Malta kienet se tipparteċipa f 'pajjiżha stess. Federica għandha ħafna talenti, u kienet diffiċli biex tikteb diska li tagħmel ġustizzja għat-talenti tagħha. Kellna niktbu diska li hi adattata għal tifla iżda li għandha talenti ta' adulta. Ma nistax niftakar kemm-il darba bdilna l-kliem, imma llum il-ġurnata nista' ngħid li tassew kburi bir- riżultat finali u Federica wriet kemm hi tassew 'Djamant' dakinhar tal-finali. Kellek erba' diski fis- semifinali hux hekk? Kif tħossok il-fatt li wħud jgħaddulek u wħud le? Ifhem, tħoss dik iċ-ċertu 'bittersweet' kif jgħidu l-Ingliżi. Tkun tassew kuntent li għaddewlek il-maġġoranza tad-diski imma fl-istess ħin taqa' ftit ħażin għal dik li ma tgħaddilekx. Bħala awtur inħoss li kull diska hija wild tiegħi, inħoss ċertu rabta emozzjonali ma' kull diska u b'hekk tħoss daqsxejn dwejjaq meta xi waħda minnhom ma jirnexxilix tgħaddi. Din is-sena kienet l-ewwel darba li diska m'għadditlix għal finali, iżda jien inħobb nara l-pożittiv f 'kull ħaġa negattiva. Raquel, wara li m'għaddietx bid-diska Stop Haunting Me, irċeviet ħafna appoġġ, kummenti u reazzjonijiet u tidher li spikkat fil-mod tagħha. Taħseb li minħabba li jkollok iktar minn diska waħda fil- kompetizzjoni, jkun hemm ċertu kompetizzjoni interna? Jien naħseb li la darba tkun kuntent u kburi bil- mużika tiegħek u bil-prodott finali ma tibqax daqshekk kompetizzjoni. L-għan aħħari jkun dejjem li nuru l-prodott finali tagħna u li nkunu kburin bih. Meta ktibtu Warrior, xi stennejt? Kemm-il darba biddiltuha biex kontu kuntenti biha? Il-kliem ktibnieh f 'għaxar minuti u qatt ma nbidel. Jien u Amber kellna konverżazzjoni fejn fiha tkellimna dwar iż-żminijiet diffiċli li t-tnejn li aħna konna għaddejjin minnhom. Irrealizzajna li fil-ħajja jiġuk sitwazzjonijiet li ma jkollokx għażla oħra ħlief li tkun 'Warrior'. Ħriġna l-emozzjonijiet tagħna f 'diska u minn hemm ħarġet Warrior. Bħala awtur, taħseb li hemm xi affarijiet li għandhom jinbidlu fid-diska biex tkun aħjar fi Vjenna? Bħala mużiċista inġenerali nħobb nisma' l-opinjonijiet ta' ħaddieħor. B'hekk se nkunu qed naċċettaw opinjonijiet differenti la darba dawn ikunu ta' ġid għad-diska. X'inhi l-ħolma tiegħek fejn tidħol il-karriera mużikali? Nixtieq nikteb diska li trebbaħni Grammy Award. Temmen li Malta għad tilħaq il-quċċata tal-klassifika fil- Eurovision internazzjonali? Iva, bħalma rnexxielna nirbħu l-Eurovision taż-żgħar nemmen li xi darba għad nirbħu tal-kbar ukoll. Qabel konna naraw dominanza kbira fil- Eurovision minn Philip Vella u Gerard James Borg, jidher li l-affarijiet qed jinbidlu u dis- sena rajna dominanza kbira tagħkom. Kif tiddeskrivi dan? L-ewwel ħaġa qed inħossni onorat li qed niġi mqabbel magħhom għax kienu n-nies li dejjem segwejt bħala tim prominenti meta kont għadni żgħir. Apparti minn hekk huwa wkoll ta' unur għalija minħabba li fil-fehma tiegħi Pure hija waħda mill-aqwa diski li qatt inkitbet fl-istorja tal-Eurovision, u din kienet tagħhom. Iżda mill-banda l-oħra jien se nżomm saqajja mal-art u naħdem bla heda biex inżomm il-livell għoli għax f 'pajjiżna hawn ħafna talent. Bħalissa x'għandek għaddej? Minbarra l-ħidma fuq Warrior issa qed naħdem fuq diska oriġinali tiegħi. Jisimha Take You Home u hija l-ewwel diska tiegħi wara pawża ta' sentejn. Qed niffinalizzaha u nipperfezzjonaha kemm jista' jkun u ma nistax nistenna sakemm inkun nista' nerġa' nitla' fuq il-palk u nkanta jien ukoll. Għad xi darba narawk finalist fil-Eurovision bħala kantant? F'dan il-punt fil-karriera tiegħi mhux qed nikkunsidra li nipparteċipa bħala kantant, imma kif jgħidu, never say never. Konxju li hija esperjenza mill-isbaħ, imma għalissa naħseb li mhux il- waqt. Muxu għandu 24 sena. Kiteb il-kliem tad-diska rebbieħa tal-Eurovision, Warrior. Minbarra dan kiteb ukoll id-diska The Start ta' Gaia, li rebħet il-Junior Eurovision -Ukrajna, id-diska Diamonds ta' Federica u anke d-diska Rush li klassi kat t-tieni post. Iżda Muxu huwa wkoll kantant li għandu diversi pjanijiet għall-futur. Ħames Minuti mużika tiegħek u bil-prodott finali ma tibqax daqshekk Qabel konna naraw dominanza kbira fil- Muxu għandu 24 sena. Kiteb il-kliem tad-diska rebbieħa tal-Eurovision, Warrior. Minbarra dan kiteb ukoll id-diska Ħames Minuti ma' Muxu Ħames Minuti Amber flimkien mal-awtur tad-diska Warrior, Muxu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 December 2014