Illum previous editions

illum 14 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/433163

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

azzjonijiet li jistgħu jieħdu l-istudenti individwali sabiex b'mod partikolari, jitnaqqas il-konsum tal-ilma f 'Malta. Il-proposti sottomessi mill- iskejjel u Kunsilli Lokali juru kif il-proġett jista' jnaqqas il-konsum tal-ilma fost il-ġenituri, qraba tat-tfal, fl- iskejjel u fil-komunitajiet ta' madwar. Fis-sena skolastika li għaddiet, il-kampanja irċiviet 30 proposta, li minnhom 21 irċevew fondi mill-€500,000 riservati mill-Bank għal din il-kampanja ta' tliet snin. S'issa, il-volontiera tal- kampanja HSBC Malta Water Programme – Catch the Drop għamlu 305 preżentazzjonijiet lil 19,438 student – kważi nofs in-numru li l-programm ta' tliet snin qed jipprova jilħaq sa Ġunju 2016. Il-kampanja Catch the Drop hi inizjattiva tal-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa. Kummercjali 24 illum | Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 100,000 like għall-paġna Facebook tal-Air Malta LAIR Malta għadha kif laħqet il-100,000 fan fuq Facebook u baqgħet iżomm postha fost id-ditti l-aktar popolari fuq il-mezzi soċjali Maltin. "Din hija aħbar tajba u aħna nixtiequ nirringrazzjaw is-segwaċi kollha tagħna. Grati li għandna klijenti leali bħal dawn li minn żmien għal żmien jibbenefikaw minn kompetizzjonijiet esklussivament offerti minn fuq il-paġna ta' Facebook tagħna," qal id-Deputat Kap Kummerċjali tal-Air Malta, Joe Galea. Il-paġna fuq Facebook www.facebook.com/airmalta hija aġġornata regolarment bl-aħħar videos tal-linja tal-ajru, stampi, blogs, offerti speċjali u kompetizzjonijiet li joffru titjiriet b'xejn fuq destinazzjonijiet magħżula. Is-segwaċi tal-Air Malta jikkontribwixxu wkoll regolarment u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fuq it-titjiriet tal-Air Malta u s-servizzi offruti ma' segwaċi oħra. WARA s-suċċess li kien hemm is-sena l-oħra, it-Tenur Malti Joseph Calleja se jerġa' jkun il-protagonist ta' Kunċert tal- Milied nhar is-27 ta' Diċembru 2014. Fadal biss ftit ġranet qabel is-serata u għaldaqstant, il-preparamenti għaddejjin sew biex ikun hemm ċert li s-serata tkun waħda memorabbli għall-udjenza. Dan il-kunċert ser ikun wieħed żgħir, bil-post magħżul jesa' mhux aktar minn 800 persuna li ser ikunu jistgħu jgawdu dan il-kunċert tal- Milied uniku, b'Joseph Calleja jkollu s-sehem prinċipali li se jkun akkumpanjat minn kantanti mistiedna u l-kor tat-tfal tal-BOV Joseph Calleja. It-tfal diġa għaddejjin bil-preparamenti għal dan l-avveniment taħt id- direzzjoni tas-sopran Gillian Zammit, li taħdem qatigħ għal dan il-kunċert. Id-donazzjonijiet kollha li ser jinġabru minn dan l-avveniment se jmorru b'risq il-Fondazzjoni BOV Joseph Calleja, li twaqqfet f 'Ottubru li għadda bl-għan li tassisti tfal li diġà qed juri talent kbir fid- dinja tal-arti biex jirrealizzaw il-potenzjal kollu tagħhom. Il-Fondazzjoni qed tkun ukoll ta' sostenn għal tfal li ġejjin minn ambjent soċjali diffiċli u li mhumiex qed jiġu indirizzati permezz tal-programmi eżistenti ta' appoġġ. II-Kunċert tal-Fondazzjoni BOV Joseph Calleja Prosposti għall- 'Catch the Drop' tal-HSBC LISKEJJEL u l-komunitajiet għandhom ċans jissottomettu l-proposti tagħhom għall- Programm tal-Ilma ta' HSBC Malta, Catch the Drop għandhom sad-19 ta' Diċembru biex jibgħatu l-proġetti tagħhom għas- sena skolastika 2014-15. Dan tħabbar mill-uffiċjali tal- programm waqt żjara fl-Iskola Primarja ta' Ħal Għaxaq. Minħabba l-interess kbir li nħoloq, il-proposti issa jistgħu jkunu sottomessi taħt il-kategoriji ta' 'School Outreach Programme' inkella 'Community Outreach Programme'. Il-proposti rebbieħa jitħabbru sal-aħħar ta' Jannar 2015. L-għan tal-programm 'School Outreach Programme' huwa li jrawwem lill-istudenti bħala kontributuri attivi u jħares speċifikament lejn Il-messaġġ kważi laħaq 20,000 student fis-sena skolastika 2013-14. L-uffiċjali ta' Catch the Drop u tal-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa fl-Iskola Primarja ta' Ħal Għaxaq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 December 2014