Illum previous editions

illum 14 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/433163

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Tarxien ............................. 1 Żebbuġ ............................. 2 ŻEBBUĠ Rangers kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun permezz ta' wirja mill-aqwa biex komplew ikabbru l-problemi ta' Tarxien Rainbows. Dan hekk kif huma għelbu lir-Rainbows bl-iskor ta' 2-1. Fit-12-il minuta Tarxien Rainbows fetħu l-iskor meta Carlos Hevia Menendez dar ma' difensur avversarju u bi preċiżjoni tremenda tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka. Żebbuġ Rangers irrispondew ftit wara permezz ta' żewġ azzjonijiet konsekuttivi, l-ewwel permezz ta' Bojan Mamic li krossja lejn Britto li iżda ra r-rovexxata tiegħu tgħaddi għoli u ftit wara reġa' kien l-attakkant prolifiku Brażiljan Britto li ħoloq il- periklu meta reġa' ra t-tentattiv tiegħu jgħaddi għoli mil-lasti difiżi minn Fabricio Rapchan Dos Santos Morales. Tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Cleber Barbosa Viana ra x-xutt tiegħu jiġi milqugħ minn Fabricio Rapchan Dos Santos Morales. Tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Cleber Barbosa Viana ra x-xutt tiegħu jiġi milqugħ minn Fabricio Rapchan Dos Santos Morales. Fil-51 minuta Żebbuġ Rangers ġabu l-iscore indaqs meta minn corner ta' Muchardi, għola tajjeb Bojan Mamic li għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras tajba tefa' ġewwa. U żewġ minuti biss wara r-Rangers resqu viċin li jirduppjaw l-iscore meta Matthew Bartolo għadda tajjeb lejn Britto li avvanza tajjeb iżda l-goalkeeper Tarxiniż Sean Cini ħareġ tajjeb u rebaħ il-ballun minn saqajn l-attakkant ta' Żebbuġ. Fis-70 minuta s-sostitut Miguel Ciantar kellu ċans kbir li jitfa' x-xibka madankollu kien erratiku fil- konklużjoni tiegħu hekk kif ix-xutt angulat tiegħu minn ġol-kaxxa ntemm barra. Fid- 90 minuta Żebbuġ Rangers skorja l-goal li fisser l-ewwel rebħa tal-istaġun għalihom meta minn freekick pinġut ta' Matias Muchardi għola tajjeb Yessous Camilleri li permezz ta' daqqa ta' ras b'saħħitha tefa' fir-rokna tax-xibka biex tefa' lill-partitarji Żebbuġin f 'dellirju ta' ferħ. Tarxien Rainbows - Mintoff, Farrugia, Caruana, Rodrigues Silva (Cini 65'), Barbosa Viana, Caruana, Sammut, Hevia Menendez, Tabone, Lopes Pereira, Santos Silva Żebbuġ Rangers - Rapchan Dos Santos Morales, Paris (Pena Marquez 87'), Bartolo, Gauci, Camilleri, Borg, Rodrigues Britto, Galea, Muchardi, Farrugia (Ciantar 25'), Mamic Referi - Clayton Pisani Żebbuġ Rangers ikomplu jkabbru l-problemi ta' Tarxien Rainbows CARLOS MENENDEZ HEVIA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-17 ta' Frar 1987 fi Spanja Huwa magħruf ukoll bħala 'Carlinos' Ingħaqad ma' Tarxien Rainbows fl-2013 KLASSIFIKA KAMPJONAT BOV PREMIER Tim L Pti Hibernians 14 40 Valletta 14 28 Birkirkara 15 24 Mosta 15 20 Balzan 15 19 Floriana 15 18 Naxxar L. 15 17 Qormi 14 17 Sliema W. 14 16 Pieta H. 15 14 Tarxien R. 15 13 Zebbug R. 15 9 Ritratt: Stephen Gatt Mauricio Osmar Rodrigues Britto segwit minn Triston Caruana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 December 2014