Illum previous editions

illum 14 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/433163

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 | illum 29 SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Naxxar Lions .................. 2 Mosta. ........................... 1 NAXXAR Lions rebħu d-Derby tat-Tramuntana biex b'hekk telgħu fis-seba' post tal-klassifika grazzi għal rebħa ta' 2-1 fuq il-ġirien iżda arċi-rivali eterni Mosta f 'derby tassew akkanit. B'hekk il-Lions irritornaw għar-rebħ wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet tilfu kontra Birkirkara. Min-naħa l-oħra Mosta baqgħu fir-raba' post b'20 punt iżda fallew milli jnaqqsu d-distakk ta' punti minn ma' Birkirkara li jinsabu fit-tieni post b'punti ndaqs daqs Valletta għalkemm għandhom logħba iktar. Naxxar Lions ħolqu l-aħjar okkażjonijiet ta' skor kmieni fil-logħba, u resqu viċin fl-14-il minuta meta Ryan Gilmour Cassar għadda tajjeb lejn il-plejer internazzjonali Terence Vella li qabeż difensur avversarju iżda l-konklużjoni tiegħu ġiet imdawra f 'korner minn Omar Borg. Tliet minuti biss wara, il-Lions marru fil-vantaġġ meta freekick ta' Gilmar da Silva Ribeiro ra l-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka. Tliet minuti mill-ftuħ tat- tieni taqsima, Mosta ġabu l-iskor indaqs grazzi għal freekick ieħor din id-darba ta' Bojan Kaljevic bil-ballun jintemm fis-saqaf tax-xibka wara Julian Azzopardi. Mosta resqu viċin li jmorru fil- vantaġġ fil-51 minuta iżda Azzopardi kien biżżejjed veloċi biex joħroġ barra mill- kaxxa u jikklerja l-ballun 'il bogħod minn kull periklu. Fis-67 minuta Pape Gueye rebaħ ballun fid-difiża ta' Mosta iżda l-konklużjoni tiegħu kienet newtralizzata minn Omar Borg. Naxxar Lions għamlu l-iskor finali 2-1 fit-72 minuta meta minn korner ta' Gilmar Da Silva Ribeiro, is-sostitut Pape Gueye għola tajjeb u tefa' ġewwa permezz ta' daqqa ta' ras tajba. Naxxar Lions - Azzopardi, Scicluna (Debono 86'), Edet, Vella (Fenech 84'), Falzon (Bellia 87'), Da Silva Ribeiro, Cassar, Doffo, Buhagiar, Emenike Mbachu (Gueye 62'), Uzeh Edafe Mosta - Borg, Rodriguez Ekani, M. Brincat, Borg, Falzon (Jovanovic 46'), Magro, Grech (Zammit 90'), Ribeiro dos Santos, Milovanovic, Pulo, Kaljevic Referi - Sandro Spiteri MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Pietà H .......................... 1 Floriana ......................... 1 ILKONFRONT bejn Pietà Hotspurs u Floriana ntemm f 'parità ta' 1-1, liema parità ma ssodisfat lill-ebda tim hekk kif il-Greens kienu qed jaspiraw għal rebħa li kieku kienet titfagħhom fir-raba' post. Min-naħa l-oħra Pietà Hotspurs kienu qed jittamaw li jirritornaw għar-rebħ wara telfa kontra Mosta u parità kontra Tarxien Rainbows. Fl-ewwel taqsima u anki f 'ħinjjiet twal tat-tieni taqsima ma rajna l-ebda azzjoni denja ta' nota u kien biss fl-aħħar minuti li l-logħba qamet f 'dak li għandu x'jaqsam ma' emozzjonijiet u spettaklu. B'hekk Floriana żammew il- vantaġġ ta' erba' punti fuq Pietà Hotspurs hekk kif il-Greens għandhom 18-il punt waqt li Pietà Hostpurs għandhom 14-il punt fil-klassifika. Żewġ minuti minn tmiem id-90 minuta l-Hotspurs fetħu l-iskor meta rebħu penalty hekk kif il-goalkeeper Tyrone Gauci waqqa' lill-plejer veteran Malcolm Licari fil-kaxxa. Mill-11-il metru Jurgen Pisani ma żbaljax. Iżda l-Blues ftit li xejn damu jgawdu dan il-vantaġġ hekk kif minuta fuq il-ħin miżjud, minn cross ta' Steve Pisani, għola tajjeb Steve Bonnici li permezz ta' daqqa ta' ras tajba tefa' ġewwa biex għamel l-iskor finali 1-1. Pietà Hotspurs - Cassar, Attard, Grech, Fortunato dos Santos, Pisani, Anonam, Gabriel da Silva (Cesare 79'), Rodriguez da Silva, Zacarias (Licari 84'), Francis, Micallef (Agius 64') Floriana - Gauci, Scicluna, Moreira Cobo, Marcelina (Farrugia 59'), Pisani, Plut, Piciollo, Conor Borg (Clyde Borg 51'), Briffa (Galea 71'), Muir, Bonnici. Referi - Chris Lautier GILMAR DA SILVA RIBEIRO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-26 ta'Marzu 1990 fil-Brażil Qabel Naxxar Lions lagħab ma' Bangu fil-Kampjonat Carioca 1 fil- Brażil MATTEO PICIOLLO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-15 ta' Ottubru 1992 fl-Italja Qed ikollu staġun tajjeb ma' Floriana Qabel ingħaqad ma' Floriana, huwa lagħab ma' AS Ostiamare, Civitavecchia, Salernitana u Atletico Roma Jugend fl-Italja Naxxar Lions jirbħu d-Derby tat-Tramuntana u jitilgħu s-seba' post Parità bejn Pietà u Floriana Chelsea u Manchester City ikomplu jiddominaw CHELSEA u Manchester City komplew jiddominaw il-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra meta kisbu rebħiet tajba kontra Hull City u Leicester City rispettivament. Is-City jinsabu jokkupaw il-quċċata tal-klassifika bi tliet punti vantaġġ fuq Manchester City u għalhekk kollox jindika li se jkollna taqtigħa ma taqta' xejn bejn dawn iż-żewġ timijiet ta' klassi sat-tmiem tal-kampjonat għal min bejniethom jispiċċa biex finalment jgħolli t-tazza tar-rebbieħa. Chelsea ġewwa darhom fi Stamford Bridge għelbu lil Hull City bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls tagħhom jaslu minn Eden Hazard u Diego Costa. Tajjeb ngħidu li Hull City temmew il- logħba b'10 plejers hekk kif tkeċċa għalihom il-plejer Tom Huddlestone fil-61 minuta. Manchester City barra minn darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Leicester City bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn Frank Lampard fl-40 minuta. Burnley ġewwa darhom kisbu tliet punti prezzjużi kontra t-tim li sa lbieraħ kien qed ikollu staġun mill- aqwa Southampton meta għelbuhom bl-iskor ta' 1-0 bil-gowl uniku tagħhom fil- logħba jasal minn Ashley Barnes fis-37 minuta. Rimarkabbli huwa l-fatt li s-Saints fallew penalty permezz ta' Dusan Tadic fil-61 minuta. Bl-istess skor intemmet il-logħba bejn West Bromwich Albion u Aston Villa bil-gowl ta' WBA jasal minn Craig Gardner fit-72 minuta. F'din il-logħba Aston Villa temmew il-logħba jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Kieran Richardson fit- 22 minuta. Sunderland u West Ham United temmew il-konfront ta' bejniethom f 'parità ta' 1-1 bil-gowl għal Sunderland jasal minn penalty ta' Jordi Gomez waqt li Stewart Downing ġab l-iskor indaqs għall- Hammers seba' minuti biss wara. Bl-istess skor intemm il-konfront bejn Crystal Palace u Stoke City b'James McArthur jiftaħ l-iskor għal Crystal Palace fil-11-il minuta b'Peter Crouch iġib l-iskor indaqs għal Stoke City żewġ minuti biss wara. Intant, Arsenal ġewwa darhom fl-Emirates Stadium, għelbu lil Newcastle United bl-iskor kbir ta' 4-1 bil-gowls għall- Gunners jaslu minn żewġ doppjetti ta' Olivier Giroud u Santi Cazorla b'wieħed miż-żewġ gowls ta' dan tal- aħħar jasal minn penalty fid-89 minuta. Il-gowl waħdieni tal-Magpies fil- logħba wasal minn Ayoze fit-63 minuta. Mill-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Palermo ġewwa darhom fi Sqallija, għelbu lil Sassuolo bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Luca Rigoni u Andrea Belotti waqt li l-gowl uniku ta' Sassuolo fil-logħba wasal minn Leonardo Pavoletti fil-85 minuta. Sassuolo temmew il-logħba jilagħbu b'9 plejers meta tkeċċew għalihom il-plejers Andrea Consigli fis-66 minuta u Paolo Cannavaro fid-90 minuta permezz ta' karta ħamra diretta. Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 13 ta' Diċembru Burnley vs Southampton 1-0 Chelsea vs Hull C. 2-0 Crystal P. vs Stoke C. 1-1 Leicester C. vs Manchester C. 0-1 Sunderland vs West Ham U. 1-1 WBA vs Aston V. 1-0 Arsenal vs Newcastle U. 4-1 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 14:30 Manchester U . vs Liverpool 17:00 Swansea C. vs Tottenham H. It-Tnejn 15 ta' Diċembru 21:00 Everton vs QPR Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 13 ta' Diċembru Palermo vs Sassuolo 2-1 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 12:30 Juventus vs Sampdoria 15:00 Genoa vs Roma 15:00 Parma vs Caglairi 15:00 Udiense vs Hellas Verona 18:00 Cesena vs Fiorentina 20:45 AC Milan vs Napoli Fixtures Kampjonat Serie A TIM It-Tnejn 15 ta' Diċembru 19:00 Empili vs Torino 21:00 Chievo Verona vs Inter Riżultati

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 December 2014